Nouvelle Fédération-Board

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nouvelle Fédération-Board
Formazzjoni 12 ta' Diċembru 2003
Tip Assoċjazzjoni tal-futbol
Sħubija 26 assoċjazzjoni membru
President Christian Michelis
Sit elettroniku www.nf-board.com

L-NF-Board (bl-Ingliż: New Federation-Board), hi assoċjazzjoni stabbilita fit-12 ta' Diċembru 2003. Hi magħmula minn timijiet li jirrapreżentaw nazzjonijiet li mhumiex rikonoxxuti bħala stati sovrani u għalhekk mhumiex eliġibbli biex ikunu membri tal-FIFA. L-NFB taħdem bħala organizzazzjoni temporarja, qabel mal-membri tagħha jiksbu l-isħubija tagħha. Il-fundatur u s-segretarju ġenerali kurrenti hu Luc Misson, u hu avukat Belġjan li rrapreżenta lill-plejer tal-futbol Jean-Marc Bosman fil-każ li wassal għas-sentenza Bosman li stabilixxiet iktar libertà għall-plejers professjonali biex jmorru jaħdmu madwar l-Ewropa.[1]

L-NF-Board torganizza logħob bejn il-membri tagħha, fejn temmen "fid-dritt li tilgħab futbol kompetittiv",[2] u torganizza t-Tazza tad-Dinja VIVA li ħadet post l-ewwel darba f'Novembru 2006, f'Oksitanja. L-ewwel edizzjoni ntrebħet minn Sapmi li għelbu lill-Monako 21-1. L-Okksitanja lagħbu wkoll u l-Kamerun t'Isfel kien mistenni li jipparteċipa però naqas li jagħmel apparenza. It-tieni edizzjoni saret fl-2008 f'Sampi u kienet ikkontestata bejn ħames timijiet. Ir-rebbieħ kienet il-Padanja meta fil-finali rebħu lill-Aramej 2–0.

F'Lulju 2007, l-NF-Board tat sanzjoni uffiċjali lill-ewwel konfederazzjoni membru, il-CSANF (Consejo Sudamericano de Nuevas Federaciones, fundata fil-25 ta' Mejju 2007) li tirrapreżenta t-timijiet li mhumiex membri tal-FIFA u li jinsabu fl-Amerika t'Isfel. It-tieni konfederazzjoni, CENF (Confederation of European New Federations) li tirrapreżenta lil dawk li jinsabu fl-Ewropa, qiegħda f'taħdidiet biex tiġi affiljata mal-NF-Board.

Timijiet nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Ewropa

Afrika

Asja

Amerika ta' Fuq

Amerika t'Isfel

Oċeanja

1: Membri proviżorji
2: Membri assoċċjati
3: Membri assoċċjati tal-federazzjoni lokali affiljata mal-FIFA
4: Membru potenzjali ta' CSANF
5: Minkejja li ġeografikament hi assoċċjata ma' l-Amerika ta' Fuq, politikament u storikament il-Groenlandja hi aktar parti tal-Ewropa

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Stützer, Peter (2005-12-15). "Gewinner ja, Sieger nein". Die Welt (bil-Ġermaniż). Miġbur 2008-03-18.
  2. ^ Cheese, Caroline (2006-11-07). "The alternative World Cup". BBC (bl-Ingliż). Miġbur 2008-03-19.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]