Niġerja
|
Ir-Repubblika Federali tan-Niġerja
|
||||||
|---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
| Mottu: "Unità u Fidi, Paċi u l-Progress" | ||||||
| Innu nazzjonali: "Arise, O Compatriots"
|
||||||
| Belt kapitali | Abuja | |||||
| L-ikbar belt | Lagos | |||||
| Lingwi uffiċjali | l-Ingliż | |||||
| Gvern | Repubblika Federali Presidenzjali | |||||
| - | President | Muhammadu Buhari | ||||
| - | Viċi President | Yemi Osinbajo | ||||
| Indipendenza | ||||||
| - | Unifikazzjoni ta ' Nofsinhar u Tramuntana tan-Niġerja | 1 ta' Jannar, 1914 | ||||
| - | Indipendenza | 1 ta' Ottubru, 1960 | ||||
| - | Repubblika | 1 ta' Ottubru, 1963 | ||||
| Erja | ||||||
| - | Total | 923,768 km2 (32) 356,667 km2 mil kwadru |
||||
| - | Ilma (%) | 1.4 | ||||
| Popolazzjoni | ||||||
| - | stima tal-2013 | 174,507,539 (7) | ||||
| - | ċensiment tal-2006 | 140,431,790 | ||||
| - | Densità | 184.2/km2 (71) 477.0/mili kwadri |
||||
| PGD (PSX) | stima tal-2008 | |||||
| - | Total | $413.402 biljun (30) | ||||
| - | Per capita | $2,578 (137) | ||||
| PGD (nominali) | stima tal-2010 | |||||
| - | Total | $238.920 biljun (40) | ||||
| - | Per capita | $1,490 (138) | ||||
| IŻU (2006) | ▲0.459 (għoli) (152) | |||||
| Valuta | Naira (₦) (NGN) |
|||||
| Żona tal-ħin | WAT (UTC+1) | |||||
| TLD tal-internet | .ng | |||||
| Kodiċi telefoniku | 234 | |||||
In-Niġerja, uffiċjalment ir-Repubblika Federali tan-Niġerja, hija nazzjoni fl-Afrika. In-Niġerja hi repubblika kostituzzjonali federali tinkludi 36 stat u Territorju Kapitali Federali. In-Niġerja tinsab fl-Afrika tal-Punent u taqsam il-fruntieri tal-art mal-Benin fil-punent, iċ-Ċad u l-Kamerun fil-lvant, u n-Niġer fit-tramuntana. Kosta tagħha fin-nofsinhar tinsab fuq il-Golf tal-Guinea fl-Oċean Atlantiku.
In-Niġerja tal-lum kienet is-sit ta' bosta renji u stati tribali fi żmien ta' iktar minn millennju. L-istat preżenti għandu l-oriġini tagħhu fil-kolonizzazzjoni mill-Ingliżi matul is-seklu dsatax u s-seklu għoxrin, bil-amalgamazzjoni tal-Protettorati tan-Niġerja tan-Nofsinhar u u tan-Niġerja tat-Tramuntana. Matul il-perjodu kolonjali, l-Ingliżi waqqfu strutturi amministrattivi u legali ġodda, filwaqt li żammew ukoll xi stituzzjonijiet tradizzjonali. In-Niġerja kisbet l-indipendenza fl-1960, iżda ftit snin wara bdiet il-Gwerra tal-Biafra. Mis-sebgħinijiet 'il quddiem, in-Niġerja alternat bejn gvernijiet ċivili eletti demokratikament u dittatorjati militari, bl-elezzjonijiet presidenzjali tal-2011 meqjusin bħala l-ewwel elezzjonijiet li kienu ġusti.
In-Niġerja hi spiss magħrufa bħala l-"Ġgant tal-Afrika", minħabba l-popolazzjoni kbira u l-ekonomija tagħha. Bl madwar 174 miljun abitant, in-Niġerja hija l-aktar pajjiż popolat fl-Afrika u s-seba' pajjiż l-aktar popolat fid-dinja. In-Niġerja għandha wkoll waħda mill-akbar popolazzjonijiet ta' żgħażagħ fid-dinja. Fil-pajjiż hemm aktar minn 500 gruppi etniċi differenti, li minnhom l-akbar tlieta huma l-Hausa, Igbo u Joruba. Rigward ir-reliġjon, in-Niġerja huwa maqsum bejn wieħed u ieħor min-nofs bejn Insara, li jgħixu aktar fil-partijiet tan-Nofsinhar u ċentrali tal-pajjiż, u l-Musulmani, li huma kkonċentrati l-aktar fir-reġjuni tat-Tramuntana u lbiċ. Minoranza tan-nies jipprattikaw reliġjonijiet indiġeni, bħal dawk tal-popli Igbo u Joruba.
Fl-2014, l-ekonomija tan-Niġerja saret l-akbar fl-Afrika, bi PGD ta' aktar minn $500 biljun, u għaddiet lil dik tal-Afrika t'Isfel bħala l-21 l-akbar ekonomija fid-dinja. Barra minn hekk, il-proporzjon tad-dejn mal-PGD huwa biss 11%. Sal-2050, in-Niġerja hija mistennija li ssir waħda mill-aqwa 20 ekonomija tad-dinja. Ir-riżervi taż-żejt kellhom rwol ewlieni fil-ġid tal-pajjiż. In-Niġerja hija kkunsidrata bħala suq emerġenti mill-Bank Dinji u hi kkunsidrata bħala potenza reġjonali fl-Afrika.
|
|||||
|
|||||||
