Los Angeles
| Los Angeles | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
|
| |||
|
| |||
| Amministrazzjoni | |||
| Stat sovran | Stati Uniti tal-Amerka | ||
| Stati tal-Istati Uniti | California (mul) | ||
| County of California | Los Angeles County (en) | ||
| Kap tal-Gvern |
Karen Bass (mul) | ||
| Isem uffiċjali | City of Los Angeles | ||
| Ismijiet oriġinali | El Pueblo de Nuestra Señora la Reina de los Ángeles del Río de Porciúncula | ||
| Kodiċi postali |
90001, 90002, 90003, 90004, 90005, 90006, 90007, 90008, 90009, 90010, 90011, 90012, 90013, 90014, 90015, 90016, 90017, 90018, 90019, 90020, 90021, 90022, 90023, 90024, 90025, 90026, 90027, 90028, 90029, 90030, 90031, 90032, 90033, 90034, 90035, 90036, 90037, 90038, 90039, 90040, 90041, 90042, 90043, 90044, 90045, 90046, 90047, 90048, 90049, 90050, 90051, 90052, 90053, 90054, 90055, 90056, 90057, 90058, 90059, 90060, 90061, 90062, 90063, 90064, 90065, 90066, 90067, 90068, 90070, 90071, 90072, 90073, 90074, 90075, 90076, 90077, 90078, 90079, 90080, 90081, 90082, 90083, 90084, 90085, 90086, 90087, 90088, 90089, 90091, 90093, 90095, 90096, 90099, 90134, 90140u 90189 | ||
| Ġeografija | |||
| Koordinati | 34°06′N 118°12′W / 34.1°N 118.2°WKoordinati: 34°06′N 118°12′W / 34.1°N 118.2°W | ||
|
| |||
| Superfiċjenti | 1,302.15171 kilometru kwadru | ||
| Għoli | 106 m | ||
| Fruntieri ma' |
Lomita (en) | ||
| Demografija | |||
| Popolazzjoni | 3,898,747 abitanti (1 April 2020) | ||
| Unitajiet domestiċi | 1,402,522 | ||
| Informazzjoni oħra | |||
| Fondazzjoni | It-TlietaambUTCIt-Tlieta | ||
| Kodiċi tat-telefon |
213, 310, 424, 323, 747u 818 | ||
| Żona tal-Ħin |
UTC−08:00 (en) | ||
| bliet ġemellati |
Berlin, Mumbai, Nagoya, Eilat (en) | ||
| lacity.gov | |||
Los Angeles, magħrufha wkoll fil-qasir bħala L.A., hija belt fl-Istati Uniti tal-Amerika, iċ-ċentru kulturali, finanzjarju u kummerċjali ta' Southern Calfornia. B'popolazzjoni ta' 3,976,322 ruħ (skont ċensiment tal-2016), din il-belt hi t-tieni l-ikbar waħda f'termini ta' popolazzjoni fl-Istati Uniti (wara New York City) u l-ikbar waħda fl-istat ta' California. Ikkonfinata minn tliet naħat ta' muntanji li jwasslu mat-3,000 metru f'baċin qrib il-kosta, Los Angeles tkopri żona ta' madwar 469 mil kwadru (1,210 km2). Il-belt hi wkoll is-sede tal-Kontea ta' Los Angeles, l-ikbar kontea fil-pajjiż. Los Angeles hi ċ-ċentru taż-żona metropolitana ta' Los Angeles, bi 13-il miljun resident.
Storikament, Los Angeles ġiet uffiċjalment fundata fl-4 ta' Settembru 1781, mill-gvernatur Spanjol Felipe de Neve. Din saret parti mill-Messiku fl-1821 wara l-Gwerra tal-Indipendenza tal-Messiku. Fl-1848, fi tmiem tal-Gwerra Messiku-Amerikana, Los Angeles u l-kumplament ta' California inxtraw biex saru parti mill-Istati Uniti. Los Angeles saret muniċipalità fl-4 ta' April 1850, ħames xhur qabel ma' California kisbet l-istatus ta' stat. L-iskoperta taż-żejt fl-1890ijiet wasslu għal spinta ekonomika qawwija fil-belt.
Imlaqqma bħala City of Angels (Il-Belt tal-Anġli) minħabba kif isimha huwa tradott bil-lingwa Spanjola, Los Angeles hi magħrufha għall-klima Mediterranja tagħha u d-diversità etnika. Il-belt hija wkoll mutur ekonomiku sustanzjali fil-pajjiż, b'ekonomija diversifikata f'numru ta' kampijiet professjonali u kulturali. Los Angeles hi wkoll famuża minħabba li fiha tospita lil Hollywood, iċ-ċentru tal-industrija tad-divertiment fid-dinja.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]
L-isem Los Angeles ġej mill-Ispanjol għal "L-Anġli" u huwa verżjoni mqassra mill-isem oriġinali tal-post li kien "El Pueblo de Nuestra Señora la Reina de los Ángeles de Porciúncula"[1] (bil-Malti, "il-belt ta' Santa Marija tal-Anġli ta' Porzjunkola"), mogħti wara li l-esploratur Katalan Gaspar de Portolà mexxa spedizzjoni f'Southern California flimkien mal-patrijiet Franġiskani Junípero Serra u Juan Crespi. Fl-4 ta' April 1850, California saret stat tal-Istati Uniti, u fl-istess sena Los Angeles saret muniċipalità meta l-popolazzjoni tagħha kienet ta' madwar 1,600 ruħ. Il-ferrovija waslet Los Angeles fl-1876 taħt il-kumpanija Southern Pacific Railroad.
L-ewwel korp tal-pulizija f'Los Angeles ġie fundat fl-1853 taħt l-isem ta' Los Angeles Rangers, minn volontiera. Fl-1869 twaqqfet l-LAPD, akronimu ta' Los Angeles Police Department, meta sitt aġenti ġew maħtura mill-kap tal-pulizija William C. Warren. Illum il-ġurnata hemm 'il fuq minn 4,000 aġent tal-għassa, mingħajr ma jingħaddu il-Los Angeles Sheriff's Department, li jkopru l-kontea kollha ta' Los Angeles.
L-ewwel tkabbir fl-iżvilupp ta' Los Angeles kien fl-iskopera taż-żejt fl-1892. Fl-1923, iż-żona ta' Los Angeles kienet tforni kwart taż-żejt konsumat fid-dinja. Los Angeles ospitat żewġ edizzjonijiet tal-Logħob Olimpiku fl-1932 u l-1984.
Residenti notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Pool, Bob (2005-03-26). "City of Angels' First Name Still Bedevils Historians" (bl-Ingliż). Los Angeles Times.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Los Angeles |
| Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati ma': Los Angeles |