Lingwa Spanjola
| Spanjol (Español) | |||
|---|---|---|---|
| Mitkellma fl- | Spanja | ||
| Reġjuni: | Ewropa, Amerika, Ginea Ekwatorjali | ||
| Kelliema: | 559 miljun | ||
| ´Familja: | Lingwi Rumanzi | ||
| Lingwa uffiċjali ta': | |||
| Regolati: | Asociación de Academias de la Lengua Española | ||
| ISO 639-1: | es | ||
| ISO 639-2: | spa | ||
| ISO 639-3: | spa | ||
| SIL: | spa | ||
| Ara ukoll: Lingwa | |||
L-iSpanjol huwa l-lingwa uffiċjali ta’ Spanja, kif ukoll ta’ ħafna mill-pajjiżi tal-Amerika Latina li kienu kolonja ta' Spanja, Portugall u waħda mil-iktar lingwi mitħaddta f’Puerto Rico. Huwa wieħed mis-sitt lingwi uffiċjali tal-Ġnus Magħquda. Madwar erbatax il-miljun u nofs persuna li jitkellmu bl-Ispanjol jgħixu l-Istati Uniti tal-Amerika u madwar id-dinja jitkellmuh madwar 500 miljun. L-Ispanjol huwa t-tieni lingwa l-aktar mitkellma fid-dinja, wara ċ-Ċiniż, u qabel l-Ingliż, l-Urdu u l-Għarbi.
L-Ispanjol oriġina ruħu l-ewwel bħala djalett Latin u uħud mil-pajjiżi li kienu jitkellmuh kienu Burgos u Cantabria. Imbagħad mal-medda taż-żmien beda jinfirex u spiċċa biex sar il-lingwa prinċipali tal-gvern. Ftit taż-żmien wara l-Ispanjol infirex mal-kontinent Amerikan u f-partijiet fl-aħħar ħames sekli permezz tal-esploraturi u kolonizzaturi Spanjoli.