Peregrino Anselmo
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Juan Peregrino Anselmo | ||
| Twelid | 30 ta' April 1902 Montevideo, Urugwaj | ||
| Mewt | 27 ta' Ottubru 1975 (73 sena) | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1922–1935 | Peñarol | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1927–1934 | Urugwaj | ||
| Timijiet ikkowċjati | |||
| 1962 | Peñarol | ||
Juan Peregrino Anselmo (twieled fit-30 ta' April 1902 – miet fis-27 ta' Ottubru 1975) kien plejer u kowċ tal-futbol Urugwajan.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bħala attakkant, Anselmo kien fost l-aqwa plejers tal-futbol Urugwaj wara l-gwerra. Hu lagħab il-karriera kollha tiegħu ma' Peñarol, fejn magħhom rebaħ il-kampjonat nazzjonali għal ħames darbiet. Wara li rtira, mexxa lill-istess Peñarol fl-1962.
Fuq livell internazzjonali Anselmo ħa sehem mat-tim nazzjonali Urugwajan fl-Olimpjadi tal-1928, fejn magħhom rebaħ il-midalja tad-deheb. Friski mir-rebħ ta' din il-midalja, sentejn wara kien fost il-protagonisti li wasslu lis-Celeste għar-rebħa fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-Urugwaj fl-1930. Anselmo ħalla l-marka tiegħu b'gowl fl-aħħar logħba tal-fażi tal-gruppi kontra r-Rumanija (f'rebħa ta' 4–0 għall-Urugwaj) u skorja doppjetta fis-semifinali kontra l-Jugożlavja (bis-Sud-Amerikani joħorġu rebbieħa 6–1). Bil-finali kontra l-Arġentina, Anselmo irrifjuta li jinżel jilgħab wara attakk ta' paniku. Postu ħadu Héctor Castro li skorja r-raba' gowl fir-rebħa ta' 4–2.[1]
Fl-1935 ifforma parti mit-tim tal-Urugwaj li rebaħ il-Copa América fil-Perù, mingħajr qatt ma niżel fil-grawnd.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Uruguay - Record International Players" (bl-Ingliż). RSSSF.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Peregrino Anselmo fuq National-Football-Teams.com