Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010
| Mottu | {{{mottu}}} |
|---|---|
| Belt | Vancouver |
| Pajjiżi parteċipanti | {{{pajjiżi_parteċipanti}}} |
| Atleti parteċipanti | {{{atleti_parteċipanti}}} |
| Avvenimenti | 86 |
| Ċerimonja tal-ftuħ | {{{ċerimonja_ftuħ}}} |
| Ċerimonja tal-għeluq | {{{ċerimonja_għeluq}}} |
| Uffiċjalment miftuħa minn | Michaëlle Jean |
| Ġurament tal-ġurija | Michel Verrault |
| Grawnd | {{{grawnd_olimpiku}}} |
Il-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010, magħrufin uffiċjalment bħala l-Logħob tal-XXI Olimpjadi tax-xitwa, kienu manifestazzjoni sportiva li saru bejn it-12 u t-28 ta' Frar, 2010, ġewwa Vancouver, Kolumbja Brittanika, il-Kanada. Kemm l-Olimpjadi u kif ukoll il-Logħob Paralimpiku ġew organizzati mill-Kumitat Organizzattiv ta' Vancouver (VANOC). Din kienet it-tielet darba li l-Kanada ospitat l-Olimpjadi ġewwa darha, u l-ewwel darba mill-provinċja ta' Kolumbja Brittanika. Qabel, il-Kanada ospitat l-edizzjoni tal-1976 tal-Olimpjadi tas-sajf ġewwa Montreal, il-Quebec, u l-Olimpjadi tax-xitwa tal-1988 ta' Calgary, f'Alberta.
Fiċ-ċerimonja ta' għeluq tal-Olimpjadi tax-xitwa 2006 li saru ġewwa Turin, l-Italja, bi tradizzjoni Olimpika, is-sindku tal-belt ta' Vancouver Sam Sullivan irċieva l-bandiera Olimpika. Il-bandiera ġiet mtella' nhar it-28 ta' Frar, 2006, f'ċerimonja speċjali, u kienet miftuħa għad-dehra tal-pubbliku fil-Vancouver City Hall saċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi suċċessivi. L-avveniment kien uffiċjalment miftuħ mill-Gvernatriċi Ġenerali Michaëlle Jean.
Għall-ewwel darba, il-Kanada irnexxielha tikseb midalja tad-deheb f'Logħob Olimpiku li sar ġewwa pajjiżha, wara li naqset li tagħmel dan fl-edizzjonijiet preċedenti ta' Montreal 1976 u Calgary 1988. B'total ta' erbatax-il midalja tad-deheb, il-Kanada kisret ir-rekord għall-aktar numru ta' midalji tad-deheb li ntrebħu f'edizzjoni waħda tal-Olimpjadi tax-xitwa, li kien fuq kwota 13, miżmum mill-Unjoni Sovjetika (1976) u n-Norveġja (2002). L-Istati Uniti rebħu l-klassifika tal-aktar numru ta' midalji li ntrebhu, għat-tieni darba fl-istorja tagħhom fl-Olimpjadi tax-xitwa, u kisru wkoll ir-rekord għall-iktar numru ta' midalji li ntrebħu f'edizzjoni waħda tal-Olimpjadi, 37, li kien preċedentament f'idejn il-Ġermanja (2002) b'36. Atleti mis-Slovakkja u l-Belarus taw l-ewwel midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tax-xitwa lil pajjiżhom.
Għażla tal-ospitu
[immodifika | immodifika s-sors]| Riżultati tal-kandidaturi tal-Olimpjadi ta' Bejġing 2008 | |||
|---|---|---|---|
| Belt | KON | Rawnd 1 | Rawnd 2 |
| Vancouver | 40 | 56 | |
| Pyeongchang | 51 | 53 | |
| Saliżburgu | 16 | — | |
Il-21 edizzjoni tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa ngħataw f'idejn il-belt ta' Vancouver nhar it-2 ta' Lulju 2006 matul il-115-il kungress tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, li sar ġewwa Praga fir-Repubblika Ċeka.
Għall-bidu kien hemm tmien ibliet li ppreżentaw il-kandidatura tagħhom: Andorra, Berna (Żvizzera), Jaca (Spanja), Harbin (Ċina), Pyeongchang (Korea t'Isfel), Saliżburgu (Awstrija), Sarajevo (Bożnija u Ħerżegovina), u Vancouver (Kanada).
Minn dawn, kienu biss Saliżburgu, Pyeongchang u Vancounver li ntagħżlu bħala finalisti għal dan il-proċess. Għall-elezzjoni finali kien hemm il-bżonn ta' żewġ votazzjonijiet: mill-ewwel riżultat il-belt ta' Saliżburgu ġiet eliminata b'16-il vot biss; it-tieni rawnd ipproklama lil Vancouver bħala l-belt organizzatriċi tal-Logħob, b'total ta' 56 vot, bi 53 imorru lill-belt Koreana ta' Pyeongchang.
Torċa Olimpika
[immodifika | immodifika s-sors]
Il-mixja tat-Torċa Olimpika huwa t-traġitt li jwassal 'il-fjamma Olimpika mill-belt antika ta' Olimpja, fil-Greċja – fejn saru l-ewwel Logħob Olimpiċi eluf ta' snin ilu – sal-impjant tal-belt fejn tkun se ssir l-edizzjoni. Il-fjamma tasal eżatt fil-ħin għaċ-ċerimonja tal-ftuħ.
Għal-logħob ta' Vancouver 2010, il-fjamma nxtelgħet ġewwa Olimpja nhar it-22 ta' Ottubru, 2009. Wara vvjaġġat mill-Greċja, fuq il-Pol tat-Tramuntana lejn l-Artiklu Għoli tal-Kanada u lejn il-West Coast u Vancouver. Il-vjaġġ beda l-mixja twila tiegħu fil-Kanada mill-kapitali tal-Kolumbja Brittanika, Victoria. Fil-Kanada, it-torċa mxiet madwar 45,000 kilometru (28,000 mil) f'tul ta' 106 ġurnata, biex għamlitha fost l-itwal mixjiet f'pajjiż wieħed fl-istorja tal-Olimpjadi. It-Torċa ġiet miżmuma minn madwar 12,000 Kanadiż u laħqet lil madwar 1,000 komunità.
Mewt ta' Nodar Kumaritashvili
[immodifika | immodifika s-sors]Sigħat qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ, il-Ġeorġjan Nodar Kumaritashvili miet waqt sessjoni ta' taħriġ.[1] Fil-korsa tal-luge ta' Whistler, l-isportiv ta' 21 sena, tilef il-kontroll u taħt veloċità stmata ta' 140 km/h hu ħabat ma' arblu tal-azzar wara li kien spiċċa barra mill-islitta. Fuq il-post saru diversi attentati biex jerġgħu jqajmuh u aktar tard ġiet meħud lejn faċilita medika fejn miet. Allavolja saru diversi mistoqsijiet dwar is-sigurtà tal-korsa, l-uffiċjali kkonkludew li t-traġedja kienet kawża ta' żball tal-atleta milli problema fil-korsa.[1] Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Luge sejħet laqgħa ta' emerġenza wara dan l-inċident, u t-taħriġ kollu għal dik il-ġurnata ġie kanċellat.
Il-logħob
[immodifika | immodifika s-sors]Pajjiżi parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]82 Kumitat Olimpiku Internazzjonali daħlu timijiet tagħhom għall-edizzjoni tal-2010 tal-Olimpjadi.[2] Il-Gżejjer Kajman, il-Kolombja, il-Gana, il-Montenegro, il-Pakistan, il-Peru u s-Serbja għamlu l-ewwel dehra tagħhom fl-Olimpjadi tax-xitwa. Il-Ġamajka, il-Messiku u l-Marokk irritornaw wara li tilfu l-edizzjoni ta' Turin 2006. Tonga kienet preparata li tagħmel id-debutt tagħha b'kompetitur wieħed fid-dixxiplina tal-luge, però dan kraxxja fl-aħħar rawnd ta' kwalifika.[3] Il-Lussemburgu kellha preparati żewġ atleti, imma ma ħaditx sehem minħabba li wieħed minnhom ma laħaqx il-kriterji proposti mill-KOI,[4] u l-ieħor safa' imweġġa qabel il-Logħob.[5]

Dixxiplini
[immodifika | immodifika s-sors]L-edizzjoni 2010 tal-Olimpjadi tax-xitwa pprepara 15-il dixxiplina sportiva:
|
Kalendarju
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-kalendarju segwenti tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010, kull kaxxa blu tindika li avveniment kompetittiv, bħal rawnd ta' kwalifika, sar f'dak il-jum. Il-kaxex sofor jirrapreżentaw ġranet li matulhom saru finali għar-rebħ tal-midalji. Kull ballun f'dawn il-kaxex juri finali ta' avveniment, bin-numru ta' blalen f'kull kaxex jirrapreżentaw in-numru ta' finali li ntlagħbu f'dik il-ġurnata.[31]
| ● | Ċerimonja tal-ftuħ | Kwalifikazzjoni | ● | Finali | Gala | ● | Ċerimonja tal-għeluq |
| Frar | 12 Ġ | 13 S | 14 Ħ | 15 T | 16 T | 17 E | 18 Ħ | 19 Ġ | 20 S | 21 Ħ | 22 T | 23 T | 24 E | 25 Ħ | 26 Ġ | 27 S | 28 Ħ | Midalji tad- deheb |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | 10 | ||||||||
| ● | ● | ●● | ●● | ●● | ● | ● | 10 | |||||||||||
| ● | ● | ● | 3 | |||||||||||||||
| ●● | ●● | ● | ● | ●● | ● | ● | ● | ● | 12 | |||||||||
| ● | ● | 2 | ||||||||||||||||
| ● | ● | ● | ● | 4 | ||||||||||||||
| ● | ● | ● | ● | ● | ● | 6 | ||||||||||||
| ● | ● | 2 | ||||||||||||||||
| ● | ● | ● | 3 | |||||||||||||||
| ● | ● | ● | 3 | |||||||||||||||
| ● | ● | ●● | ● | ●●● | 8 | |||||||||||||
| ●● | 2 | |||||||||||||||||
| ● | ● | ● | 3 | |||||||||||||||
| ● | ● | ● | ● | ● | ● | 6 | ||||||||||||
| ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ●● | 12 | |||||||
| Total ta' midalji tad-deheb | 5 | 5 | 6 | 5 | 7 | 6 | 4 | 6 | 6 | 4 | 5 | 5 | 6 | 7 | 7 | 2 | 86 | |
| Total kumulattiv | 5 | 10 | 16 | 21 | 28 | 34 | 38 | 44 | 50 | 54 | 59 | 64 | 70 | 77 | 84 | 86 | ||
| Ċerimonji | ● | ● | ||||||||||||||||
| Frar | 12 Ġ | 13 S | 14 Ħ | 15 T | 16 T | 17 E | 18 Ħ | 19 Ġ | 20 S | 21 Ħ | 22 T | 23 T | 24 E | 25 Ħ | 26 Ġ | 27 S | 28 Ħ |
Midalji
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Tabella tal-midalji tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010.
L-aqwa għaxar KON skont in-numru ta' midalji tad-deheb mirbuħa huma mniżżla hawn taħt. L-organizzatur, il-Kanada, għandhom sfond bil-kulur.
| Poż. | Pajjiż | Deheb | Fidda | Bronż | Total |
|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 14 | 7 | 5 | 26 | |
| 2 | 10 | 13 | 7 | 30 | |
| 3 | 9 | 15 | 13 | 37 | |
| 4 | 9 | 8 | 6 | 23 | |
| 5 | 6 | 6 | 2 | 14 | |
| 6 | 6 | 0 | 3 | 9 | |
| 7 | 5 | 2 | 4 | 11 | |
| 8 | 5 | 2 | 4 | 11 | |
| 9 | 4 | 6 | 6 | 16 | |
| 10 | 4 | 1 | 3 | 8 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 BBC Sport, ed. (13-02-2010). "Olympic luger Nodar Kumaritashvili dies after crash" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ VANOC (ed.). "Olympic Athletes, Teams and Countries". Vancouver 2010 Winter Olympics (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-25. Miġbur 2010-03-06.
- ↑ "Tongan athlete narrowly misses out on Winter Olympics", Australian Broadcasting Corporation.
- ↑ wort.lu, ed. (19-01-2010). "Sport | Kari Peters bleibt zu Hause" (bil-Ġermaniż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ wort.lu, ed. (12-01-2010). "Sport | Stefano Speck fährt nicht nach Vancouver" (bil-Ġermaniż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2010-02-15. Miġbur 2010-03-06.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 "Vancouver Olympics – Athletes". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-25. Miġbur 2010-12-25.
- 1 2 3 4 5 6 thestar.com, ed. (06-10-2009). "Alpine team takes fall at 2010 Games – Vancouver 2010 Olympics" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 3 4 5 "Germany, Norway round out 2010 Olympic men's hockey" (bl-Ingliż). 08-02-2009. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=(għajnuna) - ↑ Vancouver2010.com (ed.). "Athletes : Vancouver 2010 Winter Olympics" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-03-09. Miġbur 2010-03-06.
- 1 2 3 4 5 6 "ISU Figure skating qualification system" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-06-07. Miġbur 2010-03-06.
- 1 2 3 4 5 6 "2009 Figure Skating World Championship results". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-01-01. Miġbur 2010-03-06.
- ↑ "Saiba os brasileiros que podem ir a Vancouver". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-25. Miġbur 2010-03-06.
- ↑ Топспорт (ed.). "Bulgaria received one more quota for the games". Parametru mhux magħruf
|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ World Curling Federation (ed.). "Olympic Qualification". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-23. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ Noc.fi, ed. (28-01-2010). "Suomen Olympiajoukkueeseen Vancouver 2010 -talvikisoihin on valittu 94 urheilijaa – kahdella miesalppihiihtäjällä vielä mahdollisuus lunastaa paikka joukkueessa – Suomen Olympiakomitea" (bil-Finlandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-12. Miġbur 2010-03-06. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Vancouver2010.lequipe.fr, ed. (01-02-2010). "108 Français à Vancouver – JO 2010 – L'EQUIPE.FR" (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-05. Miġbur 2010-03-06. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ "Ghana's 'Snow Leopard' qualifies to ski in 2010 Winter Olympics" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna) - ↑ "Travers is snow joke". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-19. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ "Short Track Speed Skating entry list" (bl-Ingliż). 24-11-2009. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ "Tashi and Jamyang qualify for 2010 Olympic Winter Games" (bl-Ingliż). 18-03-2009. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-07-19. Miġbur 2010-03-06. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 "Lambiel crushes competition at Nebelhorn" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-25. Miġbur 2010-03-06.
- ↑ "North Korea – CTV Olympics" (bl-Ingliż). 22-01-2010. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=(għajnuna) - ↑ "Sports | Mongolia Web News" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-05. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna) - ↑ "Anders Rekdal tatt ut til OL i Vancouver på overtid". Olympiatoppen (bin-Norveġiż). 29-01-2010. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ "Genomineerden" (bl-Olandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-13. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna) - ↑ "Wystartujemy w Vancouver" (bil-Pollakk). 19-03-2009. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 "Athletes : Vancouver 2010 Winter Olympics" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-03-09. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna) - ↑ "Vancouver 2010 Olympic Winter Games Qualifications | News | USA Luge" (bl-Ingliż). 27-01-2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-30. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=(għajnuna) - ↑ "OS-truppen komplett(erad) – Olympic Team complete(d)" (bl-Iżvediż). 01-12-2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-25. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=(għajnuna) - ↑ "Vancouver 2010 Olympic Competition Schedule" (PDF) (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-09-10. Miġbur 2010-03-07. Parametru mhux magħruf
|publikatur=injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=minflok) (għajnuna)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Sit uffiċjali tal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tax-xitwa 2010
- Stazzjon tal-Kumitat Olimpiku ta' Vancouver fuq YouTube
- Vancouver 2010 fuq il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali