Đorđe Vujadinović
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 29 ta' Novembru 1909 Smederevo, Renju tas-Serbja | ||
| Mewt | 5 ta' Ottubru 1990 (80 sena) Belgrad | ||
| Tul | 1.73 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Mixtliet | |||
| 1923–1928 | BSK Beograd | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1928–1940 | BSK Beograd | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1929–1940 | Renju tal-Jugożlavja | ||
| Timijiet ikkowċjati | |||
| Partizan (żgħażagħ) | |||
| BSK Beograd (żgħażagħ) | |||
| 1960–1961 | BSK Beograd | ||
| Jugożlavja U-21 | |||
| 1967 | Altay | ||
Đorđe "Đokica" Vujadinović (bis-Serb: Ђорђе Вујадиновић; twieled fid-29 ta' Novembru 1909 – miet fil-5 ta' Ottubru 1990) kien plejer u kowċ tal-futbol Serb.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Vujadinović twieled f'Kolari, subborg ta' Smederevo, u ta' età żgħira mar jgħix Belgrad ma' zijuh. Waqt li kien qiegħed jilgħab ma' sħabu f'park, hu ġie mistieden flimkien ma' tnejn oħra biex jippruaw ma' fost l-akbar klabbs Jugożlavi ta' dak iż-żmien, BSK. Hu ssieħeb mat-tim taż-żgħażagħ u aktar tard ifforma parti mill-ewwel tim li kien jinkludi fost oħrajn lil Tirnanić, Valjarević, Krčevinac, Zloković, li ddomina x-xena tal-futbol lokali tat-tletinijiet. L-aħħar tas-snin għoxrin kien żmien favoreli għall-futbol Jugożlav, fejn il-plejers bdew isiru professjonali u jitħallsu. Madankollu, Vujadinović irrifjuta li jitħallas minħabba li s-salarju bħala impjegat ta' bank kien biżżejjed u l-logħba tal-futbol kien jilgħaba għall-gost. Sal-1940, lagħab madwar 400 logħba għall-klabb, rebaħ il-kampjonat għal ħames darbiet u spiċċa l-aqwa skorer darbtejn.[1]
Mat-tim nazzjonali Jugożlav, Vujadinović lagħab 44 logħba bejn l-1929 u l-1940. Hu kien wieħed mill-plejers tat-tim li ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.[1]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- BSK Beograd
- Prva Liga: 1930–31, 1932–1933, 1934–35, 1935–36, 1938–39
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- L-aqwa skorer tal-Prva Liga: 1929 (10 gowls), 1930–31 (12-il gowl)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 "Vujadinovic Djordje". reprezentacija.rs (bis-Serb).
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Đorđe Vujadinović – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Đorđe Vujadinović fuq National-Football-Teams.com