Logħob Olimpiku tas-sajf 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Logħob Olimpiku tas-sajf 2008
Logo uffiċjali tal-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008
Mottu One World, One Dream
(同一个世界 同一个梦想)
(MT) Dinja Waħda, Ħolma Waħda
Belt Bejġing
Pajjiżi parteċipanti 204
Atleti parteċipanti 11,028
Avvenimenti 302 fi 28 dixxiplina
Ċerimonja tal-ftuħ 8 ta' Awwissu
Ċerimonja tal-għeluq 24 ta' Awwissu
Uffiċjalment miftuħa minn Hu Jintao
Ġurament tal-atleti Zhang Yining
Ġurament tal-ġurija Huang Liping
Fjamma Olimpika Li Ning
Grawnd Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008, magħrufin uffiċjalment bħala l-Logħob tad-XXIX Olimpjadi, kienet manifestazzjoni sportiva internazzjonali li saret f'Bejġing, ġewwa ċ-Ċina, mit-8 ta' Awwissu sal-24 ta' Awwissu 2008.[1] Total ta' 10,500 atleta kienu mistennija li jikkompetu fi 302 avvenimenti minn 28 dixxiplina. L-Olimpjadi ta' Bejġing 2008 immarkaw ukoll it-tielet darba li l-Logħob Olimpiku tas-sajf saru fit-territorju Ażjatiku, wara Tokjo 1964 u Seoul 1988. Diversi KON ġodda ġew rikonoxxuti mill-KOI.

Xi kompetizzjonijiet tal-ibburdjar, tal-għawn u t-turnew tal-futbol saru fi bliet oħra Ċiniżi, waqt li l-kompetizzjonijiet kollha tal-ekwitazzjoni saru f'Ħong Kong. Għat-tieni darba fl-istorja, l-Logħob Olimpiku ġew ospitati minn żewġ Kumitati Olimpiċi differenti. Bejġing ingħatat id-dritt li tospita l-edizzjoni tal-Olimpjadi tas-sajf 2008 mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) fit-13 ta' Lulju 2001, li ġiet preferita minn bliet oħra bħal Toronto, Pariġi, Istanbul, u Ożaka.

Kandidatura[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għażla għall-belt organizzatriċi tal-Olimpjadi tas-sajf 2008.
Riżultati tal-kandidaturi tal-Olimpjadi ta' Bejġing 2008
Belt KON Rawnd 1 Rawnd 2
Bejġing Bandiera taċ-Ċina Ċina 44 56
Toronto Bandiera tal-Kanada Kanada 20 22
Pariġi Bandiera ta' Franza Franza 15 18
Istanbul Bandiera tat-Turkija Turkija 17 9
Ożaka Bandiera tal-Ġappun Ġappun 6

Bejġing ġiet eletta bħala l-belt għall-Olimpjadi tal-2008 nhar it-13 ta' Lulju 2001, matul il-112-il seduta tal-KOI f'Moska, fejn irnexxielha tegħleb l-isfida ta' Toronto, Pariġi, Istanbul u Ożaka. Qabel is-sessjoni, ħames ibliet oħra (Bangkok, il-Kajr, l-Avana, Kuala Lumpur u Sivilja) issottomettew l-offerta tagħhom, imma naqsu li jagħmlu l-lista l-qasira li saret fis-sena 2000.

Wara l-ewwel rawnd ta' votazzjoni, Bejġing kisbet vantaġġ sinjifikati fuq l-erba' kandidati l-oħra. Ożaka rċiviet biss sitt voti u kienet eliminata. Fit-tieni rawnd, Bejġing kellha s-sosten tal-maġġoranza tal-voti, fejn b'hekk ġew eliminati r-rawnds suċċessivi.[2]

Wara r-rebħa tal-offerta, Li Lanqing, il-viċi-premier taċ-Ċina, iddikjara:

 Ir-rebħ tal-offerta Olimpika hu eżempju tar-rikonoxximent internazzjonali tal-istabbilità soċjali taċ-Ċina, tal-progress ekonomiku u tal-ħajja sana tal-poplu Ċiniż. 

Preċedentament, Bejġing kienet tilfet l-offerta għall-Olimpjadi tas-sajf 2000, li kienet mirbuħa minn Sydney.

Żvilupp u parteċipazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Impjanti[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Mejju 2007, beda l-bini tal-31 impjant tal-Logħob Olimpiku ta' Bejġing.[3] Barra minn hekk, il-gvern Ċiniż investa wkoll fir-rinnovazzjoni u l-kostruzzjoni ta' sitt impjanti barra minn Bejġing kif ukoll f'59 ċentru ta' taħriġ. L-aktar biċċiet arkitettoniċi huma l-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing, l-Grawnd Magħluq Nazzjonali ta' Bejġing, iċ-Ċentru Akwatiku Nazzjonali ta' Bejġing, iċ-Ċentru ta' Konvenzjoni Olympic Green, l-Olympic Green u l-Grawnd tal-Baseball ta' Wukesong. Madwar 85% tal-baġit tal-kostruzzjoni għas-sitt impjanti prinċipali huma miksuba minn US$2.1 biljun. L-investimenti huma mistennija mis-soċjetà fi tfittxija għad-drittijiet ta' proprjetà wara l-Olimpjadi 2008. Xi impjanti huma proprjetà u ggvernati mill-iStat tal-Amministrazzjoni ġenerali tal-iSport, li se jużawhom wara l-Olimpjadi bħala faċilitajiet għal kull manifestazzjoni sportiva fil-futur. Il-Logħob Olimpiku ta' Bejġing huma uffiċjalment l-Olimpjadi bl-akbar spiża fl-istorja b'total ta' $40.9 biljun li ntefqu bejn l-2001 u l-2007 fuq l-infastruttura, l-enerġija, it-trasport u proġetti ta' fornimenti tal-ilma.[4]

Xi avvenimenti, però, ma sarux f'Bejġing, bħal per eżempju l-futbol li sar f'Qinhuangdao, Shanghai, Shenyang u Tianjin, u l-ekwitazzjoni f'Ħong Kong.

Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing.
Il-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing

Il-punt ċentrali tal-Olimpjadi f'Bejġing kien il-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing, imlaqqam bħala "Bird's Nest" (il-Bejta tal-Għasfur) minħabba l-forma tiegħu. Il-kostruzzjoni tal-impjant bdiet fl-24 ta' Diċembru 2003.

Il-grawnd Olimpiku ta' Guangdong, kien ipproġettat, programmat, mibni u tlesta fl-2001 għall-Olimpjadi, imma suċċessivament kien deċiż li jiġi wżat grawnd ġdid għal dan l-avveniment straordinarju. Id-ditta Svizzera, "Herzog & de Meuron" Architekten AG, ikkolaborat mal-kumpanija Ċiniża, "China Architecture Design & Research Group", biex tirbaħ il-konkorrenza.

Mgħammar b'forma ta' grada skeletrika, l-impjant ġabar aktar minn 90,000 persuna matul iċ-ċerimonja tal-ftuħ u matul l-Olimpjadi. L-arkitetti ddiskrevew l-grawnd bħala "bejta ta' għasfur", bis-saqaf li jinfetaħ. Madanakollu, fl-004, l-idea tas-saqaf li jinfetaħ ġiet abbandunata minħabba raġunijiet ekonomiċi u dawk ta' sigurtà. Il-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing kien il-post fejn ospita ċ-ċermonja tal-ftuħ u kien ukoll f'dik tal-għeluq. Il-diżinjatur tal-grawnd, Ai Weiwei, irtira s-sosten tiegħu għall-Olimpjadi fiċ-Ċina, fejn stqarr li "ma jridx ikollu x'jaqsam aktar magħhom".[5]

Fis-16 ta' Lulju 2008, ġie miftuħ il-Villaġġ Olimpiku ta' Bejġing, u sar aċċessibbli għall-pubbliku fis-26 ta' Lulju.

Impjanti tal-kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Impjanti ġodda[immodifika | immodifika s-sors]

  • Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing - Futbol, Atletika, Ċerimonja tal-ftuħ, Ċerimonja tal-għeluq u t-tmiem tal-maratona
  • Ċentru Akwatiku Nazzjonali - Għawm, Għadis, Għawm sinkronizzat
  • Grawnd Magħluq Nazzjonali - Ġinnastika artistika, Ġinnastika, Handball
  • Beijing Shooting Range Hall - Sparar
  • Wukesong Indoor Stadium - Baskitbol
  • Laoshan Velodrome - Ċikliżmu
  • Shunyi Olympic Rowing-Canoeing Park - Kannottaġġ, Qdif
  • China Agricultural University Gymnasium - Lotta
  • Peking University Gymnasium - Tennis tal-mejda
  • University of Science and Technology Beijing Gymnasium - Ġudo, Taekwondo
  • Beijing University of Technology Gymnasium - Badminton, Ġinnastika ritmika
  • Olympic Green Tennis Center - Tennis

Impjanti eżistenti[immodifika | immodifika s-sors]

Impjanti temporanji[immodifika | immodifika s-sors]

  • Fencing Hall
  • Olympic Green Hockey Field
  • Olympic Green Archery Field
  • Wukesong Baseball Field
  • Chaoyang Park Beach Volleyball Ground
  • Laoshan Bicycle Moto Cross (BMX) Venue
  • Triathlon Venue
  • Urban Road Cycling Course

Organizzazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Għall-Olimpjadi, il-kumitat organizzativ stqarr il-bżonn ta' madwar 11,000 voluntier. Il-proċess ta' selezzjoni spiċċa f'Mejju 2008 u ġie segwit mid-diversi attivitajiet ta' formazzjoni.

Ġew imposti miżuri ta' sigurtà biex jiġu evitati kwalunkwe tip ta' problema. Ġew appuntati 80 kelb tal-pulizija biex jikkontrollaw is-sistemà tal-ferrovija u jxommu prodotti bis-suspett li jieħdu n-nar. Ċentru speċjali osserva s-sigurezza tal-prodotti tal-ikel, fejn ikkontrolla li jiġu rispettati l-istandard tekniċi.[6]

Waħda mill-problemi prinċipali tal-belt ta' Bejġing hu t-tniġġis: il-livell tas-sustanzi li jniġġsu hu kbir tant li poġġew f'riksju diversi kompetizzjoni fuq distanza twila. Biex jitnaqqsu l-effeti ta' ħsara, il-belt implimentat diversi regoli, fosthom liġijiet aktar stretti fuq il-karozzi għall-bejgħ.

Kważi għal kull pulizija, ta' kwalunkwe grad jew anzjanità, ġew mogħtija lezzjonijiet ta' lingwi barranin u ta' edukazzjoni. Ktejjeb bi frażijiet f'seba' lingwa (Ingliż, Franċiż, Russu, Ġermaniż, Ġappuniż, Korean u Għarbi) ingħata għall-pulizija kollha u għall-voluntiera.

Ġiet organizzata kampanja fir-reġjun ta' Bejġing li nvitat il-popolazzjoni residenti biex juru lilhom infushom ospitanti u kollaborattivi fil-konfronti tal-barranin li jkunu waqt żjara, fejn għandhom jipprovdu informazzjoni u kwalunkwe tip ta' għajnuna oħra lill-viżitaturi li jiltaqgħu ma' xi diffikulta. Barra minn hekk, il-muniċipalità ta' Bejġing, għamlet serje ta' normi li għandhom x'jaqsmu mad-dinjità urbana: fil-belt, per eżempju, ma kienx permess li wieħed jibżoq mal-art.

Il-pulizja għamlet kampanja biex tqaċċat attivitajiet illegali matul l-Olimpjadi, fi Pjazza Tiananmen u matul Chang’an Avenue. Tallaba, bejjiegħa abbużivi u sewwieqa tat-takis abbużivi jiġu identifikati, arrestati jew inkella jkollhom il-fornimenti tagħhom ikkonfiskati meta jiġu individwati mill-pulizija.

Xandir[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn il-logħob kienu l-ewwel li ġew prodotti u mxandra fit-televiżjoni b'definizzjoni għolja mill-istazzjon ospitu. Fl-offerta tagħhom għal-Logħob Olimpiku fl-2001, Bejġing iddikjarat "li mhu se jkun hemm ebda restrizzjoni fuq ir-rapportaġġ tal-medja u l-moviment tal-ġurnalisti li jintervistaw il-parteċipanti",[7] imma skont rapport tan-New York Times, dawn il-wegħdiet ma ġewx rispettati.

Trasport[immodifika | immodifika s-sors]

Mappa tal-impjanti Olimpiċi ta' Bejġing flimkien mas-sistemà ta' trasport aktar rapidu fil-belt kollha u bejn l-impjanti.

Bi preparazzjoni għall-viżitaturi Olimpiċi, l-infrastruttura tat-trasport f'Bejġing ġiet imkabbra mhux ħażin. L-ajruport ta' Bejġing għadda minn espansjoni kbira, fejn żdied it-Terminal 3, l-ikbar terminal tal-ajruport fid-dinja, iddiżinjat mill-arkitett rinomat Norma Foster.[8] Fl-1 ta' Awwissu, l-Istazzjon tal-Ferrovija tan-nofsinhar ta' Bejġing reġa' nfetaħ wara sentejn ta' kostruzzjoni. Il-Bejġing-Tianjin Intercity Rail, li hi twila 120km, infetħet fl-istess ġurnata u tagħqad lil Bejġing, Tianjin u l-ibliet l-oħra fejn saru l-Olimpjadi. Ġiet programmata biex issir l-aktar veloċi fid-dinja u tasal sa veloċità ta' 350 km fis-siegħa.

Is-sottopassaġ ta' Bejġing esperjenza espansjoni notevoli ta' aktar mid-doppju tal-kapaċità preċedenti. Is-sistemà tal-ferrovija ta' qabel kienet tikkonsisti minn 4 linji u 64 stazzjon. Ġew miżjuda 7 linji u 80 stazzjon, u fost dawn anki ħolqa diretta għall-ajruport tal-belt. Ukoll, flotta ta' eluf ta' karozzi tal-linja, xarabanks żgħar u karozzi uffiċjali wasslu lill-ispettaturi, l-atleti u l-uffiċjali bejn l-impjanti.[9]

Bħala miżura kontra t-tniġġis, 300,000 vettura b'volum qawwi ta' tniġġis ma tħallewx joperaw fil-belt, u d-dħul f'Bejġing bil-vettura kien limitat. Dawn ir-restrizzjonijiet huma nfurzati mill-20 ta' Lulju sal-20 ta' Settembru. Ir-restrizzjonijiet tal-vetturi tal-passiġieri kienu skedati fi ġranet alternati skond in-numru tal-plakka jekk jispiċċax fard jew pari.

Tema[immodifika | immodifika s-sors]

It-tema uffiċjali tal-logħob, bit-titlu "Dancing Beijing" (Bejġing Żeffiena), għandha il-karattru kalligrafiku jīng (京, li tfisser kapitali), li tirreferi għall-belt ospitu. L-islogan Olimpiku, "One World, One Dream" (Dinja Waħda, Ħolma Waħda), issejjaħ lid-dinja kollha biex tingħaqad flimkien taħt spirtu Olimpiku.

Maskots[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fuwa.

Il-maskots ta' Bejġing 2008 huma ħamsa Fuwa,[10] li huma pupi tal-fortuna Ċiniżi (opra ta' Han Meilin), li kull waħda minnhom tikkaretterizza wieħed mill-ħames kuluri taċ-ċrieki Olimpiċi u kif ukoll bħala simbolu tal-kultura Ċiniża. L-ewwel sillabi tal-ismijiet tagħhom meta jinqraw flimkien jiffurmaw il-frażi Běijīng huānyíng nǐ li biċ-Ċiniż Mandarin ifisser "Bejġing jagħtikom il-merħba".

L-ismijiet ta' dawn il-Fuwa huma, Bèibei (贝贝), Jīngjing (晶晶), Huānhuan (欢欢), Yíngying (迎迎), Nīni (妮妮).

Torċa Olimpika[immodifika | immodifika s-sors]

It-Torċa Olimpika 2008

Id-disinn tat-Torċa Olimpika hu bbażat fuq voluti tradizzjonali u juża' disinn tradizzjonali Ċiniż magħruf bħala "Sħab Favorevoli" (祥云). It-torċa hi ddiżinjata biex tibqa' mixgħula f'riħ ta' 40 mil fis-siegħa, f'temperaturi ta' inqas minn 40° taħt iż-żero u fix-xita sa 50 mm kull siegħa.

Il-mixja bit-torċa, bit-tema Vjaġġ ta' Armonija, damet 130 jum u ġarret it-torċa 137,000 km — l-ikbar distanza ta' kwalunkwe mixja bit-torċa Olimpika minn meta t-tradizzjoni bdiet fl-edizzjoni ta' Berlin 1936.[11]

Minħabba li ċ-Ċina għandha relazzjonijiet xejn sbieħ ma' diversi pajjiżi, il-mixja bit-torċa rriżultat bħala waħda diffikultuża. Per eżempju, kien hemm diskussjoni kbir fuq il-passaġġ tal-fjakkola fuq il-gżira ta' Tajwan.

Ir-rotta tat-Torċa Olimpika 2008

Argument sħun ieħor kien il-kwistjoni tat-Tibet: l-organizzaturi ipprevedew it-telgħa tal-Everest, imma xtaqu wkoll li jevitaw l-aktar possibli l-manifestazzjoni favur it-Tibet. Għal dan l-iskop iċ-Ċina stabillixxiet regoli aktar stretti għall-aċċess għall-parti Tibetana tal-muntanja l-aktar għolja tad-dinja: kontrolli aktar akkurati rigward ix-xabbata barranin, b'limitazzjoni fuq in-numru ta' xabbata tal-istess nazzjon, kontroll fuq id-dokumenti ta' xahrejn u nofs qabel, u projbizzjoni ta' sostituzzjoni fl-aħħar minuta. Minkejja d-diversi problemi li kien hemm, ix-xabbata Ċiniżi xorta wasslu t-Torċa Olimpika fuq il-quċċata tal-Everest. It-Torċa rritornat lura għaċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Il-logħob[immodifika | immodifika s-sors]

Ċerimonja tal-ftuħ[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tas-sajf 2008 saret fil-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing u bdiet fit-8 ta' filgħaxija (Żona tal-ħin taċ-Ċina) tat-8 ta' Awwissu 2008.[12] In-numru 8 hu assoċjat mal-prosperità u l-kunfidenza skont il-kultura Ċiniża, u f'dan il-każ kien tmienja triplu għad-data u wieħed aktar għall-ħin (qrib it-08:08:08 pm).[13] Iċ-ċerimonja kienet diretta mir-reġista Ċiniż Zhang Yimou u l-koreografu Ċiniż Zhang Jigang. Din is-serata kienet tikkonsisti minn 15,000 esebitur, u suċċessivament ġiet imsejjħa bħala "l-aqwa ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi li qatt ġiet prodotta".

Iċ-ċerimonja bdiet bl-istennija tal-mument tal-ftuħ permezz tat-tħabbit ta' tnabar "Fou" li kienu mdawwlin hekk kif is-sekondi bdew jonqsu. Suċċessivament, roll ta' karta kbir, li grazzi għall-effetti speċjali fuq il-wiċċ tiegħu kien qed jipproduċi pajsaġġi tipiċi taċ-Ċina. Il-kanzunetta uffiċjali tal-Olimpjadi 2008 ġiet kantata mill-Ingliża Sarah Brightman u ċ-Ċiniża Liu Huan, u kienet intitulata "You and Me". L-eks-ġinnasta Ċiniża, Li Ning, xegħel il-fjamma Olimpika.

Id-daħla tal-atleti parteċipanti kienet differenti mill-edizzjoni preċedenti tal-Olimpjadi. L-iskwadri ma daħlux fl-ordni tal-alfabett Latin, imma skont l-alfabett Ċiniż; fil-fatt l-Awstralja, li s-soltu tkun waħda mill-ewwel gruppi li jidħlu, daħlet kważi lejn l-aħħar, minħabba li fiċ-Ċiniż (澳大利亚) l-inizzjali tal-Awstralja huma waħda mill-aħħar ittri.

Ċerimonja tal-għeluq[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċerimonja tal-għeluq seħħet fl-24 ta' Awwissu 2008. Bdiet fit-8:00pm (Żona tal-ħin taċ-Ċina), u saret fil-Grawnd Olimpiku ta' Bejġing. Kien hemm id-dħul tal-atleti fil-grawnd, li ma daħlux skont l-ordni alfabetiku. Fiċ-ċerimonja ġie assistit il-messaġġ tal-President tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina Hu Jintao u l-President tal-KOI Jacques Rogge. Wara, saret il-premjazzjoni tal-kompetizzjoni tal-maratona, li ġie mirbuħa mill-Kenjan Samuel Kamaru Wanjiru (l-ewwel midalja tad-deheb għall-Kenja fil-maratona fl-Olimpjadi), li ġiet segwita minn spettaklu b'direzzjoni tar-reġista Ċiniż Zhang Yimou. Kien hemm imbagħad il-passaġġ simboliku tal-bandiera Olimpika bejn Bejġing u Londra, li se tkun l-organizzatriċi tal-edizzjoni li jmiss tal-Olimpjadi tas-sajf; dan il-passaġġ seħħ bejn is-sindku ta' Bejġing, Guo Jinlong u dak ta' Londra, Boris Johnson. Wara kien hemm esebizzjoni spettakulari esegwita mill-Kumitat Organizzattiv ta' Londra għal-Logħob Olimpiku (LOCOG), bil-parteċipazzjoni tal-futboler ta' Los Angeles Galaxy David Beckham u tad-dwett mużikali bejn Leona Lewis u mill-kitarrist tal-Led Zeppelin, Jimmy Page, fejn kantaw il-kanzunetta Whole Lotta Of Love. Suċċessivament ġiet mitfija l-Fjamma Olimpika li mhux se tinxtegħel qabel il-Logħob Olimpiku ta' Londra fl-2012.

Pajjiżi parteċipanti[immodifika | immodifika s-sors]

Pajjiżi parteċipanti

Il-205 Kumitat Olimpiku Nazzjonali kollha, barra l-Brunej, ipparteċipaw f'din l-edizzjoni. Iċ-Ċina u l-Istati Uniti kellhom l-ikbar timijiet, b'639 u 596 kompetitur rispettivament.[14] Diversi pajjiżi ġew rappreżentati minn atleta wieħed.

Kien hemm tliet pajjiżi debuttanti, li kienu l-Gżejjer Marshall, il-Montenegro u t-Tuvalu.

L-għawwiema mill-Afrika t'Isfel, Natalie du Toit, li rebħet ħames midalji tad-deheb fil-Logħob Paralimpiku tas-sajf 2004, ikkwalifikat għal-logħob ta' Bejġing, biex saret l-ewwel atleta fl-istorja, b'saqjaha maqtugħa mill-irkoppa, li kkwalifikat għal-Logħob Olimpiku wara Olivér Halassy fl-1936.[15] Natalia Partyka, li twieldet mingħajr il-parti t'isfel tal-id leminija (mill-minkeb sal-polz tal-id) ikkompetiet għall-Polonja fit-tennis tal-mejda.[16]

TPE

Bħal-logħob preċedenti mill-1984, atleti mir-Repubblika taċ-Ċina (Tajwan) ħadu sehem fl-Olimpjadi bħala t-Tajpej Ċiniżi (TPE) taħt il-bandiera Olimpika tat-Tajpej Ċiniżi. Il-parteċipazzjoni tat-Tajwan kienet f'dubju minħabba li ma kienx hemm qbil fuq l-isem tat-tim fil-lingwa Ċiniża, u rigward jekk it-Tajwan kellux jimxi qrib ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali Ċiniż ta' Ħong Kong fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Sport[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dixxiplini ta' Bejġing 2008 kienu kważi l-istess bħal dawk ta' Ateni 2004. L-Olimpjadi tal-2008 ra r-ritorn ta' 28 sport (xi ftit minn dawn, bħall-atletika, l-isport akwatiċi, il-ġinnastika u ċ-ċikliżmu, kienu maqsumin f'iktar dixxiplini) li saru fi 302 avvenimenti (165 avvenimenti tal-irġiel, 127 tan-nisa, u 10 mħalltin), avveniment aktar minn dawk ta' Ateni.

B'kollox, kien hemm 9 avvenimenti ġodda, li kienu jinkludu 2 mid-dixxiplina ċiklistika l-ġdida tal-BMX. In-nisa kkompetew fil-ġirja tal-ostakli fuq distanza ta' 3000 metru. Barra minn hekk, l-avvenimenti tal-maratona ta' għawm għall-irġiel u n-nisa, b'distanza ta' 10 kilometri, ġew miżjuda mad-dixxiplina tal-għawm. Sentejn u ġurnata qabel il-bidu tal-Logħob Olimpiku, il-Kumitat Olimpiku ta' Bejġing ħareġ il-pittogrammi ta' 35 dixxiplina (kemm għad-dixxiplini tal-atletika u anki għal dawk taċ-ċiikliżmu kellhom pittogramma unika) b'mod li kull nazzjon ikun jista' jagħrafhom.[17]

Dixxiplina Maskili Femminili Imħalltin Total
Atletika 24 23 47
Badminton 2 2 1 5
Baseball 1 1
Futbol 1 1 2
Kannottaġġ
Kannottaġġ (f'ilmijiet liberi)
Kannottaġġ (slalom)
12
9
3
4
3
1
16
12
4
Qdif 8 6 14
Ċikliżmu
Ċikliżmu fit-triq
Ċikliżmu fuq il-korsa
Ċikliżmu tal-muntanja
BMX
11
2
7
1
1
7
2
3
1
1
18
4
10
2
2
Ekwitazzjoni
• Qbiż bl-ostakli
• Dressage
• Konkors komplut
6
2
2
2
6
2
2
2
Ġinnastika
Ġinnastika artistika
Ġinnastika ritmika
Trampolin elastiku
9
8

1
9
6
2
1
18
14
2
2
Ħokì 1 1 2
Ġudo 7 7 14
Lotta
Lotta stil liberu
Lotta Greko-Rumana
14
7
7
4
4

18
11
7

Dixxiplina Maskili Femminili Imħalltin Total
Għawm u sport akwatiku
Għawm
Għadis
Għawm sinkronizzat
Waterpolo
22
17
4

1
24
17
4
2
1
46
34
8
2
2
Baskitbol 1 1 2
Ħendbol 1 1 2
Volibol
Beach volley
Volibol
2
1
1
2
1
1
4
2
2
Pentatlon modern 1 1 2
Boksing 11 11
Skerma 5 5 10
Softbol 1 1
Rfigħ tal-piżijiet 8 7 15
Tekwondo 4 4 8
Tennis 2 2 4
Tennis tal-mejda 2 2 4
Sparar
• Azzarin
• Pistola
• Sparar għall-plattini
9
3
3
3
6
2
2
2
15
5
5
5
Sparar bil-qaws 2 2 4
Trijatlon 1 1 2
Ibburdjar 4 4 3 11
Total (28 sport) 165 127 10 302

Kalendarju[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-kalendarju segwenti tal-Olimpjadi 2008, kull kaxxa bluna tirrapreżenta avveniment ta' dixxiplina, bħal rawnd ta' kwalifikazzjoni, f'dik il-ġurnata. Il-kaxxa s-safra tirrapreżenta ġranet fejn saru l-finali għall-midalji. In-numri fil-kaxxa jfissru n-numru ta' finali li ġew kontestati f'dik il-ġurnata.[18]

 ●  Ċerimonja tal-ftuħ     Kompetizzjonijiet     Finali  ●  Ċerimonja tal-għeluq
Awwissu 2008 06 07 08 09 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 Midalji
tad-deheb
Sparar bil-qaws   1 1     1 1 4
Atletika 2 4 6 6 5 3 6 7 7 1 47
Badminton             1 2 2 5
Baseball                 1 1
Baskitbol                             1 1 2
Boksing                           5 6 11
Kannottaġġ 2 2 6 6 16
Ċikliżmu 1 1 2 1 3 1 2 3   2 2 18
Għadis 1 1 1 1     1   1   1   1 8
Ekwitazzjoni 2 1 1 1 1 6
Skerma 1 1 1 1 2 1 1 1 1 10
Ħokì                         1 1 2
Futbol                     1   1 2
Ġinnastika 1 1 1 1 4 4 4 1 1 18
Ħendbol                             1 1 2
Ġudo 2 2 2 2 2 2 2 14
Pentatlon modern 1 1 2
Qdif             7 7 14
Ibburdjar               3 2 2 2 2 11
Sparar 2 2 2 2 1 2 1 2 1 15
Softbol                 1 1
Għawm   4 4 4 4 4 4 4 4 1 1 34
Għawm sinkronizzat 1 1 2
Tennis tal-mejda         1 1       1 1 4
Tekwondo 2 2 2 2 8
Tennis             1 3 4
Trijatlon 1 1 2
Volibol                         1 1 1 1 4
Waterpolo                       1   1 2
Rfigħ tal-piżijiet 1 2 2 2 2 2 1 1 1 1 15
Lotta 2 2 3 2 2 2 2 3 18
Total ta' midalji tad-deheb 7 14 13 19 17 15 18 27 37 18 20 11 21 21 32 12 302
Total kumulattiv 7 21 34 53 70 85 103 130 167 185 205 216 237 258 290 302
Ċerimonji
Awwissu 2008 06 07 08 09 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 Midalji
tad-deheb

Midalji[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Tabella tal-midalji tal-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008.

Dawn huma l-ewwel għaxar pożizzjonijiet tal-midalji mid-29 edizzjoni tal-Olimpjadi. Iċ-Ċina spiċċat l-ewwel bl-akbar numru ta' midalji tad-deheb, 51. L-Istati Uniti, min-naħa l-oħra, kisbu t-tieni post bl-akbar numru ta' midalji, kemm bħala total u anki tal-fidda u tal-bronż.

Poż. Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total
1 Bandiera taċ-Ċina Ċina 51 21 28 100
2 Bandiera tal-Istati Uniti Stati Uniti 36 38 36 110
3 Bandiera tar-Russja Russja 23 21 28 72
4 Bandiera tar-Renju Unit Gran Brittanja 19 13 15 47
5 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 16 10 15 41
6 Bandiera tal-Awstralja Awstralja 14 15 17 46
7 Bandiera tal-Korea t'Isfel Korea t'Isfel 13 10 8 31
8 Bandiera tal-Ġappun Ġappun 9 6 10 25
9 Bandiera tal-Italja Italja 8 10 10 28
10 Bandiera ta' Franza Franza 7 16 17 40

Kontroversji u polemika[immodifika | immodifika s-sors]

Persuni jipprotestaw fejn tispikka f'din l-istampa l-frażi: "L-Abbuż tad-Drittjiet Umani Ma Jistgħux Jeżistu Flimkien mal-Olimpjadi ta' Bejġing"

Diversi entitajiet esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom fuq il-Logħob, jew l-ospitazzjoni taċ-Ċina ta' dawn il-Logħob; dawn jinkludu allegazzjonijiet li ċ-Ċina vvjolat il-wegħda li kienet għamlet li tħalli l-aċċess lill-istampa, allegat vjolazzjoni tad-drittijiet umani, tniġġis tal-arja kemm fil-belt ta' Bejġing u anki fil-madwar, bojkots proposti, twissija tal-possibilità li l-Olimpjadi ta' Bejġing ikunu fil-mira ta' gruppi terroristiċi, disturb vjolenti ta' protestanti favur it-Tibet, persekuzzjonijiet reliġjużi, il-projbizzjoni ta' Tibetani etniċi mill-jaħdmu f'Bejġing matul il-Logħob, kritika fuq politiki li jordnaw is-sorveljanza elettronika tal-lukandi li huma pposeduti internazzjonalment, l-ispostament tar-residenti, diffikulta fil-biljetti, trattament ħażin ma' ġurnalisti barranin, żoni ta' protesti dubbjużi, kif ukoll kien allegat molestja, arresti fid-djar, għebien infurzat, priġunerija, u torturi ta' dissidenti u protestanti.

Fit-13 ta' Frar 2008, ir-reġista Amerikan Steven Spielberg abbanduna l-inkarigu ta' konsulent artistiku għall-ftuħ u l-għeluq tal-Logħob Olimpiku. Ir-raġuni wara din l-għażla kienet minħabba l-irwol li ċ-Ċina kienet qed iżżomm fil-Gwerra ta' Dargur u r-rapport li ċ-Ċina kellha mal-gvern ta' Khartum. Bejġing hi l-akbar investitriċi fis-Sudan fl-industrija taż-żejt u tiġi akkużata li tivvjola d-drittjiet umani billi tbigħ armi lill-kontinent Afrikan, u b'hekk qed tkun responsabbli għal aktar tixrid ta' demm.

Il-problema kbira tal-ammont kbir ta' tniġġis tal-arja, wassal biex ċerti kompetizzjoni fuq distani kbar, bħall-maratoni, it-triathlon u ċ-ċikliżmu, saru x'imkien ieħor. Haile Gebrselassie, il-primastija dinji tal-maratona, irrifjuta li jipparteċipa f'din il-kompetizzjoni għall-biża tat-tniġġis.

Lejn Ġunju u Lulju tal-2008, il-klima partikularment sħuna li laqtet lil Bejġing u lir-reġjun ta' madwar ħolqot aktar preokkupazzjoni fuq l-iżvoliġment ta' xi kompetizzjonijiet. Partikularment kien hemm il-biża' tal-possibilità tal-formazzjoni ta' tempesti tar-ramel li jaslu biex jolqtu l-kapitali u għall-invażjoni ta' ġurati li f'Lulju 2008 laqtet il-kampanja, 300 km fil-Majjistral ta' Bejġing. Infestazzjoni ta' alga laqtet f'Lulju il-baċini li kienu mistennija għall-kompetizzjonijiet tal-kannottaġġ, u b'hekk il-ħaddiema kellhom bżonn inaddfu qabel il-bidu tal-kompetizzjonijiet.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Kalendarju fuq is-sit uffiċjali". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-08. Miġbur 2008-08-24.
  2. ^ "Beijing 2008: Election" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Miġbur 2008-08-24.
  3. ^ "All Beijing-based Olympic venues under construction" (bl-Ingliż). BOCOG. 2007-05-11. Miġbur 2008-08-24.
  4. ^ "The Most Expensive Games In History" (bl-Ingliż). 2008beijingolimpics.com. Miġbur 2008-08-24.
  5. ^ "Chinese architect slams Olympic 'pretend smile'" (bl-Ingliż). Reuters. Miġbur 2008-08-25.
  6. ^ "Beijing 2008 Prepares For Summer Olympics" (bl-Ingliż). GamesBids. 2008-01-02. Miġbur 2008-08-25.
  7. ^ Rapport tal-Kummissjoni Evalwattiva tal-KOI għal-Logħob tad-XXIX Olimpjadi fl-2008, pġ.73
  8. ^ Baker, Jo. "Beijing Terminal 3 by Foster" (bl-Ingliż). ArchitectureWeek.com. Miġbur 2008-08-25.
  9. ^ "38 public transit routes to the Olympic venues" (bl-Ingliż). BOCOG. 2007-01-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-12. Miġbur 2008-08-25.
  10. ^ "Fuwa Fact Sheet" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-06. Miġbur 2008-08-24.
  11. ^ "Beijing 2008: BOCOG Announces Olympic Torch Relay Route" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Internazzjonali. 2007-04-26. Miġbur 2008-08-25.
  12. ^ "Opening Ceremony plan released" (bl-Ingliż). beijing2008.cn. 2008-08-06. Miġbur 2008-08-25.
  13. ^ "The Number Eight And The Chinese" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-08-25.
  14. ^ "Asian Americans Going for the Gold in…" (bl-Ingliż). AsianWeek. Miġbur 2008-08-26.
  15. ^ ""Dreams carry Natalie Du Toit to Beijing"" (bl-Ingliż). The Telegraph. Miġbur 2008-08-26.
  16. ^ "Natalia: Paralympic AND Olympic athlete" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-06. Miġbur 2008-08-26.
  17. ^ "Pictograms of the Beijing 2008 Olympic Games unveiled" (bl-Ingliż). BOCOG. 2006-08-07. Miġbur 2008-08-22.
  18. ^ "Olympic Games Competition Schedule" (bl-Ingliż). BOCOG. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-18. Miġbur 2008-08-26.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]