Aleksandar Tirnanić
![]() | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 15 ta' Lulju 1910 Krnjevo, Renju tas-Serbja | ||
| Mewt | 13 ta' Diċembru 1992 (82 sena) Belgrad | ||
| Rwol | Midfilder laterali | ||
| Mixtliet | |||
| 1923 | SK Olimpija | ||
| 1924 | SK Jugoslavija | ||
| 1924–1927 | BSK Beograd | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1927–1937 | BSK Beograd | ||
| 1937–1938 | SK Jugoslavija | ||
| 1938–1939 | BASK | ||
| 1939–1941 | Jedinstvo Beograd | ||
| 1942–1943 | Sloga Belgrade | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1929–1940 | Renju tal-Jugożlavja | ||
| Timijiet ikkowċjati | |||
| 1953–1960 | Jugożlavja | ||
Aleksandar "Tirke" Tirnanić (bis-Serb: Александар Тирке Тирнанић; twieled fil-15 ta' Lulju 1910 – miet fit-13 ta' Diċembru 1992) kien plejer u kowċ tal-futbol Serb.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Imwieled fir-raħal ċentrali ta' Krnjevo, Tirnanić kien għadu żgħir meta familtu ta' ħaddiema mxew lejn il-kapitali Belgrad. Missieru miet fl-1914 mal-armata Serba fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Imrobbi m'ommu, Tirnanić mal-ewwel beda juri l-ħeġġa tiegħu lejn il-logħba tal-futbol fejn kien jilgħab fi pjanuri ta' Bara Venecija. Il-kowċ Radenko Mitrović ġabu fl-istruttura taż-żgħażagħ ta' SK Jugoslavija, però iktar ftit wara ngħaqad mar-rivali lokali ta' BSK fejn mal-ewwel żviluppa bħala midfilder laterali ta' saħħa.
Ta' sbatax-il sena lagħab l-ewwel logħba tiegħu, fejn maż-żmien ifforma koppja f'nofs il-grawnd ma' Blagoje Marjanović. Tirnanić lagħab iktar minn 500 logħba għal BSK Beograd. Fl-1937 issieħeb ma' SK Jugoslavija fejn lagħab sal-1938 meta ssieħeb ma' BASK. Aktar tard fil-karriera lagħab għal żewġ klabbs oħra tal-kapitali, Jedinstvo (1939–1941) u Sloga (1942–1943).
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Tirnanić lagħab għall-Jugożlavja fit-Tazza tad-Dinja 1930. Ġurnata qabel ma għalaq l-20 sena hu skorja gowl li attwalment jagħmlu s-sitt l-iżgħar skorer ta' kull żmien fl-istorja tal-kompetizzjoni. Aktar tard hu mexxa lit-tim Jugożlav f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, fl-1954 u l-1958, kif ukoll fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1948, l-1952 u l-1960, fejn f'din tal-aħħar rebħu l-midalja tad-deheb.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- BSK Beograd
- Prva Liga: 1931, 1935, 1936, 1939
Kowċ
[immodifika | immodifika s-sors]- Jugożlavja
- Midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi: 1960
- Midalja tal-Fidda fl-Olimpjadi: 1948, 1952
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Aleksandar Tirnanić |
- Aleksandar Tirnanić – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
