Aqbeż għall-kontentut

Samir Handanovič

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Samir Handanovič

Handanovič fl-2015
Informazzjoni personali
Isem sħiħSamir Handanovič
Twelid14 ta' Lulju 1984 (1984-07-14) (41 sena)
Ljubljana, Repubblika Soċjalista tal-Jugożlavja
Tul1.93 m
RwolGowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliInter
Numru1
Mixtliet
000–2003Slovan
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2004Domžale
2003–2004Zagorje (self)
2004–2012Udinese
2005–2006Treviso (self)
2006Lazio (self)
2006–2007Rimini (self)
2012–Inter
Tim nazzjonali
2001Slovenja U17
2003–2006Slovenja U21
2004–2015Slovenja

Samir Handanovič (twieled fl-14 ta' Lulju 1984) huwa plejer tal-futbol Sloven li jilgħab bħala gowler mal-klabb Taljan ta' Inter.

Handanovič beda l-karriera tiegħu ma' Slovan u aktar tard ġie trasferit ma' Domžale, fejn magħhom qatta' żewġ staġuni. Hu kien iffirmat minn Udinese fis-sajf tal-2004 fl-età ta' 20 sena. Hu kien imsellef lil Treviso fis-sajf tal-2005, iżda f'Jannar 2006, kien skambjat ma' Matteo Sereni għal Lazio.[1]

F'Lulju 2006, hu kien imsellef lil Rimini Calcio,[2] bi prezz stabbilit ta' €1.2 miljun.[3] Grazzi għall-prestazzjonijiet tajbin tiegħu, Rimini baqgħu mingħajr telfa fiż-żewġ logħbiet tal-kampjonat li lagħbu kontra Juventus. Il-klabb spiċċa l-ħames fis-Serie B u kien ir-raba l-inqas tim li qala' gowls. Handanovič kien t-tieni l-aħjar gowler ta' dik l-edizzjoni tas-Serie B, wara Gianluigi Buffon.[4]

Lura ma' Udinese

[immodifika | immodifika s-sors]

Hu rritorna ma' Udinese fis-sajf tal-2007, Udinese kkunsmaw il-kontro-għażla li jirrifjutaw ix-xiri, fejn hu kien sostitwit minn Morgan De Sanctis, u ffirma kuntratt ġdid li jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012. Huwa ffirma l-kuntratt flimkien ma sħabu tat-tim Asamoah Gyan u Fabio Quagliarella.[5] F'Mejju 2011, matul il-partita kontra Lazio, hu salva penalty minn Mauro Zárate u laħaq rekord ta' kull żmien billi salva sitt penalties matul staġun wieħed.[6]

F'Awwissu 2011, hu ffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin.[7]

Fl-4 ta' Lulju 2012, il-kowċ ta' Udinese Francisco Guidolin ikkonferma l-ftehim għat-trasferiment ta' Handanovič għal ma' Inter bi prezz ta' €11-il miljun għas-servizzi tiegħu.[8]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Handanovič deher 62 darba għat-tim nazzjonali tas-Slovenja. Huwa għamel id-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali fis-17 ta' Novembru 2004, f'logħba kontra l-iSlovakkja. Huwa lagħab ukoll għas-Slovenja fit-Tazza tad-Dinja 2010.

Samir Handanovič (xellug) mal-kowċ tal-gowlers ta' Inter, Alessandro Nista
Klabb Kampjonat Tazza Oħrajn Total
StaġunKlabbKampjonat PreżGowls PreżGowls PreżGowls PreżGowls
Slovenja Kampjonat Tazza Slovena Ewropa Total
2003–04Domžale1.SNL700070
Total 70000070
2003–04Zagorje2.SNL11000110
Total 1100000110
Italja Kampjonat Coppa Italia Ewropa Total
2005–06TrevisoSerie A300030
Total 300030
2005–06LazioSerie A100010
Total 100010
2006–07RiminiSerie B18000180
Total 18000180
2004–05UdineseSerie A300030
2007–0835010360
2008–0933010100440
2009–1037030400
2010–1135000350
2011–1238010120510
Total 1810602202090
2012–13InternazionaleSerie A34030100470
Inter Total 34030100470
Total tal-karriera 2550903202960

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa jiġi l-kuġin tal-gowler Jasmin Handanovič, li attwalment jilgħab ma' Maribor. Huma t-tnejn jilgħabu bħala gowlers għat-tim nazzjonali tas-Slovenja.

  1. Warburton, Ben; Carminati, Nadia (2006-02-01). "Treviso sign Sereni" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2010-04-09.
  2. "Calciomercato: ancora un arrivo" (bit-Taljan). Rimini Calcio FC. 2006-07-07. Miġbur 2010-04-09.
  3. "FINAL AWARD - 2145-2146-2147 Sevilla FC SA/Morgan de Sanctis/Udinese Calcio S.p.A." (PDF) (bl-Ingliż). CAS. 2007-02-28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-07-21. Miġbur 2011-05-10.
  4. "Udinese, gli sloveni alle porte". www.gazzetta.it (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2008-11-15. Miġbur 2013-04-25.
  5. "CALCIO, UDINESE: IN QUATTRO RINNOVANO FINO AL 2012" (bit-Taljan). La Repubblica. 2007-10-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-22. Miġbur 2010-04-09.
  6. Dotto, Dario (2011-05-09). "Handanoviču uspelo, kar ni svetovnim legendam 62 let". siol.net (bl-Isloven). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-01. Miġbur 2011-05-09.
  7. "Handanovic e l'Udinese insieme fino al 2016!" (bit-Taljan). Udinese Calcio. 2011-08-02. Miġbur 2011-08-10.
  8. "Inter agree €11m fee for Handanovic, Udinese confirm" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-07-04. Miġbur 2012-07-04.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]