Aqbeż għall-kontentut

Francisco Varallo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Francisco Varallo
Informazzjoni personali
Isem sħiħFrancisco Antonio Varallo
Twelid5 ta' Frar 1910(1910-02-05)
La PlataArġentina
Mewt30 ta' Awwissu 2010 (100 sena)
La Plata
Tul1.70 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1924–192812 de Octubre
1928Gimnasia LP
Karriera professjonali
SninKlabb
1928–1931Gimnasia LP
1931–1940Boca Juniors
Tim nazzjonali
1930–1937Arġentina
Timijiet ikkowċjati
1957–1958Gimnasia LP

Francisco Antonio Varallo (twieled fil-5 ta' Frar 1910 – miet fit-30 ta' Awwissu 2010) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin, li kien jilgħab bħala attakkant. Beda l-karriera tiegħu ma' Gimnasia La Plata u aktar tard mar ma' Boca Juniors fejn rebaħ għal numru ta' drabi t-titlu nazzjonali bejn l-1929 u l-1935.

Fl-1937 rebaħ il-Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol (dik li llum tissejjaħ il-Copa América) mat-tim nazzjonali Arġentin. Kien ukoll l-iżgħar plejer fit-Tazza tad-Dinja 1930, l-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni, u l-aħħar wieħed mill-parteċipanti li mietu.[1] Sal-2008 kien għadu jżomm it-titlu tal-aqwa skorer tal-Boca Juniors b'181 gowl, sakemm għaddieh Martín Palermo.

Tfulija u żgħożija

[immodifika | immodifika s-sors]

Imwieled nhar il-5 ta' Frar 1910 fid-distrett ta' Los Hornos ta' La Plata, Varallo hu t-tielet wild ta' Pedro Varallo u Teresa Yatorno. Imlaqqam bħala Pancho minn familtu u ħbiebu, hu mal-ewwel wera l-ħajra lejn il-logħba tal-futbol fejn ta' età żgħira iddebutta mat-tim tal-lokal, Ferro Carril Sud.[2]

Ta' sbatax-il sena mar bi prova mal-Estudiantes u minkejja li skorja tnax-il gowl fi tliet partiti ta' prova, hu ma ġiex ingaġġat.[3][4]

Fl-aħħar xhur ta' ħajtu hu ġie rikoverat f'dar tal-mistrieħ f'Villa Elisa kawża ta' bronkite.[1] Minħabba kumplikazzjoni respiratorja hu miet ta' 100 sena fl-ewwel sigħat tat-Tnejn 30 ta' Awwissu 2010.[5] Il-fdalijiet tiegħu ġew midfuna fil-ġurnata segwenti fil-qabar tal-familja; fil-funeral tiegħu pparteċipaw diversi personaġġi prominenti tal-futbol Arġentin u plejers tal-Boca bħal Martín Palermo, Jorge Ameal, Sebastián Battaglia, Julio Grondona, Walter Gisande, president ta' Gimnasia, u Rubén Filippas, president tal-Estudiantes. F'din l-okkażjoni kemm il-Boca Juniors kif ukoll Gimnasia iddikjaraw ġurnata ta' luttu u esprimew "id-dispjaċir kbir għall-mewt ta' wieħed mill-ikbar idoli". Il-Boca issospendew l-attivitajiet u l-formazzjoni ta' Claudio Borghi tħarrġet b'bibien magħluqa. Fil-partita li segwiet il-mewt ta' Vrallo, l-iskwadra tal-kapital osservat minuta ta' silenzju qabel il-partita kontra San Lorenzo.

Logħbiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Karatteristiċi tekniċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Attakkant aġli u ħafif,[6] hu kien jirnexxielu jippenetra d-difiża grazzi għall-fiżiku tiegħu u għall-kontroll tajjeb tal-ballun.[6] Minkejja l-istatura żgħira, hu kellu xuttijiet b'saħħithom, karatteristika li tagħtu l-laqam ta' Cañoncito (bil-Malti: kanun żgħir).[3][6]

  1. ^ a b "Murió Francisco Varallo" (bl-Ispanjol). Clarín. 2010-08-30. Miġbur 2012-07-27.
  2. ^ ""Pancho" Varallo cumple 100 años" (bl-Ispanjol). Rueda de Noticias. 2010-02-05. Miġbur 2012-07-27.
  3. ^ a b "Ex-Jugadores: Francisco Varallo". gelp.org (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-02-04. Miġbur 2012-07-29.
  4. ^ Ramiro Scandolo (2010-02-05). "El récord es de Varallo" (bl-Ispanjol). Olé. Miġbur 2012-07-27.
  5. ^ "A los 100 años murió Pancho Varallo, el último sobreviviente del Mundial 1930" (bl-Ispanjol). La Capital. 2010-08-30. Miġbur 2012-07-29.
  6. ^ a b ċ "Francisco Varallo" (bl-Ispanjol). Fútbol Factory. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-20. Miġbur 2012-07-30.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]