Aqbeż għall-kontentut

Logħob Olimpiku tas-sajf

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Olimpjadi tas-sajf)

Artiklu prinċipali: Logħob Olimpiku.

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment sportiv internazzjonali li jsir f'belt differenti kull erba' snin. L-iktar edizzjoni riċenti saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jorganizzaw dawn il-logħba u jħares fuq il-preparamenti tal-belt ospitanti. F'kull avveniment Olimpiku, midalji tad-deheb jingħataw lil minn jispiċċa fl-ewwel post, midalji tal-fidda għat-tieni u midalji tal-bronż għat-tielet klassifikat; din it-tradizzjoni bdiet fl-1904. Is-suċċess tal-Olimpjadi tas-sajf wasslu għall-ħolqien tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa.

L-Olimpjadi kibru minn kompetizzjoni ta' 42 avveniment b'inqas minn 250 kompetitur maskili minn 14-il pajjiż fl-1896 għal 302 avvenimenti b'10,768 kompetitur minn 204 pajjiżi fl-2012. Huma biss ħames pajjiżi – il-Greċja, l-Awstralja, Franza, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera – li pparteċipaw f'kull Olimpjadi tas-sajf. L-unika pajjiż li minn tal-anqas rebaħ midalja tad-deheb f'kull edizzjoni huwa r-Renju Unit.

Tmintax-il pajjiż ospitaw fihom l-Olimpjadi tas-sajf, bl-Istati Uniti torganizza erba' edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf. Il-bliet ta' Ateni, fil-Greċja, u Tokjo, fil-Ġappun, huma l-uniċi li ospitaw (jew se jospitaw) fihom żewġ edizzjonijiet.

Kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-regoli ta' kwalifikazzjoni għal kull sport Olimpiku huma ddettati mill-federazzjonijiet sportivi li jmexxu l-kompetizzjoni internazzjonali ta' dak l-isport.[1] Għal sports individwali, il-kompetituri tipikament jikkwalifikaw wara li jkunu kisbu pożizzjoni partikulari f'xi avveniment internazzjonali jew fi klassifika tal-federazzjoni internazzjonali. Hemm regola ġenerali li massimu ta' tliet atleti individwali jistgħu jirrapreżentaw lil pajjiż f'kull kompetizzjoni. Il-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali (KON) jistgħu jdaħħlu numru limitat ta' kompetituti kwalifikati għal kull avveniment, u l-KON jiddeċiedu liema kompetituri kwalifikati għandhom jintgħażlu f'każ li iktar ikunu laħqu xi punt ta' riferiment.[1]

Pajjiżi ġeneralment jikkwalifikaw għal sports tat-timijiet permezz ta' turnej ta' kwalifikazzjoni fejn kull assoċjazzjoni kontinentali tingħata numru ta' sports fit-turnew Olimpiku. Kull pajjiż jista' jiġi rappreżentat minn mhux iktar minn tim wieħed f'kull kompetizzjoni (tim huwa żewġ persuni f'ċerti sports).

Gradwatorja tal-aqwa pajjiżi

[immodifika | immodifika s-sors]

Dati aġġornati skont il-31 Olimpjadi tas-sajf.[2]

      Pajjiżi li m'għadhomx jeżistu

Piż.PajjiżPreżenziDehebFiddaBronżTotal
1  Stati Uniti2710278007042531
2  Unjoni Sovjetika93953192961010
3  Renju Unit28263295293851
4  Ċina10224167155546
5  Franza28212241263716
6  Italja27206178193577
7  Ġermanja16191192232615
8  Ungerija26175147169491
9  Ġermanja tal-Punent5153129127409
10  Russja6149124153426

Edizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Edizzjoni Sena Pajjiż ospitant Miftuħ minn Dati Pajjiżi Kompetituri Sports Dixxiplini Avvenimenti L-aqwa pajjiż
Total Rġiel Nisa
I 1896 Greċja Ateni, Greċja Re Ġorġ I 6–15 ta' April 14241241091043  Stati Uniti
II 1900 Franza Pariġi, Franza N/A 14 ta' Mejju – 28 ta' Ottubru 2499797522192085  Franza
III 1904 Stati Uniti St. Louis, Stati Uniti Eks-Gvernatur David R. Francis 1 ta' Lulju – 23 ta' Novembru 126516456161794  Stati Uniti
IV 1908 Renju Unit Londra, Renju Unit Re Dwardu VII 27 ta' April – 31 ta' Ottubru 2220081971372225110  Renju Unit
V 1912 Żvezja Stokkolma, Żvezja Re Gustaf V 6–22 ta' Lulju 2824072359481418102  Stati Uniti
VI 1916 Mogħtija lil Berlin, imħassra minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija
VII 1920 Belġju Antwerp, Belġju Re Albertu I 14 ta' Awwissu – 12 ta' Settembru 2926262561652229156  Stati Uniti
VIII 1924 Franza Pariġi, Franza President Gaston Doumergue 4 ta' Mejju – 27 ta' Lulju 44308929541351723126  Stati Uniti
IX 1928 Netherlands Amsterdam, Pajjiżi l-Baxxi Prinċep Neriku, Duka ta' Mecklenburg-Schwerin 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 46288326062771420109  Stati Uniti
X 1932 Stati Uniti Los Angeles, Stati Uniti Viċi-President Charles Curtis 30 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu 37133212061261420117  Stati Uniti
XI 1936 Ġermanja Berlin, Ġermanja Kanċillier Adolf Hitler 1–16 ta' Awwissu 49396336323311925129  Ġermanja
XII 1940 Oriġinarjament mogħtija lil Tokjo, imbagħad lil Ħelsinki, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija
XIII 1944 Mogħtija lil Londra, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija
XIV 1948 Renju Unit Londra, Renju Unit Re Ġorġ VI 29 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu 59410437143901723136  Stati Uniti
XV 1952 Finlandja Ħelsinki, Finlandja President Juho Kusti Paasikivi 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu 69495544365191723149  Stati Uniti
XVI 1956 Awstralja Melbourne, Awstralja Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh 22 ta' Novembru – 8 ta' Diċembru 72331429383761723151  Unjoni Sovjetika
XVII 1960 Italja Ruma, Italja President Giovanni Gronchi 25 ta' Awwissu – 11 ta' Settembru 83533847276111723150  Unjoni Sovjetika
XVIII 1964 Ġappun Tokjo, Ġappun Imperatur Hirohito 10–24 ta' Ottubru 93515144736781925163  Stati Uniti
XIX 1968 Messiku Belt tal-Messiku, Messiku President Gustavo Díaz Ordaz 12–27 ta' Ottubru 112551647357811824172  Stati Uniti
XX 1972 Ġermanja tal-Punent Munich, Ġermanja tal-Punent President Gustav Heinemann 26 ta' Awwissu – 10 ta' Settembru 1217134607510592128195  Unjoni Sovjetika
XXI 1976 Kanada Montreal, Kanada Reġina Eliżabetta II 17 ta' Lulju – 1 ta' Awwissu 926084482412602127198  Unjoni Sovjetika
XXII 1980 Unjoni Sovjetika Moska, Unjoni Sovjetika President Leonid Brezhnev 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu 805179406411152127203  Unjoni Sovjetika
XXIII 1984 Stati Uniti Los Angeles, Stati Uniti President Ronald Reagan 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 1406829526315662129221  Stati Uniti
XXIV 1988 Korea t'Isfel Seoul, Korea t'Isfel President Roh Tae-woo 17 ta' Settembru – 2 ta' Ottubru 1598391619721942331237  Unjoni Sovjetika
XXV 1992 Spanja Barċellona, Spanja Re Juan Carlos I 25 ta' Lulju – 9 ta' Awwissu 1699356665227042534257 Tim Unifikat
XXVI 1996 Stati Uniti Atlanta, Stati Uniti President Bill Clinton 19 ta' Lulju – 4 ta' Awwissu 19710318680635122637271  Stati Uniti
XXVII 2000 Awstralja Sydney, Awstralja Gvernatur-Ġeneral Sir William Deane 15 ta' Settembru – 1 ta' Ottubru 19910651658240692840300  Stati Uniti
XXVIII 2004 Greċja Ateni, Greċja President Konstantinos Stephanopoulos 13–29 ta' Awwissu 20110625629643292840301  Stati Uniti
XXIX 2008 Ċina Bejġing, Ċina President Hu Jintao 8–24 ta' Awwissu 20410942630546372841302  Ċina
XXX 2012 Renju Unit Londra, Renju Unit Reġina Eliżabetta II 27 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 20410768599247762639302  Stati Uniti
XXXI 2016 Brażil Rio de Janeiro, Brażil President fil-kariga Michel Temer 5–21 ta' Awwissu 207113032841306  Stati Uniti
XXXII 2020 Ġappun Tokjo, Ġappun Imperatur Naruhito 23 ta' Lulju – 8 ta' Awwissu 2021 Avveniment fil-futur3350339
XXXIII 2024 Franza Pariġi, Franza[3] 2–18 ta' Awwissu Avveniment fil-futur
XXXIV 2028 Stati Uniti Los Angeles, Stati Uniti[3] 21 ta' Lulju – 6 ta' Awwissu Avveniment fil-futur
  1. 1 2 Kumitat Olimpiku Internazzjonali (ed.). "Olympians" (bl-Ingliż).
  2. olympic.org (ed.). "RESULTS" (bl-Ingliż).
  3. 1 2 "IOC makes historic decision in agreeing to award 2024 and 2028 Olympic Games at the same time" (bl-Ingliż). olympic.org. 2017-07-11.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]