Nihat Kahveci
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 23 ta' Novembru 1979 Istanbul | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Klabbs ġovanili | |||
1994–1997 | Beşiktaş | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1997–2002 | Beşiktaş | 114 | (27) |
2002–2006 | Real Sociedad | 133 | (58) |
2006–2009 | Villarreal | 62 | (18) |
2009–2011 | Beşiktaş | 34 | (3) |
Total | 343 | (106) | |
Tim nazzjonali | |||
2000–2010 | Turkija | 69 | (19) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 14:30, 9 Ġunju 2011 (UTC) |
Nihat Kahveci (Istanbul, 23 ta' Novembru 1979) huwa plejer tal-futbol Tork. Nihat jilgħab l-aktar bħala attakkant, imma kapaċi jilgħab ukoll bħala midfilder offensiv.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Nihat huwa prodott tas-settur ġovanili ta' Beşiktaş u ġie skopert minn Hürser Mustafa Cindir meta l-istess Nihat kien qiegħed jilgħab ma' Beşiktaş matul l-istaġun 1996–97. L-istaġun segwenti ssieħeb mal-ewwel tim.
F'Jannar tal-2002, huwa ngħaqad ma' Real Sociedad ġewwa Spanja, taħt il-gwida tal-eks-kowċ ta' Beşiktaş John Toshack. Mat-tim ta' Sociedad, Nihat lagħab 115-il logħba fejn skorja 57 gowl. Fl-istaġun 2002–03, Nihat skorja 23 gowl fejn temm l-istaġun bħala t-tieni l-aqwa skorer fil-La Liga wara Roy Makaay (29 gowls) u bl-istess numru ta' gowls ta' Ronaldo.[1] Dan l-istaġun ra wkoll lil Real Sociedad jikkonkludu l-impenji tagħhom fil-kampjonat fit-tieni post, b'distakk ta' żewġ punti minn Real Madrid. Fi żmienu mal-klabb huwa fforma koppja offensiva mal-attakkant Serb Darko Kovačević, tant li l-ġurnalist sportiv Phil Ball tahom il-laqam ta' "Iż-żgħir u l-kbir", bħala referenza għad-differenza fit-tul taż-żewġ plejers.[2]
Fis-16 ta' Mejju 2006, qabel ma ngħaqad ma' Villarreal, Nihat iffirma kuntratt ta' ħames snin. Fl-ewwel staġun mal-klabb ftit li xejn kien involut minħabba xi problemi fiżiċi li tappnulu l-istaġun. Però, l-istaġun segwenti kien fundamentali għat-tim hekk kif fil-kampjonat skorja 18-il gowl bit-tim jagħlaq l-istaġun fit-tieni post tal-klassifika. L-aħħar staġun tiegħu mal-Villarreal reġa' kien staġun imtappan bil-problemi fiżiċi fejn fid-dsatax-il dehra li għamel ma skorja l-ebda gowl.
Nhar is-27 ta' Ġunju 2009, Nihat irritorna lura t-Turkija fejn iffirma mat-tim ta' Beşiktaş għal erba' snin.[3] Nhar it-18 ta' Mejju 2011, Beşiktaş ħassru l-kuntratt ta' Nihat.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
F'Ottubru tas-sena 2000 waslet l-ewwel dehra mat-tim nazzjonali tat-Turkija għal Nihat kontra l-Iżvezja. Man-nazzjonal Torka hu pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 2002, liema kompetizzjoni rat lit-tim jispiċċa fit-tielet post. Matul dan it-turnew, l-uniċi dehriet tiegħu kienu bħala sostitut fid-79 minuta għal Yıldıray Baştürk kontra l-Kosta Rika fil-fażi tal-gruppi, u dehra oħra bħala sostitut kontra l-Ġappun fil-fażi tal-aħħar sittax.
Hu ħa sehem ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2008, fejn fit-tielet logħba minn Grupp A Nihat skorja darbtejn kontra r-Repubblika Ċeka fejn f'temp ta' kwarta l-iskor inqaleb minn 0–2 minn taħt għal 3–2 favur it-Tork (bil-gowl l-ieħor jasal minn Arda Turan). Din ir-rebħa wasslet għall-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv għad-danni tal-istess Ċeki.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
- Tazza Torka: 1997–98, 2010–11
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ BDFutbol (ed.). "Season 2002–03" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ESPNsoccernet, ed. (09-05-2003). "Little and Large" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ ESPNsoccernet, ed. (27-06-2009). "Besiktas seal Nihat capture from Villarreal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)