Blagoje Marjanović

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Blagoje Marjanović

It-tim nazzjonali tal-Jugożlavja fl-ewwel Tazza tad-Dinja. Marjanović huwa t-tieni wieħed mix-xellug fl-ewwel ringiela.
Informazzjoni personali
Twelid9 ta' Settembru 1907(1907-09-09)
BelgradSerbja
Mewt1 ta' Ottubru 1984 (77 sena)
Belgrad
RwolAttakkant
Mixtliet
1912–1920Jugoslavija
Karriera professjonali
SninKlabb
1920–1925Jugoslavija
1925SK Olimpija
1925–1939BSK Beograd
1939Jugoslavija
1939–1941Čukarički
1945–1948Dinamo Pančevo
1949Proleter Osijek
Tim nazzjonali
1926–1938Jugożlavja
Timijiet ikkowċjati
1953–1956BSK Beograd
1957–1958Torino
1958–1959Calcio Catania
1953–1956Pobeda

Blagoje "Moša" Marjanović (twieled fid-9 ta' Settembru 1907 – miet fl-1 ta' Ottubru 1984) kien plejer u kowċ tal-futbol Jugożlav.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Marjanović lagħab ma' BSK Beograd bejn l-1926 u l-1939 fejn rebaħ ħames kampjonati u fi tlieta minnhom spiċċa bħala l-aqwa skorer. Mat-tim nazzjonali Jugożlav iddebutta fit-28 ta' Ġunju 1926 f'logħba ta' ħbiberija mitlufa kontra ċ-Ċekoslovakkja li ntlagħbet f'Żagreb. L-ewwel gowls tiegħu man-nazzjonal wasal fil-15 ta' Mejju 1927, b'doppjetta kontra l-Bulgarija. Matul il-karriera internazzjonali skorja 37 gowl fi 58 logħba, li kien rekord mhux mittiefes sakemm Stjepan Bobek skorja 38 gowl fi 63 logħba. Hu ħa sehem fl-Olimpjadi tal-1928 li saru f'Amsterdam[1] u fl-ewwel Tazza tad-Dinja tal-1930 li saret fl-Urugwaj.[2] F'din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja l-Jugożavlja spiċċat semifinalista u Marjanović ħalla l-marka b'gowl kontra l-Bolivja.[3] Mar-ritorn tiegħu mill-Amerika t'Isfel, hu u Aleksandar Tirnanić saru l-ewwel plejers tal-futbol professjonali fil-Jugożlavja.[4]

Il-karriera tiegħu bħala kowċ l-ewwel bidet ma' Proleter Osijek, imbagħad ingħaqad ma' OFK Beograd fejn magħhom rebaħ it-tazza nazzjonali fl-1955. Fl-1956 serva bħala kowċ fil-kampjonat Taljan, l-ewwel ma' Torino u sena wara ma' Catania.

Wara logħba fl-1961, Moša sofra puplesija u qatt ma seta' jitkellem iktar u n-naħa leminija ta' ġismu kienet paralizzata. Hu miet fl-1984.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

SK Jugoslavija
BSK Beograd

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Jugożlavja

Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]

BSK Beograd

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Blagoje Marjanović" (bl-Ingliż). Olympedia. Miġbur 2022-08-20.
  2. ^ "Ексклузивно: Како се Моша спремао за Монтевидео" [Esklussiva: Kif Moša ipprepara għal Montevideo] (bis-Serb). Radio Television of Serbia (RTS). 2012-02-18. Miġbur 2022-08-20.
  3. ^ "Kada su fudbaleri primili prve plate" [Meta l-plejers tal-futbol irċevew l-ewwel pagi] (bis-Serb). Blic. 2010-01-17. Miġbur 2022-08-20.
  4. ^ "Serbia's 10 most legendary footballers" (bl-Ingliż). 2018-07-27. Miġbur 2022-08-20.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]