Appendiċite

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-appendiċite hija infjammazzjoni ta' musrana żgħira ħafna, l-appendiċi, li qiegħda fin-naħa tal-lemin, fin-naħa t'isfel taż-żaqq. Xi kultant din il-musrana tiffjamma ruħha minħabba xi biċċiet ta' ppurgar li jafu jeħlu fiha, u din ġġib magħha uġigħ li ġeneralment jibda minn madwar iż-żokkra li mbagħad jibqa' nieżel għan-naħa tal-lemin. Ħafna drabi jkun jeħtieġ li ssir operazzjoni biex titneħħa din il-musrana għax jekk titħalla f'postha tista' tixpakka u xxerred il-kontenut tagħha li hu mimli ppurgar u batteri, fiż-żaqq. Dan it-tixrid iġib miegħu peritonite, kundizzjoni serja u ġieli fatali fejn ir-rita li hemm madwar iż-żaqq tiffjamma. Għaldaqstant ukoll, ikunu jridu jingħataw korsijiet ta' antibijotiċi biex jilqgħu kontra t-tixrid ta' infezzjoni mill-batteri li jgħixu fil-musrana l-kbira.