Aqbeż għall-kontentut

Yıldıray Baştürk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Yıldıray Baştürk
Informazzjoni personali
Twelid24 ta' Diċembru 1978 (1978-12-24) (45 sena)
HerneĠermanja
Tul1.68 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1986–1987Wanne-Eickel
1987–1996Wattenscheid 09
Karriera professjonali
SninKlabb
1996–1997Wattenscheid 09
1997–2001Bochum
2001–2004Bayer Leverkusen
2004–2007Hertha BSC
2007–2010Stuttgart
2010Blackburn Rovers
Tim nazzjonali
1998–2008Turkija

Yıldıray Baştürk (twieled fl-24 ta' Diċembru 1978) huwa eks-plejer tal-futbol Tork, imwieled Ġermaniż.

Iben ta' minatur, Baştürk beda l-karriera fid-dixxiplina tal-futbol ma' Sportfreunde Wanne-Eickel. Bħala żagħżugħ, Baştürk lagħab ma' Wattenscheid 09 waqt li d-debutt fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża wasal mar-rivali tal-belt VfL Bochum, fejn magħhom lagħab fit-Tazza UEFA. Ma' Bayer Leverkusen, li kien ingħaqad magħhom fl-2001, gawda minn aktar suċċess. Baştürk u Leverkusen spiċċaw it-tieni fil-kampjonat Ġermaniż waqt li tilfu l-finali tat-Tazza Ġermaniża u l-finali tal-UEFA Champions League 2002.

F'Lulju tal-2004 hu ngħaqad ma' Hertha BSC fejn baqa' magħhom sal-2007 sakemm il-kuntratt tiegħu mal-klabb skada. Fit-28 ta' Mejju, 2007, Baştürk issieħeb maċ-ċampjins Ġermaniżi ta' VfB Stuttgart.

Nhar is-27 ta' Lulju, 2010, ġie mħabbar li Baştürk qabel li jingħaqad mat-tim ta' Blackburn Rovers mingħand Stuttgart f'kuntratt sa tmiem l-istaġun,[1] wara li l-kuntratt tiegħu ma' Stuttgart ġie mħassar.[2] Baştürk iddebutta mill-ewwel minuta fil-konfront kontra Wolverhampton Wanderers tal-24 ta' April, 2010. Madanakollu, din kellha tkun l-ewwel u l-aħħar dehra tiegħu mal-klabb hekk kif fl-aħħar tal-istaġun, hekk kif il-kuntratt tiegħu kien skada, hu ma ġiex offrut estensjoni tal-kuntratt mar-Rovers.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Hu ddebutta mat-tim nazzjonali fl-1998, fejn kien parti mill-iskwadra Torka li spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 2002. Wara li tħalla barra mil-lista ta' 23 plejer għall-Kampjonati Ewropej 2008, hu stqarr li ma kienx se jilgħab aktar mat-tim nazzjonali sakemm jibqa' kowċ Fatih Terim.[3]

  1. ^ "Rovers complete Basturk deal" (bl-Ingliż). Blackburn Rovers FC. 2010-01-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-10. Miġbur 2010-01-27.
  2. ^ "Bastürk to Blackburn" (bl-Ingliż). VfB Stuttgart. 2010-01-27. Miġbur 2010-01-27.
  3. ^ "Basturk vows never to play against under Terim" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2008-06-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-05. Miġbur 2008-06-08.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]