Lyon
Lyon | |||
---|---|---|---|
Franza | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Franza | ||
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | ||
Region of France | Auvergne-Rhône-Alpes | ||
Territorial collectivity of France with special status | Metropoli ta' Lyon | ||
Kap tal-Gvern | Grégory Doucet (en) | ||
Isem uffiċjali |
Lyon Commune-Affranchie | ||
Ismijiet oriġinali |
Lyon Lugdunum | ||
Kodiċi postali |
69001, 69002, 69003, 69004, 69005, 69006, 69007, 69008u 69009 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 45°45′32″N 4°50′29″E / 45.7589°N 4.8414°EKoordinati: 45°45′32″N 4°50′29″E / 45.7589°N 4.8414°E | ||
u | |||
Superfiċjenti | 47.87 kilometru kwadru | ||
Għoli | 173 m, 160 mu 312 m | ||
Fruntieri ma' | Saint-Cyr-au-Mont-d'Or (en) , Saint-Didier-au-Mont-d'Or (en) , Saint-Fons (en) , Sainte-Foy-lès-Lyon (en) , Tassin-la-Demi-Lune (en) , Vénissieux (en) , Villeurbanne (en) , Bron (en) , Caluire-et-Cuire (en) , Champagne-au-Mont-d'Or (en) , Collonges-au-Mont-d'Or (en) , Écully (en) , Francheville (en) , La Mulatière (en) u Oullins-Pierre-Bénite (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 522,250 abitanti (1 Jannar 2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Ġeriko, Leipzig, Łódź, Varna, Birmingham, Milan, Frankfurt, St. Louis, Guangzhou, Beersheba, Minsk, Yokohama, Craiova, San Pietruburgu, Manila, Yerevan, Bejrut, Curitiba, Aleppo, Mykolaiv, Pécs, Kutaisi, Göteborg, Samarkanda, Košice, Ouagadougou, Kiev, Ho Chi Minh, Bălţiu Setif | ||
lyon.fr |
Lyon, ġieli spelluta wkoll Lyons (l-iktar bl-Ingliż), hija t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Rhône u Saône, lejn il-Majjistral tal-Alpi Franċiżi, 391 kilometru (243 mil) fix-Xlokk ta' Pariġi, 278 kilometru (173 mil) fit-Tramuntana ta' Marsilja, 113-il kilometru (70 mil) fix-Xlokk ta' Ġinevra, u 50 kilometru (31 mil) fil-Grigal ta' Saint-Étienne.
Il-belt ta' Lyon kellha popolazzjoni ta' 522,228 ruħ fl-2020 fi ħdan it-territorju muniċipali żgħir tagħha ta' 48 km2 (19-il mil kwadru)[1], iżda flimkien mas-subborgi u l-irħula tal-madwar tagħha, iż-żona metropolitana ta' Lyon kellha popolazzjoni ta' 2,293,180 f'dik l-istess sena, jiġifieri t-tieni l-iżjed popolata fi Franza. Mill-2015, Lyon u 58 muniċipalità sottourbani ffurmaw il-Metropoli ta' Lyon, awtorità metropolitana eletta direttament li issa hija responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet urbani, b'popolazzjoni ta' 1,416,545 ruħ fl-2020.[2] Lyon hija l-prefettura tar-reġjun ta' Auvergne-Rhône-Alpes u s-sede tal-Kunsill Dipartimentali ta' Rhône (il-ġurisdizzjoni tiegħu iżda ma għadhiex estiża sal-Metropoli ta' Lyon mill-2015).
Lyon kienet il-belt kapitali tal-Galli matul żmien l-Imperu Ruman, u Lyon għadha s-sede ta' arċiveskovat li d-detentur tiegħu għandu t-titlu ta' Primat tal-Galli. Lyon saret ċentru ekonomiku ewlieni matul ir-Rinaxximent. Il-belt hija magħrufa għall-kċina u l-gastronomija tagħha, kif ukoll għall-attrazzjonijiet storiċi u arkitettoniċi tagħha; fil-fatt, id-distretti taċ-Ċentru Storiku ta' Lyon, l-għolja ta' Fourvière, Presqu'île u x-xaqlibiet ta' Croix-Rousse tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3] Lyon kienet żona importanti storikament għall-produzzjoni u għall-insiġ tal-ħarir. Lyon kellha rwol sinifikanti fl-istorja taċ-ċinema minn mindu Auguste u Louis Lumière ivvintaw it-tagħmir ċinematografu hemmhekk. Il-belt hija magħrufa wkoll għall-festival tad-dwal tagħha, il-Fête des Lumières, li tibda kull sena fit-8 ta' Diċembru u ddum għal erbat ijiem; b'hekk Lyon ingħatat it-titlu ta' "Kapitali tad-Dwal".[4]
Ekonomikament, Lyon hija ċentru ewlieni tal-industriji bankarji, kimiċi, farmaċewtiċi u bijoteknoloġiċi. Il-belt tħaddan industrija sinifikanti tas-software b'enfasi partikolari fuq il-logħob elettroniku; f'dawn l-aħħar snin rawmet settur ta' kumpaniji innovattivi lokali li qed jikber.[5] Lyon tospita universitajiet u skejjel tal-edukazzjoni għolja rinomati, u hija t-tieni l-ikbar belt studenteska fi Franza, b'popolazzjoni universitarja ta' 200,000 student fi ħdan il-Metropoli ta' Lyon.[6] Lyon tospita l-kwartieri ġenerali internazzjonali tal-Interpol, tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, kif ukoll ta' Euronews. Skont l-Istitut tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Klassifikazzjonijiet Dinjin, Lyon titqies bħala belt "beta" mill-2018. Ġiet fit-tieni post fi Franza u fl-40 post globalment fil-klassifikazzjonijiet tal-2019 ta' Mercer fost l-aħjar bliet biex wieħed jgħix fihom.[7]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-Ċentru Storiku ta' Lyon ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]
Attrazzjonijiet prinċipali
[immodifika | immodifika s-sors]Żmien il-Qedem
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-fdalijiet Rumani man-naħa tal-għolja qrib il-Bażilika ta' Fourvière, bit-Teatru Antik ta' Fourvière, l-Odeon ta' Lyon u l-mużew Gallo-Ruman.
- L-Anfiteatru tat-Tliet Galli – il-fdalijiet ta' anfiteatru Ruman.
Medju Evu u Rinaxximent
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Katidral ta' San Ġwann, knisja Medjevali b'elementi arkitettoniċi tas-sekli 13, 14 u 15, kif ukoll l-istruttura reliġjuża prinċipali fil-belt u s-sede tal-Arċisqof ta' Lyon;
- il-Bażilika ta' San Martin d'Ainay, waħda mill-knejjes rari li għadhom jeżistu bi stil ta' bażilika Rumaneska f'Lyon;
- il-Knisja ta' San Pawl, knisja Rumaneska (is-sekli 12 u 13) u Gotika (is-sekli 15 u 16);
- il-Knisja ta' San Bonaventura, knisja Gotika tas-sekli 14 u 15;
- il-Knisja ta' San Nizier, knisja Gotika tas-seklu 15, li għandha daħla mnaqqxa fis-seklu 16 minn Philibert Delorme;
- iż-żona taċ-Ċentru Storiku ta' Lyon, kwartier Medjevali u Rinaxximentali bil-ħwienet, bir-ristoranti u bit-toroq biċ-ċagħaq;
- il-bosta hôtels particuliers Rinaxximentali taċ-ċentru storiku ta' Lyon, bħall-Hôtel de Bullioud, inbnew ukoll minn Philibert Delorme.
Seklu 19 u żminijiet moderni
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Opéra Nouvel (1831), teatru tal-opri rinnovat fl-1993 minn Jean Nouvel;
- it-Théâtre des Célestins (1877), teatru ddisinjat minn Gaspard André;
- il-Bażilika tal-Madonna ta' Fourvière, bażilika kbira tas-seklu 19 fil-quċċata tal-Għolja ta' Fourvière;
- it-Torri tal-Ħadid ta' Fourvière (1894);
- is-Suq tal-Laħam u l-Biċċerija ta' La Mouche (1914, 1928), iddisinjati minn Tony Garnier;
- il-Monasteru ta' Santa Marija de La Tourette (1960), iddisinjat minn Le Corbusier;
- l-Ajruport Internazzjonali ta' Saint-Exupéry (li qabel kien l-Ajruport ta' Satolas), iddisinjat minn Guillaume Gilbert;
- l-Istazzjon ta' Lyon Saint-Exupéry (1994), iddisinjat minn Santiago Calatrava;
- il-Palazz tal-Kungress ta' Lyon (1998), iddisinjat minn Renzo Piano u grupp ta' binjiet għal diversi funzjonijiet differenti;
- it-Tour du Crédit Lyonnais;
- it-Tour Oxygène;
- it-Tour Incity.
Mużewijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Musée des beaux-arts de Lyon (Mużew tal-Belle Arti), il-mużew prinċipali tal-belt u wieħed mill-ikbar galleriji tal-arti fi Franza. Ospitat fil-Palais Saint Pierre, eks kunvent tas-seklu 17, issa fih kollezzjoni kbira ta' pitturi ta' artisti bħal Tintoretto; Paolo Veronese; Nicolas Poussin; Rubens; Rembrandt; Zurbaran; Canaletto; Delacroix; Monet; Gauguin; Van Gogh; Cézanne; Matisse; Picasso; Francis Bacon...); kollezzjonijiet ta' skulturi, tpinġijiet u opri stampati, arti dekorattiva, antikitajiet Rumani u Griegi; it-tieni l-ikbar kollezzjoni ta' antikitajiet Eġizzjani fi Franza wara dik tal-Louvre; u kollezzjoni ta' 50,000 medalja u munita.
- Il-Mużew Gallo-Ruman jesponi bosta oġġetti tal-arti u ta' valur li nstabu fis-sit Ruman ta' Lyon (Lugdunum) bħall-mużajk tal-logħob taċ-ċirklu, il-kalendarju ta' Coligny u l-artal Tawroboliku.
- Is-Centre d'histoire de la résistance et de la déportation (Ċentru Storiku tar-Reżistenza u tad-Deportazzjoni).
- Il-Musée des Confluences, mużew ġdid tax-xjenzi u tal-antropoloġija, li nfetaħ għall-pubbliku fl-20 ta' Diċembru 2014.
- La Sucrière, ċentru tal-arti kontemporanja.
- Il-Hôtel-Dieu de Lyon jospita l-"Musée des Hospices Civils", wirja permanenti dwar l-istorja u l-prattika tal-mediċina mill-Medju Evu saż-żminijiet moderni.
- Il-Musée des Tissus et des Arts décoratifs, mużew tal-arti dekorattiva u tat-tessuti, li fih waħda mill-ikbar kollezzjonijiet ta' tessuti fid-dinja b'2.5 miljun opra.
- Il-Musée d'art contemporain de Lyon, mużew tal-arti kontemporanja.
- Il-Musée de L'imprimerie, mużew tal-istampar.
- Il-Musée Gadagne, mużew tal-istorja ta' Lyon ospitat f'binja storika fiċ-ċentru storiku ta' Lyon, li jinkludi kollezzjoni kbira ta' pupazzi.
- Il-Musée des Automates, mużew tal-pupazzi awtomatizzati fiċ-ċentru storiku ta' Lyon, li infetaħ fl-1991.
- Il-Musée Miniature & Cinéma, mużew dwar minjaturi tax-xeni ċinematografiċi, tal-oġġetti ċinematografiċi u tal-effetti speċjali taċ-ċinema.
Parks u ġonna
[immodifika | immodifika s-sors]- Parc de la Tête d'or, magħruf ukoll bħala l-Park tar-Ras tad-Deheb, fiċ-ċentru ta' Lyon huwa l-ikbar park urban fi Franza b'117-il ettaru (290 akru). Jinsab fis-sitt arrondissement, u fih lag kbir li fih ikun hemm id-dgħajjes matul ix-xhur tas-sajf.
- Jardin botanique de Lyon (tmien ettari (20 akru)), inkluż fil-Parc de la Tête d'Or, huwa ġnien botaniku muniċipali u huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mingħajr ħlas. Il-ġnien ġie stabbilit fl-1857 bħala suċċessur ta' ġonna botaniċi iktar bikrin li jmorru lura għall-1796, u issa jista' jiġi deskritt bħala l-ikbar ġnien botaniku muniċipali ta' Franza.
- Parc de Gerland, fin-Nofsinhar tal-belt (80 ettaru (200 akru)).
- Parc des hauteurs, f'Fourvières.
- Parc de Miribel-Jonage (2,200 ettaru (5,400 akru)).
- Parc de Lacroix-Laval (115-il ettaru (280 akru)).
- Parc de Parilly (178 ettaru (440 akru)).
Relazzjonijiet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Lyon hija belt pilota tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-programm "Bliet interkulturali" tal-Kummissjoni Ewropea. Lyon hija ġemellata ma':
- Addis Ababa, l-Etjopja;
- Bamako, il-Mali;
- Barċellona, Spanja;
- Beersheba, Iżrael;
- Birmingham, l-Ingilterra, ir-Renju Unit;
- Boston, l-Istati Uniti;
- Craiova, ir-Rumanija;
- Curitiba, il-Brażil;
- Frankfurt, il-Ġermanja, mill-1960;
- Gothenburg, l-Iżvezja;
- Guangzhou, iċ-Ċina, mill-1988;
- Haute Matsiatra, il-Madagascar;
- il-Belt ta' Ho Chi Minh, il-Vjetnam, mill-1997;
- Ġeriko, il-Palestina;
- Leipzig, il-Ġermanja, mill-1981;
- Łódź, il-Polonja, mill-1991;
- Milan, l-Italja, mill-1966;
- Montreal, il-Kanada, mill-1979;
- Oran, l-Alġerija;
- Osaka, il-Ġappun, mill-1984;
- Ouagadougou, il-Burkina Faso;
- Porto-Novo, il-Benin;
- Rabat, il-Marokk;
- St. Louis, l-Istati Uniti;
- San Pietruburgu, ir-Russja;
- Sétif, l-Alġerija;
- Tinca, ir-Rumanija;
- Torino, l-Italja;
- Yerevan, l-Armenja, mill-1992;
- Yokohama, il-Ġappun, mill-1959.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Historique des populations communales | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Insee - Statistiques locales". statistiques-locales.insee.fr. Miġbur 2023-04-18.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Site of Lyon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Fete des lumieres". www.fetedeslumieres.lyon.fr (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Entrepreneurship support network businesses start up funding Europe France Lyon - Greater Lyon". web.archive.org. 2010-03-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-03-08. Miġbur 2023-04-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Classement 2019 des villes étudiantes par nombre d'étudiants". www.investirlmnp.fr. Miġbur 2023-04-18.
- ^ "Quality of Living City Ranking | Mercer". mobilityexchange.mercer.com. Miġbur 2023-04-18.