Juan Carreño
Dehra
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Juan Carreño Lara | ||
| Twelid | 14 ta' Awwissu 1909 Messiku | ||
| Mewt | 16 ta' Diċembru 1940 (31 sena) | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| Atlante | |||
| Tim nazzjonali | |||
| 1928–1934 | Messiku | ||
Juan Carreño Lara (twieled fl-14 ta' Awwissu 1909 – miet fis-16 ta' Diċembru 1940) kien plejer tal-futbol Messikan li kien jilgħab bħala attakkant.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-karriera qasira tiegħu hu lagħab mal-klabb Messikan ta' Atlante.
Mat-tim nazzjonali tal-Messiku, Carreño lagħab fl-Olimpjadi tal-1928 u fit-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien l-ewwel Messikan li skorja fit-Tazza tad-Dinja, wara l-gowl ta' konsolazzjoni fit-telfa ta' 4–1 kontra Franza.
Hu miet fl-1940 fl-età ta' 31 sena kawża ta' appendiċite.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Juan Carreño – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)