Tim nazzjonali tal-futbol tal-Komunità tal-Istati Indipendenti
Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-Futbol tal-Unjoni Sovjetika | ||
---|---|---|---|
Kodiċi tal-FIFA | CIS | ||
|
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Komunità tal-Istati Indipendenti kien tim nazzjonali proviżorju tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Unjoni Sovjetika fl-1992 u li kien jirrappreżenta l-Komunità tal-Istati Indipendenti.
Wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika fl-1 ta' Jannar 1992, assoċjazzjoni ġdida tal-futbol ġiet iffurmata fil-11 ta' Jannar tal-istess sena, li ġiet approvata mill-FIFA jumejn wara. It-tim nazzjonali l-ġdida tal-KSI kienet tikkonsisti minn atleti ta' 15-il repubblika li kienu jagħmlu parti mill-Unjoni Sovjetika; l-atleti mill-Estonja, il-Litwanja u l-Latvja kienu esklużi minħabba li pajjiżhom kien diġà sseparara minn Moska, filwaqt li l-Ġeorġja daħlet tagħmel parti mill-KSI fl-1993.
It-tim nazzjonali lagħab fil-Kampjonati Ewropej 1992 f'Ġunju tal-1992. Hu spiċċa fl-aħħar post fil-grupp, però kien kiseb żewġ dros kontra l-Ġermanja u l-Olanda, qabel ma ngħeleb 3–0 mill-Iskozja f'dik li kellha tkun l-aħħar logħba tagħhom.
Mat-tmiem tal-Kampjonati Ewropej, it-tim ġie sostitwit mar-Russja.
Timijiet li ħarġu wara l-firda
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-Kampjonati Ewropej 1992, dawn it-timijiet nazzjonali ngħaqdu mal-FIFA, il-UEFA u l-AFC.
- Russja (UEFA)
- Armenja (UEFA)
- Ażerbajġan (UEFA)
- Belġju (UEFA)
- Ġeorġja (UEFA)
- Moldova (UEFA)
- Ukrajna (UEFA)
- Każakistan (1992–2002 AFC, mill-2002 UEFA)
- Kirġiżistan (AFC)
- Taġikistan (AFC)
- Turkmenistan (AFC)
- Użbekistan (AFC)
Timijiet diġà indipendenti
[immodifika | immodifika s-sors]Storja fil-kompetizzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1992 | Fażi tal-gruppi | 8 | 3 | 0 | 2 | 1 | 1 | 4 |
Total | 1/1 | 8th | 3 | 0 | 2 | 1 | 1 | 4 |