Ivan Bek
| Ivan Bek fl-1928 | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 29 ta' Ottubru 1909 Belgrad, Serbja | ||
| Mewt | 2 ta' Ġunju 1963 (53 sena) Sète | ||
| Tul | 1.96 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1925–1928 | BSK Beograd | ||
| 1928 | Mačva Šabac | ||
| 1928–1931 | Sète | ||
| 1931–1932 | Urania Genève Sport | ||
| 1932–1935 | Sète | ||
| 1935–1939 | Saint-Étienne | ||
| 1940–1943 | Nîmes Olympique | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1927–1931 | Renju tal-Jugożlavja | ||
| 1935–1937 | Franza | ||
Ivan "Ivica" Bek jew Yvan Beck (bis-Serb: Иван Бек; twieled fid-29 ta' Ottubru 1909 – miet fit-2 ta' Ġunju 1963) kien plejer tal-futbol Jugożlav-Franċiż.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Bek twieled f'Čubura, fis-subborg tal-kapitali Serba ta' Belgrad, minn missier Ġermaniż u omm Ċeka. Ta' sittax-il sena beda jilgħab ma' BSK Beograd fejn skorja 51 gowl f'50 logħba. Fl-1928, Bek ingħaqad ma' Mačva u ftit wara ssieħeb mat-tim Franċiż ta' Sète. Fl-ewwel staġun tiegħu wasal sal-finali tat-tazza, però tilfu 2–0 kontra Montpellier. Fis-sena ta' wara, Sète għal darb'oħra laħqu l-finali u din id-darba għelbu 3–1 lil RC France b'Bek jiskorja żewġ gowls fil-ħin miżjud. Wara li mar ma' Urania Genève Sport, erba' snin wara ma' Sète, Bek ifforma parti mill-ewwel tim li għamel id-Doppjetta tat-trofej fi Franza.
Fuq livell internazzjonali, Bek għen lill-Jugożlavja jikklassifikaw fit-tielet post tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Mal-Jugożlavja lagħab it-Tazza tad-Dinja tal-1930 u spiċċa bi tliet gowls. Aktar tard, eżattament fl-1933, Bek kiseb iċ-ċittadinanza Franċiża u fi Frar tal-1935 ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim Franċiż fil-logħba kontra l-Italja.[1]
Hu miet f'Ġunju tal-1963 kawża ta' attakk tal-qalb u ġie midfun fiċ-ċimiterju ta' Le Py f'Sète fil-15 ta' Ġunju 1963.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Sète
- Ligue 1: 1934
- Coupe de France: 1930, 1934
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Match - Italie - France" (bil-Franċiż). FFF.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (FR) Profil fuq is-sit tal-Federazzjoni Franċiża
- Ivan Bek fuq National-Football-Teams.com