Angola
![]() |
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Repubblika tal-Angola (PT) República de Angola |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Mottu: Virtus Unita Fortior (Latin) "Il-virtù b'saħħtu bl-għaqda" |
||||||
Innu nazzjonali: "Angola Avante" |
||||||
![]() |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Luanda | |||||
Lingwi uffiċjali | Portugiż | |||||
Gruppi etniċi | 37% Ovimbundu 25% Ambundu 13% Bakongo 21% Afrikani oħrajn |
|||||
Gvern | Repubblika Unitarja Presidenzjali | |||||
- | President | João Lourenço | ||||
- | Viċi President | Esperança da Costa | ||||
Indipendenza | ||||||
- | mill-Portugall | 11 ta Novembru 1975 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 1,246,700 km2 (22) 481,354 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2022 | 34,795,287 (42) | ||||
- | ċensiment tal-2014 | 25,789,024 | ||||
- | Densità | 24.97/km2 (157) 64.7/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2022 | |||||
- | Total | $245.44 biljun (62) | ||||
- | Per capita | $7,455 (129) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2022 | |||||
- | Total | $124.79 biljun (61) | ||||
- | Per capita | $3,791 (125) | ||||
IŻU (2021) | ▲0.588 (medju) (146) | |||||
Valuta | Kwanza (AOA ) |
|||||
Żona tal-ħin | WAT (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +244 | |||||
TLD tal-internet | .ao |
L-Angola, uffiċċjalment ir-Repubblika tal-Angola, hi nazzjon fin-nofsinhar tal-Afrika li tibbordura ir-Repubblika tal-Kongo u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo fit-tramuntana, iż-Żambja fl-ilvant, u n-Namibia fin-nofsinhar, bl-oċean Atlantiku fil-punent. Erja ta' 1,246,700 kilometru kwadru[1] u popolazzjoni ta' 34 miljun ruħ[1] tagħmel l-Angola t-tieni l-ikbar pajjiż Lusofonu fiż-żewġ katergoriji, wara l-Brażil fiż-żewġ każijiet, u hija is-seba' l-ikbar pajjiż fl-Afrika. L-Angola għandha wkoll reġjun mqaċċat mill-bqija tal-pajjiż jismu Cabinda. Luanda hija l-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt fil-pajjiż.
L-Angola ilha abitata mill-Paleolitiku, minn-nies Khoisan, qabel ma ġew in-nies Bantu mit-tramuntana fl-ewwel millenju QK. Fost il-pajjiżi li ffurmaw matul iż-żmien wieħed jista jsib ir-renji ta' Matamba u Ndongo, li l-kelma għall-kapijiet tagħhom kienet Ngola, is-sors tal-isem modern tal-Angola, kif ukoll ir-renju tal-Kongo, illi kien ċentru ta' kummerċ importanti għan-nofsinhar tal-Afrika. Fis-seklu 16 waslu l-Portugiżi, li bdew jikkolonizzaw il-kosta, u gradwalment daħlu iktar fl-interjur tal-pajjiż. Taħt il-Portugiżi l-Angola saret ċentru importanti tal-kummerċ tal-iskjavi, fejn il-maġġoranza spiċċaw skjavi l-Brażil[2], u fil-fatt erbgħatax-il sena wara li l-Brażil kiseb l-indipendenza, fl-1836 il-Portugall kien abolixxa l-kummerċ tal-iskjavi, u sussegwentement waqaf fl-Angola wkoll. Iżda l-Angola xorta rat żmien diffiċli taħt il-Portugall anke wara li spiċċa l-kummerċ fl-isjkavi, u wara tlettax-il sena ta' ġlied l-Angola kisbet l-indipendenza fl-1975, iżda kellha tissaporti gwerra ċivili li damet sal-2002. Illum il-ġurnata l-Angola saret repubblika unitarja preżidenzjali.
Il-lingwa uffiċjali tal-Angola hija l-Portuġiż, iżda hemm ħafna lingwi indiġini li jiġu ntużati, fosthom l-Umbundu, il-Kikongo, il-Kimbundu, u ċ-Chokwe. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija nisranija, fejn ftit iktar minn nofs huma kattoliċi.[3]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

- ^ a b Angola (bl-Ingliż). Central Intelligence Agency. 2023-05-09. Miġbur 2023-05-16.
- ^ "Angola - ANGOLA IN THE EIGHTEENTH CENTURY". countrystudies.us. Miġbur 2023-05-16.
- ^ "Angola, Religion And Social Profile | National Profiles | International Data | TheARDA". web.archive.org. 2020-10-30. Miġbur 2023-05-16.