Cristiano Ronaldo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Għal nies oħra bl-isem ta' Ronaldo, ara Ronaldo (diżambigwazzjoni).
Cristiano Ronaldo
Cristiano Ronaldo 2018.jpg
Cristiano Ronaldo mal-Portugall fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018
Informazzjoni personali
Isem sħiħCristiano Ronaldo dos Santos Aveiro
Twelid5 ta' Frar 1985 (1985-02-05) (36 sena)
Funchal
PajjiżBandiera tal-Portugall Portugall
Tul1.86 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiJuventus
Numru7
Klabbs ġovanili
1993–1995CF Andorinha
1995–1997CD Nacional
1997–2002Sporting CP
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2002–2003Sporting CP25(3)
2003–2009Manchester United196(84)
2009–Real Madrid288(307)
Tim nazzjonali
2001Portugall U159(7)
2001–2002Portugall U177(5)
2003Portugall U205(1)
2002–2003Portugall U2110(3)
2004Portugall U233(2)
2003–Portugall149(81)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 18 ta' Marzu 2018
Cristiano Ronaldo and Lionel Messi - Portugal vs Argentina, 9th February 2011.jpg

Cristiano Ronaldo dos Santos Aveiro (Funchal, 5 ta' Frar 1985), magħruf aħjar bħala Cristiano Ronaldo, huwa plejer tal-futbol Portugiż li jilgħab mat-tim Spanjol ta' Real Madrid u mat-tim nazzjonali tal-Portugall. Ronaldo ingħaqad ma' Real Madrid fis-sajf tal-2009, wara li dawn tal-aħħar offrew is-somma rekord ta' £80 miljun (€93.9 miljun) għas-servizzi ta' dan il-plejer. Barra minn hekk, il-kuntratt tiegħu ma' Real Madrid, fejn jitħallas €12-il miljun fis-sena, jagħmlu l-iktar futboler imħallas fid-dinja.

Ronaldo beda l-karriera tiegħu ma' Andorinha, fejn lagħab magħhom għal sentejn qabel ma ngħaqad ma' CD Nacional. Fl-1997, issieħeb mal-ġganti Portugiżi ta' Sporting. Ronaldo ġibed l-attenzjoni tal-kowċ ta' Manchester United Alex Ferguson, li ffirmah għal £12.24 miljun (€15-il miljun) fl-2003. L-istaġun ta' wara, Ronaldo reabaħ l-ewwel unur tiegħu, l-FA Cup. Hu lagħab ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2004 mal-Portugall u skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu fil-ġurnata tal-ftuħ tat-turnew kontra l-Greċja, barra li għen lill-Portugall jilħqu l-finali.

Rebbieħ fl-2007 tal-unuri tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, u t-tielet fl-istess sena tal-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA, Ronaldo hu mħares bħala wieħed mill-akbar talenti tal-ġenerazzjoni tiegħu.[1] Ronaldo rebaħ ukoll l-unur tal-2008 tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u kif ukoll l-Plejer tas-Sena tal-FWA.[2][3]

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo twieled f'Madeira(xi hadd injorant kitteb Franchan :D, il-Portugall, l-iżgħar wild ta' Maria Dolores dos Santos Aveiro u José Dinis Aveiro. It-tieni isem tiegħu għażluh il-ġenituri ad unur Ronald Reagan, attur preferut ta' missieru u President tal-Istati Uniti ta' dak iż-żmien.[4] Hu għandu ħuh ikbar, Hugo (t. 1975), u żewġt aħwa bniet ikbar minnu, Elma (t. 1974) u Liliana Cátia (t. 1976).[5]

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa beda jilgħab il-futbol ta' tliet snin, u meta beda l-iskola primarja fl-età ta' sitt snin, il-passjoni lejn l-isports kienet ħaġa evidenti. Fi tfulitu kien it-tim favorit tiegħu kien SL Benfica, minkejja li l-ewwel tim professjonali tiegħu kien ir-rivali ta' dan l-istess tim, Sporting CP. Ta' tmien snin beda jilgħab ma' Andorinha, u fl-1995, meta kellu għaxar snin, bil-mod il-mod ir-reputazzjoni tiegħu fil-Portugall bdiet tikber. Iż-żewġ timijiet ta' Madeira, CS Marítimo u CD Nacional kienu nteressati biex iġibuh fit-tim. Marítimo, l-ikbar tim, tilef laqgħa importanti u b'hekk Ronaldo sar plejer ta' Nacional. Wara huwa mar tliet ijiem ta' prova ma' Sporting Lisbon hu ttrasferixxa mat-tim.[6]

Sporting Clube de Portugal[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa għamel id-debutt ma' Sporting kontra Moreirense u skorja doppjetta. Il-prestazzjoni tiegħu ma' Sporting u mat-tim nazzjonali Portugiż ta' taħt id-dsatax-il sena, wasslet għal interess kbir f'dan il-plejer emerġenti. Il-kowċ ta' Liverpool, Gérard Houllier, innota il-kwalità ta' dan il-plejer, però minħabba n-nuqqas ta' esperjenza flimkien mal-età tenera naqqsu li jkun hemm interess reali min-naħa tal-klabb Ingliż. Fis-sajf tal-2003, wara l-logħba ta' inawgurazzjoni għall-grawnd Alvalade XXI ta' Sporting kontra Manchester United, li għall-kronaka ntemmet 3–1 f'favur it-tim Portugiż, Alex Ferguson tefa' ħarstu fuq it-tfajjel Ronaldo. Ronaldo wera li kellu abilità li jilgħab fuq iż-żewġ naħat tal-grawnd. Wara l-logħba, il-plejers ta' Manchester United tkellmu b'entużjażmu fuq dan il-talent iż-żgħir, u ma qalux le għaċ-ċans li xi darba isibuh bħala parti mill-iskwadra tagħhom.[7]

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

2003–2005[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo ma' Manchester United

Wara li David Beckham ħalla lil Manchester United għal avventura ġdida ma' ohtu fic-cinema, Ferguson għamel l-akkwist ta' Ronaldo billi partu ma bintu ghas somma ta' £12.24 miljun biex sar l-ewwel bniedem Portugiż li qatt lagħab mat-tifla tal-kowc.[8] Hu ried li n-numru tal-flokk tiegħu ikun 28 (l-istess numru li kellu fiż-żmien li qatta' ma' Sporting), hekk kif ma riedx li fuqu jkollu dik il-pressjoni minħabba li n-numru 7 li Ferguson xtaq li jilgħab bih, kienu libsuh uħud mill-aqwa plejers ta' kull żmien ta' United bħal George Best, Bryan Robson, Eric Cantona u David Beckham.[9]

Ronaldo iddebutta bħala sostitut fis-60 minuta fir-rebħa ta' 4–0 fuq Blackburn Rovers bħala sostitut fis-60 minuta. L-ewwel gowl tiegħu wasal minn free-kick dirett fir-rebħa ta' 3–0 kontra Portsmouth fl-1 ta' Novembru 2003. Nhar id-29 ta' Ottubru 2005, fit-telfa ta' 4–1 kontra Middlesbrough, hu skorja l-uniku gowl ta' United li kien l-elf gowl tal-klabb fil-Premier League. F'dak l-istaġun Ronaldo ħalla l-marka tiegħu għal għaxar darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha.

2006–2007[immodifika | immodifika s-sors]

F'Novembru u Diċembru tal-2006, Ronaldo irċieva żewġ unuri konsekuttivi tal-Plejer tax-Xahar, fejn sar it-tieni plejer fl-istorja tal-Premier League li għamel dan, wara li dan l-istess pass għamluwh Dennis Bergkamp fl-1997 u Robbie Fowler fl-1996.[10][11] Hu skorja l-50 gowl tiegħu ma' Manchester United kontra r-rivali lokali ta' Manchester City hekk kif United kisbu l-ewwel titlu tal-Premier League f'erba' snin.

Minkejja għajdut li ċċirkulaw f'Marzu tal-2007 li Real Madrid kienu lesti li joffru 80 miljun għal Ronaldo,[12] fit-13 ta' April hu iffirma estensjoni tal-kuntratt għal ħames snin oħra, bi qligħ ta' £120,000 fil-ġimgħa (total ta' £31 miljun fis-sena), biex sar l-aktar plejer imħallas fl-istorja tal-klabb.[13][14] F'dak l-istaġun, Ronaldo rebaħ numru ta' unuri personali li jinkludu l-unuri tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, fejn ingħaqad ma' Andy Gray bħala l-uniċi plejers li rċevew dawn iż-żewġ unuri flimkien.[15] F'April, hu kompla t-tripletta personali fejn rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA magħżul mill-partitarji. Ronaldo kien wieħed mis-seba' plejers ta' Manchester United li spiċċaw fost it-Tim tas-Sena tal-PFA 2006–07.

2007–2008[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo fiċ-ċentru u Rio Ferdinand jiċċelebraw gowl

L-istaġun 2007–08 ta' Ronaldo beda b'karta ħamra għal allegat daqqa' ta' ras fuq il-plejer ta' Portsmouth Richard Hughes matul it-tieni partita tal-istaġun ta' United, u ġie sospiż għal tliet partiti.[16] Ronaldo stqarr li kien "tgħallem ħafna" minn din l-esperjenza u ma kienx se jħalli li fil-futur il-plejers jibqgħu jipprovokawh.[17] Wara li skorja l-uniku gowl fil-konfront barra minn darhom kontra Sporting fiċ-Champions League, fil-partita ġewwa Old Trafford hu reġa' ħalla l-marka tiegħu b'gowl fil-ħin mogħti żejjed biex poġġa lil United fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp.[18]

Hu spiċċa fit-tieni post wara Kaká fil-klassifika finali tal-Ballun tad-Deheb,[19] waqt li spiċċa fit-tielet post għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA wara Kaká u Lionel Messi.

Ronaldo skorja l-ewwel tripletta personali ma' Manchester United fir-rebħa ta' 6–0 kontra Newcastle United ġewwa Old Trafford, nhar it-12 ta' Jannar 2008, biex tefa' lil United fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League.[20] Hu skorja t-tlieta u għoxrin gowl tal-istaġun fir-rebħa ta' 2–0 fuq Reading, fejn ugwalja l-istess numru ta' gowls li kien skorja fl-istaġun preċedenti.[21] Matul il-konfront mill-ewwel rawnd eliminatorju tal-UEFA Champions League kontra Lyon, ta' nhar l-20 ta' Frar, partitarju inidentifikabbli ta' Lyon kontinwament immira lejżer aħdar lejn Ronaldo u sieħbu Nani, fejn wassal għal investigazzjoni mill-UEFA.[22] Xahar wara, Lyon ġew immultati £2,427 għal dan l-inċident.[23]

Nhar id-19 ta' Marzu 2008, Ronaldo għall-ewwel darba kien kaptan ta' United fir-rebħa ġewwa darhom kontra Bolton, fejn skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0.[24] It-tieni wieħed kien it-33 wieħed tal-istaġun, li wassal għal rekord ġdid tal-klabb għall-aktar numru ta' gowls skurjati minn midfilder fi staġun wieħed, rekord preċedentament f'idejn George Best u li kien ilu aktar minn 40 sena ma jingħeleb, meta fl-istaġun 1967–68 Best kien skorja 32 gowl.[25] Fid-29 ta' Marzu, Ronaldo skorja doppjetta oħra fir-rebħa ta' 4–0 fuq Aston Villa, biex ir-rendiment attwali għall-istaġun kien ta' 35 gowl f'37 logħba domestika u Ewropea. Il-forma tajba tiegħu kompliet sejra u fl-aħħar tal-istaġun ġie onorat biż-Żarbuna tad-Deheb.[26]

Fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 li saret fil-21 ta' Mejju kontra r-rivali Chelsea, Ronaldo skorja l-gowl tal-ftuħ fis-26 minuta, li ġie ikkanċellat bil-gowl tal-pari tal-Blues fil-45 minuta. Il-partita wara l-ħin normali u dak supplementari ntemmet fi skor ta' 1–1. Waqt l-għoti tal-penalties, l-iżball tiegħu wassal lil Chelsea f'punt li kienu qrib ir-rebħ tat-trofew, imma John Terry falla fil-penalty deiċiżiv, u Manchester United ħarġu rebbieħa 6–5. Il-partitarji tawh l-unur tal-Plejer tal-Partita[27] u għalaq staġun mill-aqwa bi 42 gowl f'kull kompetizzjoni, erba' gowls biss 'il bogħod mir-rekord ta' Denis Law (46 gowl) fl-istaġun 1963–64.

2008–2009[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-5 ta' Ġunju 2008, Sky Sports irrapuraw li Ronaldo wera x-xewqa li fl-istaġun segwenti jilgħab ma' Real Madrid jekk dawn tal-aħħar kienu lesti li joffru l-istess somma li kienet ġiet stipulata fil-bidu tas-sena.[28] Nhar id-9 ta' Ġunju, Manchester United għamlu ilment lill-FIFA bir-raġuni wara dan l-ilment ikun li Real Madrid kienu qed jagħmlu minn kollox biex "jisirqu" lil Ronaldo, minkejja li l-FIFA naqset li tieħu azzjoni.[29][30] Dan l-għajdut kompla jiddomina s-suq tat-trasferimenti tas-sajf kollu, sakemm fis-6 ta' Awwissu Ronaldo ikkonferma l-ħsieb tiegħu li jibqa' f'Manchester tal-anqas għal staġun ieħor.[31]

Fis-7 ta' Lulju, ġewwa Amsterdam, Ronaldo għamel operazzjoni fl-għaksa ta' saqajh u sussegwentament tilef il-bidu tal-istaġun 2008–09.[32] Hu rritorna fl-azzjoni fis-17 ta' Settembru fil-pari ta' mingħajr gowls kontra Villareal FC fil-UEFA Champions League, fejn daħal bħala sostitut għal Park Ji-Sung,[33] u skorja l-ewwel gowl tal-istaġun il-ġdid kontra Middlesbrough fit-Tielet Rawnd tal-Carling Cup f'Old Trafford, partita li Manchester United rebħu 3–1.

Ronaldo skorja l-100 u l-101 gowl f'kull kompetizzjoni għal Manchester United fir-rebħa ta' 5–0 fuq Stoke City nhar il-15 ta' Novembru 2008, biż-żewġ gowls jaslu kollha minn free-kicks diretti.[34] Dawn il-gowls ifissru wkoll li b'hekk Ronaldo skorja kontra d-dsatax-il tim l-ieħor tal-Premier League ta' dak l-istaġun. Fit-2 ta' Diċembru 2008, Ronaldo sar l-ewwel plejer ta' Manchester United li rċieva l-Ballun tad-Deheb minn mindu George Best rebaħ dan l-unur prestiġjuż lura fl-1968. Hu spiċċa b'446 punt, 165 punt fuq it-tieni klassifikat Lionel Messi.[35] Fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008 ingħata l-unur tal-Ballun tal-Fidda wara l-kampanja trijonfanti li United għamlu f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.[36]

Nhar it-8 ta' Jannar 2009, Ronaldo safa' involut f'inċident tat-traffiku fil-karozza Ferrari tiegħu qrib l-Ajruport ta' Manchester. L-uffiċjali tal-pulizija ikkonfermaw li hu ma kien taħt l-ebda effett tal-alkoħo l u minkejja li l-karozza spiċċat imfarrka, hu xorta waħda attenda s-sessjoni ta' taħriġ li kellu filgħodu.[37] Għall-istaġun preċedenti, Ronaldo kompla jikseb il-konfermi ta' sena mill-aqwa għalih, meta fit-12 ta' Jannar 2009 sar l-ewwel plejer tal-Premier League li rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-FIFA, fejn għeleb l-isfidi tal-plejers Kakà tal-Milan, Fernando Torres tal-Liverpool u Lionel Messi u Xavi ta' Barcelona, u sar ukoll l-ewwel Portugiż li rebaħ dan l-unur wara Luís Figo li rebħu fl-2001.[38]

Ronaldo skorja l-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun fil-UEFA Champions League, u l-ewwel wieħed mill-gowl fil-finali kontra Chelsea, fir-rebħa ta' 2–0 fuq l-Inter li tefa' lil United fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni. Il-forma tajba tiegħu kompliet b'doppjetta fil-kampjonat kontra Aston Villa tal-5 ta' April 2009, partita li ntrebħet mit-tim ta' United bl-iskor ta' 3–2 bil-gowl rebbieħ jasal mid-debuttant Federico Macheda. Fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Porto, Ronaldo skorja gowl sensazzjonali minn madwar 40 metru 'l bogħod biex assigura lil United post fis-semifinali. Il-forma tajba f'din il-kompetizzjoni kompliet sejra fejn fit-tieni leg tas-semifinali kontra l-Arsenal, ġewwa l-Emirates Stadium, Ronaldo skorja darbtejn (b'wieħed minnhom ikun free-kick dirett minn madwar 40 metru) biex United ħarġu 3–1 rebbieħa u ħadu post fil-finali tal-kompetizzjoni.[39]

Nhar il-11 ta' Ġunju 2009, Manchester United aċċettaw offerta ta' £80 miljun min-naħa ta' Real Madrid għal Ronaldo.[40]

Real Madrid[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo waqt sessjoni ta' taħriġ ma' Real Madrid.

Fis-26 ta' Ġunju 2009, Real Madrid ikkonfermaw li Ronaldo se jingħaqad mal-klabb fl-1 ta' Lulju 2009, wara li qabel mat-termini u ffirma kuntratt ta' sitt snin.[41] Hu mifhum li l-kuntratt ta' Ronaldo se jiswa €13-il miljun kll staġun u se jkollu klawżola reċissorja ta' €1 biljun.[42] Hu ġie ppreżentat lill-istampa dinjija bħala plejer ta' Real Madrid fis-6 ta' Lulju 2009,[43] u ġie mogħti l-flokk numru 9,[44] milbus preċedentament minn Javier Saviola. Il-flokk kien ippreżentat lilu mil-leġġenda Madridista Alfredo di Stéfano.[45] Ronaldo ġie milqugħ minn 80,000 benjamin li attendew il-preżentazzjoni fis-Santiago Bernabéu, fejn din iċ-ċifra għaddiet r-rekord ta' 75,000 partitarju li kienu attendew il-preżentazzjoni ta' Diego Maradona fl-Italja, meta dan tal-aħħar għadda minn Barcelona għal Napoli fl-1984.[46] Nhar id-29 ta' Awwissu, il-ġurnata tad-debutt ta' Ronaldo fil-kampjonat Spanjol, hu ħalla l-marka tiegħu permezz ta' gowl minn penalty fir-rebħa ta' 3–2 kontra Deportivo La Coruña.[47] L-avventura ma' Real Madrid fiċ-Champions League bdiet b'żewġ gowls kontra FC Zürich f'rebħa ta' 5–2.[48] Permezz ta' doppjetta fil-kampjonat kontra t-tim prmoss ta' Xerez fir-rebħa ta' 5–0 tal-20 ta' Settembru, u gowl ieħor kontra Villarreal, hu kiser ir-rekord tal-klabb fejn sar le-wwel plejer li skorja fl-ewwel erba' partiti tal-istaġun.[49] Fl-10 ta' Ottubru 2009, waqt l-impenn mat-tim tal-Portugall kontra l-Ungerija[50] huwa weġġa' u kien mistenni li jdum barra bejn xahrejn u tliet xhur. Ir-ritorn tiegħu fl-azzjoni wasal fil-partita valida għall-UEFA Champions League kontra FC Zürich fil-25 ta' Novembru.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo għamel id-debutt internazzjonali f'Awwissu tal-2003 fir-rebħa ta' 1–0 fuq il-Każakistan. Hu ġie msejjaħ fost l-iskwadra Portugiża magħżula għall-Kampjonati Ewropej 2004, fejn skorja l-uniku gowl tal-Portugall fit-telfa ta' 2–1 kontra l-Greċja fil-partita tal-ftuħ, u anki l-ewwel gowl tas-semifinali kontra l-Olanda, meta l-Portugall rebħu 2–1. Il-finali rat għat-tieni darba f'dik l-edizzjoni lill-Portugall jiltaqgħu mal-Greċja fejn għal darb'oħra, b'sorpiża, il-Griegi ħarġu rebbieħa. Minkejja li Ronaldo naqas li jżid maż-żewġ gowls li kien diġà skorja, il-prestazzjoni tiegħu tatu post fit-tim tat-turnew.[51] Ronaldo rrappreżenta lill-Portugall fl-Olimpjadi tas-sajf tal-2004.

Tazza tad-Dinja 2006[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo kien it-tieni l-aqwa skorer taż-żona Ewropea waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 b'7 gowls. Fil-fażi finali tal-kompetizzjoni, Rnaldo skorja l-ewwel gowl personali fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Iran minn penalty.[52] Fir-rawnd suċċessiv, fil-partita kontra Olanda, hu kellu jiġi sostitwit minħabba li weġġa' wara daħla minn Khalid Boulahrouz.[53] Però hu rritorna għall-konfront ta' wara kontra l-Ingilterra tal-1 ta' Lulju 2006, fejn din il-logħba kienet karraterizzata mill-karta ħamra murija lill-plejer Ingliż Wayne Rooney. L-istampa Ingliża ħarġet xniegħat li Ronaldo influwenza d-deċiżjoni tar-referi Horacio Elizondo bl-aġir aggressiv tiegħu, u wara deher jgħammeż lill-bankina Portugiża wara t-tkeċċija ta' Rooney. Wara l-partita, Ronaldo insista li Rooney kien ħabib u ma kienx qed jippersisti sabiex jiġi mkeċċi.[54] Fl-4 ta' Lulju, Elizondo iċċara li l-karta l-ħamra kienet minħabba l-infrazzjoni ta' Rooney u mhux minħabba l-frakass bejn Rooney u Ronaldo.[55]

Ir-reazzjoni irrabbjata min-naħa tal-istampa Ingliża wasslet lil Ronaldo biex jikkunsidra jekk jitlaqx lil United,[56] u allegatament qal lill-gazzetta sportiva Spanjola Marca li hu xtaq li jittrasferixxi lejn Real Madrid.[57] Bħala tweġiba għal din, Ferguson bagħat lill-assistent kowċ Portugiż Carlos Queiroz biex jitkellem ma' Ronaldo u jipperswadih biex ibiddel ħsiebu.[58] Ronaldo iddeċieda li jibqa', u iffirma estensjoni għal ħames snin mal-kuntratt li kellu f'April tal-2007.[59]

Matul is-semifinali tat-Tazza tad-Dinja kontra Franza Ronaldo kien ibbuwjat, u minħabba kampanja sħiħa negattiva ta' posta elettronika imnediha minn partitarji Ingliżi, Ronaldo tilef għal ftit milli jieħu l-unur bħala L-Aqwa Żagħżugħ tat-turnew.[60] Minkejja li l-votazzjoni li saret online affettwat biss il-proċess ta' nominazzjoni, il-Grupp ta' Studju Tekniku tal-FIFA tat l-unur lil Lukas Podolski, fejn stqarriet li l-imġieba ta' Ronaldo kienet fattur determinanti fid-deċiżjoni.[61]

Wara t-Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

Ġurnata wara għeluq it-tnejn u għoxrin sena, Ronaldo ġie mogħti l-faxxa ta' kaptan tat-tim Portugiż għall-ewwel darba f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Brażil li ntlagħbet fis-6 ta' Frar 2007. Ronaldo skorja tmien gowls f'isem il-Portugall fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008,[62] imma skorja biss wieħed matul it-turnew hekk kif il-Portugall sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali.

Statistika[immodifika | immodifika s-sors]

Statistika korretta sal-4 ta' Mejju 2013.

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn2 Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Sporting CP 2002–03 25 3 3 2 3 0 0 0 31 5
Total 25 3 3 2 3 0 0 0 31 5
Manchester United 2003–04 29 4 5 2 1 0 5 0 0 0 40 6
2004–05 33 5 7 4 2 0 8 0 0 0 50 9
2005–06 33 9 2 0 4 2 8 1 0 0 47 12
2006–07 34 17 7 3 1 0 11 3 0 0 53 23
2007–08 34 31 3 3 0 0 11 8 1 0 49 42
2008–09 33 18 2 1 4 2 12 4 2 1 53 26
Total 196 84 26 13 12 4 55 16 3 1 292 118
Real Madrid 2009–10 29 26 0 0 6 7 0 0 35 33
2010–11 34 40 8 7 12 6 54 53
2011–12 38 46 5 3 10 10 2 1 55 60
2012–13 32 33 6 6 12 12 2 2 52 53
Total 133 145 19 16 40 35 4 3 196 199
Total tal-karriera 354 232 48 31 12 4 98 51 7 4 519 322

1 Inklużi kompetizzjonijiet oħra bħas-Supertaça Cândido de Oliveira, l-FA Community Shield, is-Super Cup Ewropea, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, u s-Supercopa de España.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Ingilterra Manchester United

Spanja Real Madrid

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ BBC Sport (ed.). "Ronaldo tops PFA nominations list" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  2. ^ FourFourTwo (ed.). "Ronaldo named PFA's Player of the Year" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ FourFourTwo (ed.). "Ronaldo is writers' player of the year, too" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ Couzens, Gerard (22-04-2007). Sunday Mirror (ed.). "SECRET AGONY OF £31M RONALDO" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Guardian, ed. (08-06-2008). "He's got the world at his feet" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ about.com (ed.). "Profil ta' Ronaldo fuq about.com" (bl-Ingliż).
  7. ^ wldcup.com (ed.). "Profil ta' fuq world cup soccer" (bl-Ingliż).
  8. ^ Sky Sports (ed.). "Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  9. ^ The Sun, ed. (12-04-2007). "I never wanted the No7 shirt" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ inthenews.com (ed.). "Ronaldo lands back-to-back accolades" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  11. ^ BBC Sport (ed.). "Ronaldo wins monthly award again" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  12. ^ The Guardian, ed. (12-04-2007). "Real ready to offer £54m to secure Ronaldo" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ The Times, ed. (14-04-2007). "Ferguson lets rip at Madrid after Ronaldo signs £31m deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ BBC Sport, ed. (13-04-2007). "Ronaldo signs new deal at Man Utd" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. ^ BBC, ed. (22-04-2007). "Ronaldo secures PFA awards double" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. ^ Manchester United, ed. (15-08-2007). "Ronny fell into Pompey trap". News & Features (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  17. ^ BBC Sport, ed. (15-08-2007). "Ronaldo pledges to keep his cool" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ BBC Sport, ed. (27-11-2007). "Man Utd 2-1 Sporting Lisbon" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  19. ^ UEFA, ed. (02-12-2007). "Kaká's year capped by Ballon d'Or" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ bbc.co.uk, ed. (12-01-2008). "Man Utd 6-0 Newcastle" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  21. ^ bbc.co.uk, ed. (19-01-2008). "Man Utd 0-2 Reading" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ cnn.com, ed. (21-02-2008). "UEFA asked to probe Ronaldo laser incident" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  23. ^ Reuters UK, ed. (2008-03-20). "Lyon fined over Champions League laser incident" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna)
  24. ^ The Times, ed. (20-03-2008). "Cristiano Ronaldo revels in role of Captain Fantastic as United stretch lead". Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  25. ^ guardian.co.uk, ed. (01-04-2008). "Best's crown intact until Ronaldo cures his travel sickness" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  26. ^ European Sports Magazines, ed. (07-04-2008). "ESM Golden Shoe ranking" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  27. ^ UEFA Fans' Man of the Match - uefa.com
  28. ^ Sky Sports (ed.). "Ronaldo breaks silence" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  29. ^ L-Orizzont (ed.). "Man. Utd jirrapportaw lil Real Madrid lill-FIFA". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  30. ^ FourFourTwo, ed. (17-06-2008). "FIFA to take no action over Ronaldo complaint" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  31. ^ BBC, ed. (06-08-2008). "I will stay at Man Utd - Ronaldo" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  32. ^ BBC Sport, ed. (07-07-2008). "Ronaldo ankle surgery a 'success'" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  33. ^ UEFA.com (ed.). "Villarreal return to frustrate United" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna)
  34. ^ bbc.co.uk, ed. (15-11-2008). "Man Utd 5-0 Stoke" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  35. ^ MaltaRightNow, ed. (02-12-2008). "Cristiano Ronaldo jirbaħ il-Ballun tad-Deheb". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  36. ^ FIFA, ed. (18-12-2008). "Tazza tad-Dinja tal-Klabbs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  37. ^ Timesofmalta.com, ed. (08-01-09). "Ronaldo unhurt after car crash" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  38. ^ Timesofmalta.com, ed. (12-01-2009). "Cristiano Ronaldo is FIFA Player of the Year" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  39. ^ ManUtd.com, ed. (05-05-2009). "Arsenal 1 United 3 (aggregate 1-4)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  40. ^ BBC Sport, ed. (11-06-2009). "Man Utd accept £80m Ronaldo bid" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  41. ^ Real Madrid CF, ed. (26-06-2009). "Real Madrid and Manchester United seal the transfer of Cristiano Ronaldo". Real Madrid CF (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  42. ^ Diario Marca, ed. (26-06-2009). "Cristiano Ronaldo ya es Real" (bl-Ispanjol). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  43. ^ Real Madrid CF, ed. (04-07-2009). "Seen Around the World". realmadrid.com (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  44. ^ Real Madrid CF, ed. (06-07-2009). ""Cristiano to wear the number '9'"" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  45. ^ British Broadcasting Corporation, ed. (06-07-2009). "Ronaldo aims shot at English game". BBC Sport (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  46. ^ The Guardian, ed. (06-07-2009). "Cristiano Ronaldo welcomed by 80,000 fans at Real Madrid unveiling". The Guardian Sport (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  47. ^ BBC, ed. (29-08-2009). "Ronaldo in winning start for Real" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  48. ^ BBC, ed. (15-09-2009). "Tuesday's Champions League review" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  49. ^ RealMadrid.com, ed. (23-09-2009). "Cristiano makes Real Madrid history" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  50. ^ DailyMail, ed. (11-10-2009). "Portugal 3 Hungary 0: Queiroz's team keep hopes alive but lose injured Ronaldo" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  51. ^ 4thegame.com (ed.). "Profil ta' Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż).
  52. ^ fifa.com (ed.). "Portugall - Iran" (bl-Ingliż).
  53. ^ fifa.com (ed.). "Portugall - Olanda" (bl-Ingliż).
  54. ^ Tim Spanton (02-07-2006). The Sun (ed.). "Ronaldo: I never asked for Rooney red card" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  55. ^ "Ronaldo cleared over Rooney red card". Soccernet (bl-Ingliż). 04-07-2006. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  56. ^ BBC Sport, ed. (08-07-2006). "Ronaldo intends to leave Man Utd" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  57. ^ Reuters, ed. (28-06-2006). "Cristiano Ronaldo plans Real move" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  58. ^ "Ferguson sends Man Utd No2 Queiroz to Ronaldo meeting" (bl-Ingliż). TribalFootball. 11-07-2006. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  59. ^ "Ronaldo signs new deal at Man Utd". BBC Sport (bl-Ingliż).
  60. ^ BBC, ed. (06-07-2006). "Supporters 'hijack' Ronaldo vote" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  61. ^ BBC Sport, ed. (07-07-2006). "Podolski beats Ronaldo to award" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  62. ^ soccernet.com (ed.). "Top scorers for Euro 2008 European Qualifying campaign" (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]