Manuel Rosas
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Manuel Rosas Sánchez | ||
| Twelid | 17 ta' April 1912 Messiku | ||
| Mewt | 20 ta' Frar 1989 (76 sena) | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1929–1934 | Atlante | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1930–1934 | Messiku | ||
Manuel Rosas Sánchez (twieled fis-17 ta' April 1912 – miet fl-20 ta' Frar 1989) kien plejer tal-futbol Messikan li ħa sehem fl-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Chaquetas, kif kien magħruf, lagħab għal ħames staġuni bejn l-1929 u l-1934 ma' Atlante fejn rebaħ kampjonat wieħed fl-istaġun 1930–31.
Mat-tim nazzjonali tal-Messiku hu ġie magħżul flimkien ma' ħuh Felipe Rosas għat-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien l-ewwel plejer li qatt skorja penalty f'din il-kompetizzjoni li wasal kontra l-Arġentina. B'dan il-gowl hu sar l-iżgħar plejer li qatt skorja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, rekord li ġie megħlub iktar tard minn Pelé. Biż-żewġ gowls kontra l-Arġentina hu kien l-ewwel plejer Messikan li skorja iktar minn gowl wieħed f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja (l-ewwel li skorja iktar minn żewġ gowls kien Luis Hernández, 68 sena wara).
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Manuel Rosas – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)