Logħob Olimpiku tas-sajf

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Logħob Olimpiku.

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment sportiv internazzjonali li jsir f'belt differenti kull erba' snin. L-iktar edizzjoni riċenti saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jorganizzaw dawn il-logħba u jħares fuq il-preparamenti tal-belt ospitanti. F'kull avveniment Olimpiku, midalji tad-deheb jingħataw lil minn jispiċċa fl-ewwel post, midalji tal-fidda għat-tieni u midalji tal-bronż għat-tielet klassifikat; din it-tradizzjoni bdiet fl-1904. Is-suċċess tal-Olimpjadi tas-sajf wasslu għall-ħolqien tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa.

L-Olimpjadi kibru minn kompetizzjoni ta' 42 avveniment b'inqas minn 250 kompetitur maskili minn 14-il pajjiż fl-1896 għal 302 avvenimenti b'10,768 kompetitur minn 204 pajjiżi fl-2012. Huma biss ħames pajjiżi – il-Greċja, l-Awstralja, Franza, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera – li pparteċipaw f'kull Olimpjadi tas-sajf. L-unika pajjiż li minn tal-anqas rebaħ midalja tad-deheb f'kull edizzjoni huwa r-Renju Unit.

Tmintax-il pajjiż ospitaw fihom l-Olimpjadi tas-sajf, bl-Istati Uniti torganizza erba' edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf. Il-bliet ta' Ateni, fil-Greċja, u Tokjo, fil-Ġappun, huma l-uniċi li ospitaw (jew se jospitaw) fihom żewġ edizzjonijiet.

Kwalifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-regoli ta' kwalifikazzjoni għal kull sport Olimpiku huma ddettati mill-federazzjonijiet sportivi li jmexxu l-kompetizzjoni internazzjonali ta' dak l-isport.[1] Għal sports individwali, il-kompetituri tipikament jikkwalifikaw wara li jkunu kisbu pożizzjoni partikulari f'xi avveniment internazzjonali jew fi klassifika tal-federazzjoni internazzjonali. Hemm regola ġenerali li massimu ta' tliet atleti individwali jistgħu jirrapreżentaw lil pajjiż f'kull kompetizzjoni. Il-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali (KON) jistgħu jdaħħlu numru limitat ta' kompetituti kwalifikati għal kull avveniment, u l-KON jiddeċiedu liema kompetituri kwalifikati għandhom jintgħażlu f'każ li iktar ikunu laħqu xi punt ta' riferiment.[1]

Pajjiżi ġeneralment jikkwalifikaw għal sports tat-timijiet permezz ta' turnej ta' kwalifikazzjoni fejn kull assoċjazzjoni kontinentali tingħata numru ta' sports fit-turnew Olimpiku. Kull pajjiż jista' jiġi rappreżentat minn mhux iktar minn tim wieħed f'kull kompetizzjoni (tim huwa żewġ persuni f'ċerti sports).

Gradwatorja tal-aqwa pajjiżi[immodifika | immodifika s-sors]

Dati aġġornati skont il-31 Olimpjadi tas-sajf.[2]

      Pajjiżi li m'għadhomx jeżistu

Piż. Pajjiż Preżenzi Deheb Fidda Bronż Total
1  Stati Uniti 27 1027 800 704 2531
2  Unjoni Sovjetika 9 395 319 296 1010
3  Renju Unit 28 263 295 293 851
4  Ċina 10 224 167 155 546
5  Franza 28 212 241 263 716
6  Italja 27 206 178 193 577
7  Ġermanja 16 191 192 232 615
8  Ungerija 26 175 147 169 491
9  Ġermanja tal-Punent 5 153 129 127 409
10  Russja 6 149 124 153 426

Edizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Edizzjoni Sena Pajjiż ospitant Miftuħ minn Dati Pajjiżi Kompetituri Sports Dixxiplini Avvenimenti L-aqwa pajjiż
Total Rġiel Nisa
I 1896 Greċja Ateni, Greċja Re Ġorġ I 6–15 ta' April 14 241 241 0 9 10 43  Stati Uniti
II 1900 Franza Pariġi, Franza N/A 14 ta' Mejju – 28 ta' Ottubru 24 997 975 22 19 20 85  Franza
III 1904 Stati Uniti St. Louis, Stati Uniti Eks-Gvernatur David R. Francis 1 ta' Lulju – 23 ta' Novembru 12 651 645 6 16 17 94  Stati Uniti
IV 1908 Renju Unit Londra, Renju Unit Re Dwardu VII 27 ta' April – 31 ta' Ottubru 22 2008 1971 37 22 25 110  Renju Unit
V 1912 Żvezja Stokkolma, Żvezja Re Gustaf V 6–22 ta' Lulju 28 2407 2359 48 14 18 102  Stati Uniti
VI 1916 Mogħtija lil Berlin, imħassra minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija
VII 1920 Belġju Antwerp, Belġju Re Albertu I 14 ta' Awwissu – 12 ta' Settembru 29 2626 2561 65 22 29 156  Stati Uniti
VIII 1924 Franza Pariġi, Franza President Gaston Doumergue 4 ta' Mejju – 27 ta' Lulju 44 3089 2954 135 17 23 126  Stati Uniti
IX 1928 Netherlands Amsterdam, Pajjiżi l-Baxxi Prinċep Neriku, Duka ta' Mecklenburg-Schwerin 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 46 2883 2606 277 14 20 109  Stati Uniti
X 1932 Stati Uniti Los Angeles, Stati Uniti Viċi-President Charles Curtis 30 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu 37 1332 1206 126 14 20 117  Stati Uniti
XI 1936 Ġermanja Berlin, Ġermanja Kanċillier Adolf Hitler 1–16 ta' Awwissu 49 3963 3632 331 19 25 129  Ġermanja
XII 1940 Oriġinarjament mogħtija lil Tokjo, imbagħad lil Ħelsinki, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija
XIII 1944 Mogħtija lil Londra, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija
XIV 1948 Renju Unit Londra, Renju Unit Re Ġorġ VI 29 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu 59 4104 3714 390 17 23 136  Stati Uniti
XV 1952 Finlandja Ħelsinki, Finlandja President Juho Kusti Paasikivi 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu 69 4955 4436 519 17 23 149  Stati Uniti
XVI 1956 Awstralja Melbourne, Awstralja Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh 22 ta' Novembru – 8 ta' Diċembru 72 3314 2938 376 17 23 151  Unjoni Sovjetika
XVII 1960 Italja Ruma, Italja President Giovanni Gronchi 25 ta' Awwissu – 11 ta' Settembru 83 5338 4727 611 17 23 150  Unjoni Sovjetika
XVIII 1964 Ġappun Tokjo, Ġappun Imperatur Hirohito 10–24 ta' Ottubru 93 5151 4473 678 19 25 163  Stati Uniti
XIX 1968 Messiku Belt tal-Messiku, Messiku President Gustavo Díaz Ordaz 12–27 ta' Ottubru 112 5516 4735 781 18 24 172  Stati Uniti
XX 1972 Ġermanja tal-Punent Munich, Ġermanja tal-Punent President Gustav Heinemann 26 ta' Awwissu – 10 ta' Settembru 121 7134 6075 1059 21 28 195  Unjoni Sovjetika
XXI 1976 Kanada Montreal, Kanada Reġina Eliżabetta II 17 ta' Lulju – 1 ta' Awwissu 92 6084 4824 1260 21 27 198  Unjoni Sovjetika
XXII 1980 Unjoni Sovjetika Moska, Unjoni Sovjetika President Leonid Brezhnev 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu 80 5179 4064 1115 21 27 203  Unjoni Sovjetika
XXIII 1984 Stati Uniti Los Angeles, Stati Uniti President Ronald Reagan 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 140 6829 5263 1566 21 29 221  Stati Uniti
XXIV 1988 Korea t'Isfel Seoul, Korea t'Isfel President Roh Tae-woo 17 ta' Settembru – 2 ta' Ottubru 159 8391 6197 2194 23 31 237  Unjoni Sovjetika
XXV 1992 Spanja Barċellona, Spanja Re Juan Carlos I 25 ta' Lulju – 9 ta' Awwissu 169 9356 6652 2704 25 34 257 Tim Unifikat
XXVI 1996 Stati Uniti Atlanta, Stati Uniti President Bill Clinton 19 ta' Lulju – 4 ta' Awwissu 197 10318 6806 3512 26 37 271  Stati Uniti
XXVII 2000 Awstralja Sydney, Awstralja Gvernatur-Ġeneral Sir William Deane 15 ta' Settembru – 1 ta' Ottubru 199 10651 6582 4069 28 40 300  Stati Uniti
XXVIII 2004 Greċja Ateni, Greċja President Konstantinos Stephanopoulos 13–29 ta' Awwissu 201 10625 6296 4329 28 40 301  Stati Uniti
XXIX 2008 Ċina Bejġing, Ċina President Hu Jintao 8–24 ta' Awwissu 204 10942 6305 4637 28 41 302  Ċina
XXX 2012 Renju Unit Londra, Renju Unit Reġina Eliżabetta II 27 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 204 10768 5992 4776 26 39 302  Stati Uniti
XXXI 2016 Brażil Rio de Janeiro, Brażil President fil-kariga Michel Temer 5–21 ta' Awwissu 207 11303 28 41 306  Stati Uniti
XXXII 2020 Ġappun Tokjo, Ġappun Imperatur Naruhito 23 ta' Lulju – 8 ta' Awwissu 2021 Avveniment fil-futur 33 50 339
XXXIII 2024 Franza Pariġi, Franza[3] 2–18 ta' Awwissu Avveniment fil-futur
XXXIV 2028 Stati Uniti Los Angeles, Stati Uniti[3] 21 ta' Lulju – 6 ta' Awwissu Avveniment fil-futur

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Kumitat Olimpiku Internazzjonali (ed.). "Olympians" (bl-Ingliż).
  2. ^ olympic.org (ed.). "RESULTS" (bl-Ingliż).
  3. ^ a b "IOC makes historic decision in agreeing to award 2024 and 2028 Olympic Games at the same time" (bl-Ingliż). olympic.org. 2017-07-11.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]