Diskussjoni:Logħob Olimpiku tas-sajf 2008

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Taħsbu li hemm bżonn li noħolqu paġni separati għad-dixxiplini differenti li kienu fl-Olimpjadi. Jien naħeb li se tkun daqxejn ta' ħela ta' ħin u ta' spazju, għax se tieħu l-ħin biex nagħmlu dawn il-paġni. Jien nissuġġerixxi li noħolqu paġna waħda separata fejn fiha nuru biss ir-riżultati korrispondenti tad-dixxiplini u l-midjali. X'taħsbu? Chrisportelli 12:12, 25 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Naqbel miegħek Chris. Għalissa ma narax li għandna għalfejn nidħlu f'biċċa xogħol bħal din meta hemm tant iktar affarijiet essenzjali fuq xiex naħsbu. Iktar 'il quddiem, jekk alla jrid ikun hawn iktar utenti, inkunu nistgħu niddedikaw naqra iktar ħin u riżorsi fuqha imma għalissa naħseb li anqas ħaqq ninħlew fuqha. --Roderick Mallia 13:11, 25 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Għar-riżultati nieħdu minn din il-paġna w:List of 2008 Summer Olympics medal winners, għax dik tispjega l-aħjar fuq ir-rebbieħa. Il-paġna Maltija nistgħu nsemmuha Riżultati tal-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008? Chrisportelli 09:43, 27 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]