Aqbeż għall-kontentut

Plejer tas-Sena tal-FIFA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Plejer tas-Sena tal-FIFA huwa unur tal-futbol li jingħata għal plejer maskili u femminili li hu maħsub li hu l-aqwa plejer fid-dinja, ibbażat skond il-voti tal-kowċis u captains tat-timijiet nazzjonali. Fis-sistemà tal-voti, kull kowċ ikollu tliet voti, li kollha jiswew ħames punti, tliet punti u punt, u r-rebbieħ hu magħżul skond l-iktar numru tal-voti. L-unur beda mis-sena 1991 għall-irġiel u mill-2001 għan-nisa.

L-aktar plejer żagħżugħ li rebaħ dan l-unur, raġel jew mara, huwa Ronaldo, li rebaħ dan l-unur fis-sena 1996 meta kellu 20 sena. Hu reġa' rebaħ l-unur fl-1997. Ronaldo, Ronaldinho, Mia Hamm u Birgit Prinz huma l-uniċi plejers li rebħuh darbtejn wara xulxin. Ronaldo, Zinedine Zidane u Prinz huma l-uniċi li rebħuh tliet darbiet. L-iktar plejer ta' età matura li rebaħ dan l-unur kien Fabio Cannavaro li rebħu fl-2006 f'età ta' 33 sena. L-iktar plejer femminili li rebħitu ta' età matura kienet Hamm, li rebħet fis-sena 2000 ta' 30 sena, u l-iżgħar plejer femminili kienet Marta li rebħitu fis-sena 2006 f'età ta' 20 sena (imma kienet seba' xhur iktar ikbar minn Ronaldo fl-1996).

Nominazzjonijiet u l-proċess ta' selezzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara kritika mill-istampa dwar l-għażla tan-nominazzjoni fi snin li għaddew, fl-2004 il-FIFA għamlet lista żgħira ta' 35 raġel u 21 mara, fejn minnhom il-kowċis tat-timijiet nazzjonali u għall-ewwel darba, il-kaptani u r-rappreżentanti tal-FIFPro (l-organizazzjoni ta' plejers professjonali), setgħu jivvutaw.

Kritika oħra kienet il-fatt li l-ebda plejer maskili li jilgħab barra mill-Ewropa kien nominat għal dan l-unur. Minkejja li plejers ta' nazzjonalitajiet differenti, ta' tliet kontinenti, kienu nominati u rebħu l-unur, huma kienu kollha jilgħabu fi klabbs Ewropej fiż-żmien tan-nominazzjoni jew rebħa.

Kien ġie propost illi plejers attivi fil-kampjonati ta' nazzjonijiet oħra (it-tieni l-aktar kompetittiv wara l-UEFA hi ġeneralment ikkunsidrata bħala l-Amerika Latina, bħall-kampjonat Arġentin, Brażiljan u dak Messikan), ikollhom ċans għal dan it-titlu.

Lista ta' rebbieħa rġiel

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Rebbieħ Klabb
2009Arġentina Lional MessiSpanja Barcelona
2008Portugall Cristiano RonaldoIngilterra Manchester United
2007Brażil KakáItalja AC Milan
2006Italja Fabio CannavaroSpanja Real Madrid
2005Brażil RonaldinhoSpanja Barcelona
2004Brażil RonaldinhoSpanja Barcelona
2003Franza Zinedine ZidaneSpanja Real Madrid
2002Brażil RonaldoSpanja Real Madrid
Italja Inter Milan
2001Portugall Luís FigoSpanja Real Madrid
2000Franza Zinedine ZidaneItalja Juventus
1999Brażil RivaldoSpanja Barcelona
1998Franza Zinedine ZidaneItalja Juventus
1997Brażil RonaldoItalja Inter Milan
Spanja Barcelona
1996Brażil RonaldoSpanja Barcelona
Netherlands PSV Eindhoven
1995Liberja George WeahItalja AC Milan
Franza Paris Saint-Germain
1994Brażil RomárioSpanja Barcelona
1993Italja Roberto BaggioItalja Juventus
1992Netherlands Marco van BastenItalja AC Milan
1991Ġermanja Lothar MatthäusItalja Inter Milan

Lista ta' rebbieħa nisa

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Rebbieħa Klabb
2009Brażil MartaStati Uniti Los Angeles Sol
Brażil Santos FC
2008Brażil MartaŻvezja Umeå IK
2007Brażil MartaŻvezja Umeå IK
2006Brażil MartaŻvezja Umeå IK
2005Ġermanja Birgit PrinzĠermanja 1. FFC Frankfurt
2004Ġermanja Birgit PrinzĠermanja 1. FFC Frankfurt
2003Ġermanja Birgit PrinzĠermanja 1. FFC Frankfurt
2002Stati Uniti Mia HammStati Uniti Washington Freedom
2002Stati Uniti Mia HammStati Uniti Washington Freedom