Bordeaux
Bordeaux | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Franza | ||
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | ||
Region of France | Nouvelle-Aquitaine | ||
Dipartimenti ta' Franza | Gironde | ||
Métropole | Metropoli ta' Bordeaux | ||
Kap tal-Gvern |
Pierre Hurmic (en) ![]() | ||
Isem uffiċjali |
Bordeaux Commune-Franklin Bordeaux | ||
Ismijiet oriġinali |
Bordeaux Bordèu | ||
Kodiċi postali |
33000, 33100, 33200, 33300u 33800 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 44°50′16″N 0°34′46″W / 44.8378°N 0.5794°WKoordinati: 44°50′16″N 0°34′46″W / 44.8378°N 0.5794°W | ||
![]() ![]() ![]() | |||
Superfiċjenti | 49.36 kilometru kwadru | ||
Għoli | 6 m | ||
Fruntieri ma' |
Blanquefort (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 259,809 abitanti (1 Jannar 2020) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 5 century "BCE" | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Munich, Fukuoka, Ashdod, Oran, Lima, Bristol, Los Angeles, Madrid, Casablanca, Wuhan, San Pietruburgu, Krakovja, Bamako, Riga, Quebec, Bilbao, Baku, Porto, Ramallahu Ouagadougou | ||
bordeaux.fr |
Bordeaux (pronunzjata: /bɔːrˈdoʊ/ bor-DOH, bil-Franċiż: [bɔʁdo]; bl-Oċċitan ta' Gascon: Bordèu [buɾˈðɛw]; bil-Bask: Bordele) hija belt portwali max-xmara Garonne fid-dipartiment Franċiż ta' Gironde, fil-Lbiċ ta' Franza. Hija l-belt kapitali tar-reġjun ta' Nouvelle-Aquitaine, kif ukoll tal-prefettura tad-dipartiment ta' Gironde. L-abitanti tal-belt jissejħu "Bordelais" (bil-maskil) jew "Bordelaises" (bil-femminil). It-terminu "Bordelais" jista' jirreferi wkoll għall-belt u għar-reġjun tal-madwar.
Il-belt ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 259,809 ruħ fl-2020 fi ħdan territorju muniċipali żgħir ta' 49 km2 (19-il mil kwadru), iżda flimkien mas-subborgi tagħha u l-irħula tal-madwar, iż-żona metropolitana ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 1,376,375 ruħ fl-istess sena (skont iċ-ċensiment ta' Jannar 2020), jiġifieri s-sitt belt l-iżjed popolata fi Franza wara Pariġi, Lyon, Marsilja, Lille u Toulouse.[1]
Bordeaux u 27 muniċipalità suburbani jiffurmaw flimkien il-Metropoli ta' Bordeaux, awtorità metropolitana eletta indirettament li issa hija responsabbli għal kwistjonijiet metropolitani usa'. Il-Metropoli ta' Bordeaux, b'popolazzjoni ta' 819,604 ruħ fiċ-ċensiment ta' Jannar 2020, hija l-ħames metropoli l-iktar popolata fi Franza wara dawk ta' Pariġi, Marsilja, Lyon u Lille.[2]
Bordeaux hija kapitali dinjija tal-inbid:[3] hemm bosta kastelli u vinji fix-xaqlibiet tal-għoljiet tal-Gironde, u l-belt tospita l-ikbar fiera ewlenija dinjija tal-inbid, Vinexpo. Bordeaux hija wkoll wieħed miċ-ċentri tat-turiżmu gastronomiku[4] u kummerċjali għall-organizzazzjoni ta' kungressi internazzjonali. Hija post ċentrali u strateġiku għas-settur tal-ajrunawtika militari u spazjali, fejn għandhom is-sede tagħhom kumpaniji internazzjonali bħal Dassault Aviation, Ariane Group, Safran u Thalès. Ir-rabta mal-avjazzjoni tmur lura għall-1910, is-sena meta tar l-ewwel ajruplan fuq il-belt. Tinsab f'salib it-toroq għall-għarfien permezz tar-riċerka universitarja, u tospita wieħed miż-żewġ lasers ta' megajoule fid-dinja, kif ukoll popolazzjoni universitarja ta' iżjed minn 130,000 student fi ħdan il-Metropoli ta' Bordeaux.[5]
Bordeaux hija destinazzjoni turistika internazzjonali għall-wirt arkitettoniku u kulturali tagħha, b'iktar minn 350 monument storiku[6], u b'hekk wara Pariġi hija l-belt bl-iżjed monumenti elenkati jew irreġistrati fi Franza. Il-"Ġawhra ta' Aquitaine" ġiet ivvutata bħala d-Destinazzjoni Ewropea tas-sena fi stħarriġ online li sar fl-2015.[7] Il-metropoli ngħatat ukoll premjijiet u klassifikazzjonijiet pożittivi minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Pereżempju fl-1957 Bordeaux ingħatat il-Premju Ewropa għall-isforzi tagħha fit-trażmissjoni tal-ideal Ewropew. F'Ġunju 2007, il-"Port tal-Qamar" fiċ-ċentru storiku ta' Bordeaux tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala kumpless arkitettoniku u urban straordinarju u bħala rikonoxximent tal-importanza internazzjonali ta' Bordeaux matul l-aħħar 2,000 sena.[8] Bordeaux hija kklassifikata wkoll bħala belt ta' Suffiċjenza min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin.
Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]
Bordeaux, il-Port tal-Qamar, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007 fil-31 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji.[8]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[8]
Relazzjonijiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Ġemellaġġi[immodifika | immodifika s-sors]
Bordeaux hija ġemellata ma':[9][10]
- Ashdod, Iżrael, mill-1984;
- Bilbao, Spanja;
- Baku, l-Ażerbajġan, mill-1985;
- Bristol, ir-Renju Unit, mill-1947;
- Casablanca, il-Marokk, mill-1988;
- Fukuoka, il-Ġappun, mill-1982;
- Krakovja, il-Polonja, mill-1993;
- Lima, il-Perù, mill-1957;
- Los Angeles, California, l-Istati Uniti, mill-1968;
- Madrid, Spanja, mill-1984;
- Munich, il-Ġermanja, mill-1964;
- Oran, l-Alġerija, mill-2003;
- Porto, il-Portugall, mill-1978;
- Quebec (belt), il-Kanada, mill-1962;
- Ramallah, il-Palestina;
- Riga, il-Latvja;
- San Pietruburgu, ir-Russja, mill-1993;
- Wuhan, iċ-Ċina, mill-1998.
Sħubijiet[immodifika | immodifika s-sors]
Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]
-
Fdalijiet ta' anfiteatru Ruman.
-
Il-Katidral ta' Bordeaux (Saint André).
-
Id-daħla magħrufa bħala Porte Cailhau.
-
Il-Grand Théâtre.
-
Il-Knisja ta' Notre Dame, Bordeaux.
-
Pont de Pierre.
-
Il-Bażilika ta' San Mikiel.
-
L-arloġġ il-kbir (Grosse cloche).
-
Palais Rohan (il-muniċipju).
-
Il-Knisja ta' Sainte-Croix.
-
Place du Parlement (il-Pjazza tal-Parlament).
-
Is-Sinagoga l-Kbira.
-
Il-faċċati tad-distrett tal-Art Déco.
-
Id-distrett ta' Darwin.
-
Protezzjoni għas-sottomarini mill-attakki mill-ajru.
Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]
- Chantal Callais and Thierry Jeanmonod (2019). Bordeaux : a history of architecture. La Crèche: La Geste. ISBN 979-10-353-0188-0.
- François Hubert, Christian Block and Jacques de Cauna (2018). Bordeaux in the 18th century : trans-Atlantic trading and slavery (2nd ed.). Bordeaux: Le Festin. ISBN 978-2-36062-009-8.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ "Historique des populations communales | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2023-04-17.
- ^ "Insee - Statistiques locales". statistiques-locales.insee.fr. Miġbur 2023-04-18.
- ^ Shurvell, Joanne. "Five Reasons To Visit The World's Wine Capital, Bordeaux". Forbes (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Bordeaux Gastronimique". Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Classement 2019 des villes étudiantes par nombre d'étudiants". www.investirlmnp.fr. Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Bordeaux Unesco | Bordeaux 2030". web.archive.org. 2020-11-03. Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Bordeaux named European destination of the year | Tatler Malaysia". web.archive.org. 2020-11-04. Miġbur 2023-04-18.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Bordeaux, Port of the Moon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Bordeaux : Découvrir Bordeaux - Europe et International". web.archive.org.
- ^ "France-Diplomatie - Atlas français de la coopération décentralisée et des autres actions extérieures". web.archive.org. 2013-02-07. Miġbur 2023-04-18.