Luis Monti
Luis Monti fl-1925 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Luis Felipe Monti | ||
Twelid | 15 ta' Mejju 1901 Buenos Aires, Arġentina | ||
Mewt | 9 ta' Settembru 1983 (82 sena) Buenos Aires | ||
Rwol | Midfilder | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1921 | Huracán | ||
1922 | Boca Juniors | ||
1922–1930 | San Lorenzo | ||
1930–1939 | Juventus | ||
Tim nazzjonali | |||
1924–1931 | Arġentina | ||
1932–1936 | Italja | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1939–1940 | Triestina | ||
1940–1941 | Juventus | ||
1942–1943 | Varese | ||
1944 | Varese | ||
1945–1947 | Atalanta | ||
1947 | Vigevano | ||
1947–1948 | Huracán | ||
1949–1950 | Pisa |
Luis Felipe Monti (twieled fil-15 ta' Mejju 1901 – miet fid-9 ta' Settembru 1983) kien plejer tal-futbol Arġentin-Taljan li kien jilgħab bħala midfilder. Monti iddistingwa ruħu minħabba li rnexxielu jilgħab żewġ finali tat-Tazza tad-Dinja ma' żewġ timijiet nazzjonali differenti. Hu lagħab l-ewwel finali ma' art twelidu l-Arġentina fl-1930, fit-telfa ta' 4–2 kontra l-Urugwaj; it-tieni waħda kienet mal-Italja bħala wieħed mill-oriundi fl-1934. Din id-darba Monti kif fuq in-naħa r-rebbieħa hekk kif l-Italja għelbu 2–1 liċ-Ċekoslovakkja.
Stil ta' logħob
[immodifika | immodifika s-sors]Monti kien magħruf bħala plejer b'saħħtu u kuraġġjuż, imma kellu karatteristiċi tekniċi li kienu jippermettulu li jagħmel daħliet b'saħħithom. Fis-sistema antika tal-Metodo hu kien jilgħab bħala difensur ċentrali offensiv, pożizzjoni li hi simili għal dik ta' midfilder difensiv fil-formazzjonijiet tal-lum. B'hekk hu kien jimmarka l-attakkant ċentrali tat-tim oppost meta t-tim tiegħu jkun qiegħed jiddefendi, però jkun dak il-plejer li jiddetta l-logħba u joħloq l-azzjonijiet meta t-tim ikun fuq l-offensiva.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Monti beda l-karriera tiegħu fl-1921 ma' Huracán fejn magħhom rebaħ l-ewwel minn ħafna kampjonati li kellhom isegwu. Is-sena ta' wara iffirma ma' Boca Juniors imma ma lagħab l-ebda logħba. Hu ngħaqad ma' San Lorenzo u magħhom rebaħ tliet kampjonati oħra.
Monti ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin fl-1924. Magħhom hu rebaħ l-Copa América u l-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928. B'Monti bħala pedina importanti tat-tim l-Arġentina waslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1930 wara li għelbu lil Franza, il-Messiku, iċ-Ċili u l-Istati Uniti. Monti skorja darbtejn, madanakollu naqas li jimpressjona fil-finali mitlufa bl-iskor ta' 4–2 kontra l-Urugwaj.
Fl-1931 qasam l-Atlantiku biex ingħaqad mal-klabb Taljan ta' Juventus u magħhom rebaħ erba' kampjonati konsekuttivi. Mat-tim minn Turin hu ġabar 263 preżenza u 22 gowl, 19 minnhom fis-Serie A.
Wara li kiseb il-passaport Taljan grazzi għall-atenati Emiljani tiegħu u seta' jilgħab minn Diċembru tal-1932 bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan. Magħhom hu kiseb 18-il preżenza u skorja gowl wieħed, waqt li rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1934 taħt il-gwida ta' Vittorio Pozzo.
Mat-tim nazzjonali fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra tal-14 ta' Novembru 1934 hu weġġa' gravi fil-logħba li baqgħet imfakkra bħala l-Battalja ta' Highbury. Wara biss żewġ minuti logħob hu kiser għadma f'saqajh wara ħabta mal-attakkant Ingliż Ted Drake. Din ħalliet lit-Taljani jilgħabu b'10 min-nies f'logħba diffiċli li tilfuha 3–2. Kawża ta' dak li ġara hu baqa' ħafna barra mil-logħob, però xorta waħda baqa' attiv man-nazzjonal sal-1936 u mal-Juventus sal-1938 meta, fl-età ta' 37 sena irtira.
Wara l-irtirar, Monti sar kowċ. Hu miet fl-1983 ta' 82 sena.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Huracán
- Primera División: 1921
- San Lorenzo
- Primera División: 1923, 1924, 1927
- Juventus
- Serie A: 1931–32, 1932–33, 1933–34, 1934–35
- Coppa Italia: 1937–38
Nazzjonal
[immodifika | immodifika s-sors]- Arġentina
- Copa América: 1927
- Midalja tal-Fidda fl-Olimpjadi tas-sajf: 1928
- Italja
- Tazza tad-Dinja: 1934
Kowċ
[immodifika | immodifika s-sors]- Juventus
- Coppa Italia: 1941–42
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Luis Monti (Luis Monti) |