Carlos Peucelle

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Carlos Peucelle
CPeucelle.jpg
Carlos Peucelle ma' River Plate
Informazzjoni personali
Isem sħiħCarlos Desiderio Peucelle
Twelid13 ta' Awwissu 1908(1908-08-13)
Buenos Aires
PajjiżBandiera tal-Arġentina Arġentina
Mewt1 ta' April 1990 (81 sena)
Buenos Aires
Tul1.68 m
RwolAttakkant
Klabbs ġovanili
Club Deportivo Anchorena
Boca Juniors
San Telmo
Sportivo Barracas
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
1925–1926San Telmo?(?)
1927–1930Sportivo Buenos Aires?(?)
1931–1941River Plate407(143)
Tim nazzjonali
1928–1940Arġentina59(12)
Timijiet ikkowċjati
1945–1946River Plate
1954San Lorenzo
1960Sporting Cristal
1968River Plate
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Carlos Peucelle (Buenos Aires, 17 ta' Jannar 1905Buenos Aires, 26 ta' Diċembru 1966) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin li kien jilgħab bħala attakkant. Hu hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar plejers tekniċi fl-istorja tal-futbol Arġentin kif ukoll kien il-pijunier wara "La Máquina" ma' River Plate, li rathom jiddominaw il-futbol fl-Amerika t'Isfel fl-erbgħinijiet.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Peucelle lagħab għal San Telmo u Sportivo Buenos Aires, qabel ma ngħaqad mal-ġganti Arġenti ta' River Plate għas-somma ta' 10,000 pesos,[1] tant li ħa l-laqam "El primer millonario".[2] Hu lagħab ma' River bejn l-1931 u l-1941, fejn ġabar 407 preżenza u skorja 143 gowl. Matul dan il-perjodu magħhom, Los Millonarios rebħu l-kampjonat erba' darbiet.

Man-nazzjonal Arġentin rebaħ żewġ edizzjonijiet tal-Campeonato Sudamericano de Football (prekursur tal-Copa América). Ħa sehem ukoll fit-Tazza tad-Dinja 1930 fl-Urugwaj, fejn skorja wieħed miż-żewġ gowls tal-Arġentina fil-finali kontra l-Urugwaj, mitlufa 4–2 mill-Arġentina.

Wara l-karriera bħala futboler, ikkowċja numru ta' timijiet, sakemm stabbilixxa l-ewwel skola tal-futbol fil-Kolombja.[1]

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Arġentina River Plate

Nazzjonal[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b (Spanjol) Fútbol factory - Carlos Desiderio Peucelle. Futbol Factory. Aċċess tal-URL: 29 ta' Ottubru 2007. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-20 ta' Ottubru 2007)
  2. ^ (Spanjol) Carlos Peucelle. River Plate - La Pagina Millonaria

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

  • (ES) P - soy de telmo.com.ar