George Best
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | George Best | ||
Twelid | 22 ta' Mejju 1946 Belfast | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Mewt | 25 ta' Novembru 2005 (59) Londra | ||
Rwol | Ġwejnħa | ||
Klabbs ġovanili | |||
1961–1963 | Manchester United | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1963–1974 | Manchester United | 361 | (137) |
1974 | → Jewish Guild (self) | 5 | (0) |
1974 | → Dunstable Town (self) | 0 | (0) |
1975 | Stockport County | 3 | (2) |
1975–1976 | Cork Celtic | 3 | (0) |
1976 | Los Angeles Aztecs | 23 | (15) |
1976–1978 | Fulham | 42 | (8) |
1977–1978 | Los Angeles Aztecs | 32 | (12) |
1978–1979 | Fort Lauderdale Strikers | 26 | (6) |
1979–1981 | Hibernian | 17 | (3) |
1980–1981 | San Jose Earthquakes | 56 | (28) |
1980–1981 | San Jose Earthquakes (indoor) | 16 | (25) |
1982 | Sea Bee | 2 | (0) |
1982 | Hong Kong Rangers | 1 | (0) |
1983 | Bournemouth | 5 | (0) |
1983 | Brisbane Lions | 2 | (0) |
1983 | Osborne Park Galeb | 1 | (1) |
1983 | Nuneaton Borough | ||
1984 | Tobermore United | 1 | (0) |
Total | 579 | (205) | |
Tim nazzjonali | |||
1964–1977 | Irlanda ta' Fuq | 37 | (9) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
George Best (Belfast, 22 ta' Mejju 1946 – Londra, 25 ta' Novembru 2005) kien plejer professjonali tal-futbol Nord-Irlandiż, magħruf l-aktar għas-snin li kien qatta' ma' Manchester United. Hu kien jilgħab bħala ġwejnħa fejn il-logħba tiegħu kienet tkun kombinazzjoni ta' veloċità, aċċelerazzjoni, bilanċ, l-abilità li jixxutja biż-żewġ saqajn, il-gowls li jiskorja u l-kapaċità li jaqbeż lid-difensuri.[1] Fl-1968, deskritta bħala l-aqwa sena li qatt kellu fil-karriera, hu rebaħ it-Tazza taċ-Ċampjins ma' Manchester Unied, u ġie nkurunat bħala l-Plejer Ewropew tas-Sena. Hu kien regulari mat-tim tal-Irlanda ta' Fuq, però fis-37 logħba li lagħab qatt ma rnexxielu jwassalhom sat-Tazza tad-Dinja.
Fl-1999 hu ġie ivvutat fil-ħdax-il post, wara Marco van Basten, fl-elezzjoni tal-Plejer Ewropew tas-Seklu skont l-IFFHS, u fis-sittax-il post, wara Lothar Matthäus, fl-elezzjoni tal-Plejer tas-Seklu.[2] Pelé, fl-2004, semmieh fil-lista personali tal-125 l-aqwa plejer ħajjin fil-FIFA 100 u Best ġie msemmi fid-dsatax-il post, wara Gerd Müller, fis-Sondaġġ tal-Ġublew tad-Deheb tal-UEFA. F'pajjiżu, l-ammirazzjoni lejn hi mqassra fil-frażi lokali li tgħid: "Maradona tajjeb; Pelé itjeb; George Best l-aqwa."[3]
Hu kien fost l-ewwel plejers ċelebrità, però l-istil ta' ħajja ekstravaganti li kien jgħix wassluh għal problemi mal-alkoħoliżmu li qattgħu bin-nofs il-karriera tiegħu, u eventwalment għall-mewt tiegħu f'Novembru tal-2005 fl-età ta' 59. Il-kawża ta' mewtu kienet infezzjoni fil-kliewi.
Is-snin tal-bidu[immodifika | immodifika s-sors]
George Best kien l-ewwel wild ta' Dicky Best (1920 - 2008) u Anne Withers (1923 - 1978), u trabba fi Cregagh, f'Belfast. Best kellu ħames aħwa, erba' tfajliet li kienu Carol, Barbara, Julie u Grace, u ħuħ l-ieħor kien Ian. Missier Best miet fis-16 ta' April 2008, waqt li ommu mietet fl-1978 kawża ta' marda relatata mal-alkoħoliżmu. Fl-età ta' 11-il sena, fl-1957, Best ingħata ċ-ċans li jattendi l-iskola akkademika ta' Grosvenor Grammar School, però minħabba li l-iskola kienet tagħti ċertu importanza lil-logħba tar-rugbi aktar mill-futbol, hu beda jattendi l-iskola ta' Lisnasharragh Secondary School, fejn ingħaqad ma' diversi ħbieb mill-iskola primarja u tatu ċ-ċans li jiffoka fuq il-futbol.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Manchester United (1963–1974)[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-età ta' ħmistax-il sena, Best kien skopert f'Belfast minn Bob Bishop li kien jaħdem f'isem il-klabb Ingliż ta' Manchester United, fejn it-telegramma li dan tal-aħħar bagħat lill-kowċ ta' United ta' dak iż-żmien Matt Busy kienet tgħid: "Naħseb li sibtlek ġenju."[4] Il-klabb lokali ta' Glentoran kien irrifjutawh qabel minħabba li kien wisq żgħir u debboli."[5] Best kien sussegwentament ingħata prova.
Id-debutt ta' Best ma' Manchester United wasal fl-14 ta' Settembru 1963, meta kellu 17-il sena, kontra West Bromwich Albion ġewwa Old Trafford fir-rebħa ta' 1–0. Ġimgħatejn wara Best skorja l-ewwel gowl tiegħu kontra Burnley. Sa tmiem l-istaġun Best kien skorja sitt gowls, hekk kif Manchester United spiċċaw it-tieni wara ċ-ċampjins Liverpool.
Fit-tieni staġun tiegħu, Best u Manchester United kisbu t-titlu nazzjonali. Best spiċċa qalb il-fomm ta' ħafna nies, meta fl-età ta' għoxrin sena skorja żewġ gowls fil-kwarti tal-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra Benfica fl-1996, u fost l-istampa kien imlaqqam bħala "O Quinto Beatle" (Il-Ħames Beatle").
It-talent li kien iħaddan Best wassluh biex ikun favorit qalb il-folla u mal-istampa. Hu kien imlaqqam bħala "il-ħames Beatle" minħabba x-xagħar twil li kellu, l-isbuħija estetika u l-ħajja ekstravaganti ta' ċelebrità. Laqmijiet oħra jinkludu "Belfast Boy" u ħafna drabi kien riferut bħala Georgie, jew Geordie f'Belfast.[6]
L-istaġun 1966–67 kien staġun ieħor ta' suċċess għal Manchester United hekk kif reġgħu kisbu t-titlu b'distakk ta' erba' punti. L-istaġun segwenti Best sar rebbieħ tat-Tazza taċ-Ċampjins wara li skorja fil-finali kontra Benfica. United rebħu 4–1 u Best kien aktar tard inkurunat bħala l-Plejer Ewropew tas-Sena u l-Plejer tas-Sena tal-Assoċjazzjoni Kittieba. Minn dakinhar, però, bdiet in-niżla tiegħu.
Best fetaħ żewġ diskoteki f'Manchester lejn l-aħħar tas-snin sittin, u anki kellu f'idejh ħwienet tal-ħwejjeġ. Madanakollu, bdew il-problemi tal-logħob tal-azzard, tal-alkoħol u beda jiġġera ma' diversi nisa.
Best lagħab ma' United meta n-numri tal-flokkijiet kienu jingħataw skont liema pożizzjoni tilgħab, bil-mod tradizzjonali Ingliż, u mhux skont liema numru jrid il-plejer. Meta Best kien jilgħab fuq il-ġwejnħa l-leminija, bħalma kien jagħmel lejn l-aħħar fażijiet tal-1966 u tat-Tazza taċ-Ċampjins 1968, hu kien jilgħab bin-numru 7. Bħala ġwejnħa xellugija, fejn lagħab esklussivament fl-istaġun debuttanti tiegħu u kważi l-istaġun 1971–72 kollu, kellu l-flokk numru 11. Best lagħab ukoll bin-numru 8 darba fis-snin sittin u f'aktar minn nofs tal-partiti matul l-1970–71; hu libes ukoll il-flokk numru 10 fl-1972, imma rritorna bin-numru 11 għall-ħarifa tal-1973. Best lagħab darba anki bin-numru 9, b'Bobby Charlton imweġġa', fit-22 ta' Marzu 1969, f'Old Trafford, fejn skorja l-uniku gowl fit-telfa ta' 1–0 kontra Sheffield Sheffield Wednesday.[7].
Fl-1974, fl-età ta' 27 sena, Best għalaq il-kapitlu mat-tim ta' United. L-aħħar logħba kompetittiva mal-klabb kienet fl-1 ta' Jannar 1974, f'Loftus Road kontra Queens Park Rangers. Best, għamel total ta' 470 dehra għal Manchester United fil-kompetizzjonijiet kollha bejn l-1963 u l-1974, u skorja 174 gowls (fosthom sitt gowls f'logħba waħda kontra t-tim mir-raba' diviżjoni Northampton Town). Hu kien l-aqwa skorer tal-klabb għal sitt staġuni konsekuttivi, u kien l-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni fl-1967–68. Fis-snin segwenti hu kompla sejjer għan-niżla, fejn ittrasferixxa ma' diversi klabb, fosthom avventuri fl-Irlanda, l-Amerika, l-Iskozja u fl-Awstralja.
Fulham FC (1976–1977)[immodifika | immodifika s-sors]
Best tejjeb il-forma tiegħu mal-wasla mal-klabb ta' Fulham għall-istaġun 1976–77, fejn minkejja li kien qrib it-tletin, żamm xorta l-kapaċitajiet li kellu fl-aqwa żmenijiet tiegħu. Best, aktar tard f'ħajtu stqarr li ż-żmien li qatta' mal-Cottagers kien sodisfaċenti, minkejja li ma rebaħ l-ebda unur.
Stati Uniti (1976–1981)[immodifika | immodifika s-sors]
Best lagħab għal tliet klabb fl-Istati Uniti: Los Angeles Aztecs, Fort Lauderdale Strikers u San Jose Earthquakes; hu wkoll lagħab ma' Detroit Express f'numru ta' partiti li għamlu fl-Ewropa. Hu kien suċċess fil-grawnd, fejn irnexxielu jiskorja 15-il gowl f'24 logħba fl-ewwel staġun mal-Aztecs u ġie msemmi bħala l-aqwa midfilder tal-NASL fit-tieni staġun tiegħu.[8]
Fit-tieni staġun fl-Istati Uniti, Best skorja darba biss fi tnax-il logħba. It-trasferimenti mat-timijiet ta' Fort Lauderdale u San Jose kienu diżappuntanti, hekk kif il-vizzji barra mill-grawnd reġgħu ħadu kontroll ta' ħajtu. Wara li naqas li jaqbel it-termini mal-Bolton Wanderers fl-1981, hu kien mistieden fil-Ġappun fejn lagħab tliet partiti għal żewġ timijiet fl-Ewwel Diviżjoni tal-Ħong Kong fl-1982.[9]
Bournemouth (1982–1983)[immodifika | immodifika s-sors]
Lejn tmiem l-1982, il-kowċ ta' Bournemouth Don Megson iffirma lil Best li issa kien jgħodd mas-36 sena, fejn dan tal-aħħar baqa mal-klabb tat-Tielet Diviżjoni, meta finalment irtira mill-futbol fl-età ta' 37 sena.
Partita ta' testimonjanza (1988)[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-1988, partita testimonjali nżamment għal Best f'Windsor Park. Fost il-folla kien hemm Sir Matt Busby u Bob Bishop, il-persuna li skopra lil Best, waqt li dawk li lagħbu kienu jinkludu lil Ossie Ardiles, Pat Jennings u Liam Brady. Best skorja darbtejn, wieħed minn barra l-kaxxa, u l-ieħor minn penalty.
Karriera internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Hu lagħab 37 darba għat-tim nazzjonali Nord-Irlandiż, fejn skorja disa' gowls. Mid-disa' gowls li skorja mat-tim nazzjonali, erbgħa waslu kontra Ċipru u wieħed kull wiħed kontra l-Albanija, l-Ingilterra, l-Iskozja, it-Turkija u l-Iżvizzera.
Fil-15 ta' Mejju 1971, Best skorja possibilment l-iktar "gowl" famuż tal-karriera tiegħu ġewwa Windsor Park f'Belfast kontra l-Ingilterra. Hekk kif Gordon Banks, il-gowler tal-Ingilterra, kien qed jipprepara biex itella' l-ballun minn ġol-kaxxa tiegħu, Best irnexxielu li jilħaq il-ballun l-ewwel x'ħin Banks kien se jixxutja, u l-ballun qabeż fuq it-tnejn li huma b'Best javvanza u bir-ras jiskorja f'lasta vojta. Dan il-gowl ma kienx konvalidat minħabba kondotta skoretta.
Best kompla jintgħażel mat-tim nazzjonali matul is-snin sebgħin, minkejja l-problemi kontinwi ġewwa u barra l-grawnd. Minkejja dan, xorta baqa' juri l-ġenju naturali li kien iħaddan. Fl-1976, l-Irlanda ta' Fuq spiċċaw kontra l-Olanda f'Rotterdam bħala waħda mill-partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1978. L-Olanda – f'nofs triq lejn dehriet suċċessivi fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja – u b'Johann Cruyff fl-aqwa forma f'dak il-mument; ħames minuti fil-partita Best irċieva ballun fuq ix-xellug. Minflok ma avvanza lejn il-lasta hu baqa' fuq il-faxxa fejn għeleb lil tliet Olandiżi qabel ma quddiemu sab lil Cruyff. Best mexxa l-ballun lejn l-avversarju u għadda l-ballun minn bejn saqajn Cruyff - b'hekk Best kien għeleb diskutibilment l-aqwa plejer fid-dinja f'dik l-epoka.[10]
Għat-Tazza tad-Dinja 1982, il-kowċ tat-tim nazzjonali Billy Bingham kien ikkunsidra l-għażla ta' Best, però fl-età ta' 36 sena bit-talent li kien iħaddan imtappan bl-età u bix-xorb, hu ma ntgħażilx mat-tim Nord-Irlandiż.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- L-Ewwel Diviżjoni: 1965, 1967
- Tazza taċ-Ċampjins: 1968
Individwali[immodifika | immodifika s-sors]
- Plejer Ewropew tas-Sena: 1968
- Plejer tas-Sena tal-FWA: 1968
Statistika tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Prestazzjoni mal-klabb | Kampjonat | Tazza | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Staġun | Klabb | Kampjont | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls |
Ingilterra | Kampjonat | FA Cup | Total | |||||
1963–64 | Manchester United | L-Ewwel Diviżjoni | 17 | 4 | ||||
1964–65 | 41 | 10 | ||||||
1965–66 | 31 | 9 | ||||||
1966–67 | 42 | 10 | ||||||
1967–68 | 41 | 28 | ||||||
1968–69 | 41 | 19 | ||||||
1969–70 | 37 | 15 | ||||||
1970–71 | 40 | 18 | ||||||
1971–72 | 40 | 18 | ||||||
1972–73 | 19 | 10 | ||||||
1973–74 | 12 | 2 | ||||||
1974–75 | Dunstable Town | 5 | 0 | |||||
1975–76 | Stockport County | L-Ewwel Diviżjoni | 3 | 2 | ||||
Repubblika tal-Irlanda | Kampjonat | Tazza tal-Irlanda | Total | |||||
1975–76 | Cork Celtic | L-Ewwel Diviżjoni | 3 | 0 | ||||
Stati Uniti | Kampjonat | Lamar Hunt U.S. Open Cup | Total | |||||
1976 | Los Angeles Aztecs | NASL | 23 | 15 | ||||
Ingilterra | Kampjonat | FA Cup | Total | |||||
1976–77 | Fulham | It-Tieni Diviżjoni | 32 | 6 | ||||
1977–78 | 10 | 2 | ||||||
Stati Uniti | Kampjonat | Lamar Hunt U.S. Open Cup | Total | |||||
1977 | Los Angeles Aztecs | NASL | 20 | 11 | ||||
1978 | 12 | 1 | ||||||
1978 | Fort Lauderdale Strikers | NASL | 9 | 4 | ||||
1979 | 19 | 2 | ||||||
Skozja | Kampjonat | Tazza tal-Iskozja | Total | |||||
1979–80 | Hibernian | L-Ewwel Diviżjoni | 13 | 3 | ||||
1980–81 | L-Ewwel Diviżjoni | 4 | 0 | |||||
Stati Uniti | Kampjonat | Lamar Hunt U.S. Open Cup | Total | |||||
1980 | San Jose Earthquakes | NASL | 26 | 8 | ||||
1981 | 30 | 13 | ||||||
Ingilterra | Kampjonat | FA Cup | Total | |||||
1982–83 | Bournemouth | It-Tielet Diviżjoni | 5 | 0 | ||||
Awstralja | Kampjonat | FA Cup | Total | |||||
1983 | Brisbane Lions | National Soccer League | 4 | 0 | ||||
Total | Ingilterra | 416 | 147 | |||||
Irlanda | 3 | 0 | ||||||
Stati Uniti | 139 | 54 | ||||||
Skozja | 17 | 3 | ||||||
Awstralja | 4 | 0 | ||||||
Total fil-karriera | 579 | 204 |
Il-mard u l-mewt[immodifika | immodifika s-sors]
Best kompla jixrob, u xi drabi kien ikun fil-pub lokali f'Surbiton, Surrey. Fit-3 ta' Ottubru 2005, Best ġie ammess fl-isptar privat Cromwell Hospital għal kura intensiva, wara li kien qed isofri minn infezzjoni fil-kliewi kkważati mill-effetti ta' drogi wżati biex jipprevjenu lil ġismu milli jirrifjuta t-trapjant tal-fwied. Fis-27 ta' Ottubru, xi gazzetti stqarrew li Best kien qrib il-mewt tiegħu, u bagħtu messaġġi ta' kondoljanza lejn il-qraba tiegħu. Il-kundizzjonijiet ta' Best tjiebu għall-bidu, però reġgħu ddeterjoraw f'Novembru. Fl-20 ta' Novembru, it-tablojd Brittaniku News of the World ippubblika stampa ta' Best li kienet rikjesta personali tiegħu, fejn turi lilu fis-sodda tal-isptar, flimkien ma' dak li kien irrapurtat bħala l-aħħar messaġġ: "Tmutux bħali". Dan il-messaġġ deher bħala messaġġ ta' twissija biex oħrajn ma jirriskjawx li jsofru destin simili b'riżultat tal-alkoħoliżmu.
Fis-sigħat bikrin tal-25 ta' Novembru 2005 it-trattament ġie mwaqqaf; eventwalment hu miet, fl-età ta' 59 sena, wara battalja li damet aktar milli t-tobba kienu qed jistennew, fis-13:06 GMT ta' dik l-istess ġurnata riżultat ta' infezzjoni fil-pulmun u fallimenti multipli fl-organi.[11][12]
Il-Premier League ħabbar li qabel kull partita ta' tmiem il-ġimgħa skedati fil-Premiership se tiġi miżmuma minuta ta' silenzju bħala tifkira għal mewt ta' Best; f'ħafna mill-istadji, din il-minuta ta' silenzju minflok serviet bħala minuta ta' applawż f'unur tiegħu. L-ewwel partita f'Old Trafford wara l-mewt ta' Best kienet partita mil-League Cup kontra West Bromwich Albion, li kien ukoll l-istess klab li miegħu għamel id-debutt bil-flokk ta' United lura fl-1963. Din il-partita, mirbuħa minn United, kienet preċeduta minn tributi minn sieħbu li kien miegħu fl-iskwadra, Sir Bobby Charlton. It-tifel ta' Best Calum, flimkien ma' sħabu veterani tal-iskwadra, u membri li baqgħu ħajjin mit-tim ta' West Bromwich Albon kontra liema lagħab fid-debutt tiegħu, ilkoll ingħaqdu flimkien mal-iskwadra kurrenti ta' United fuq il-grawnd għal minuta ta' silenzju, fejn matulha l-benjamini żammew fil-għoli ritratti ta' Best, li ngħataw qabel il-partita.
Il-funeral[immodifika | immodifika s-sors]
Il-ġisem ħalla l-familja fi Cregagh Road, Belfast, ftit wara l-għaxra ta' filgħodu tas-Sibt, 3 ta' Diċembru 2005. Il-purċissjoni tal-funerali mxiet id-distanza qasira lejn il-Parlament Nord-Irlandiż, magħruf bħala Stormont. Din kienet segwita minn madwar 100,000 persuna li riedu jagħtu l-aħħar tislima lil wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja u wieħed mill-aktar nies famużi tal-Irlanda ta' Fuq. Il-funeral kien imxandar fuq diversi stazzjonijiet televiżivi. Best ġie midfun ħdejn ommu Annie Elizabeth Kelly f'ċerimonja privata fil-quċċata ta' Ċimiterju Roselawn.
Tifkiriet[immodifika | immodifika s-sors]
L-Ajruport ta' Belfast City biddel ismu għal George Best Belfast City Airport għall-memorja ta' Best.[13][14] L-isem il-ġdid ġie mikxuf uffiċjalment nhar it-22 ta' Mejju 2006, li kieku kien ikun għeluq is-sittin sena ta' Best, u dan sar fil-preżenza tal-familja u l-ħbieb tal-istess Best ġewwa l-ajruport.
L-opinjoni pubblika fl-Irlanda ta' Fuq fuq it-tibdil fl-isem kienet waħda maqsuma, b'sondaġġ minnhom juri biss 52% favur u 48% kontra.[15][16] Il-kap deputat tal-Partit Unjonista Demokratiku (DUP) u membru parlamentari ta' Belfast tal-Lvant, Peter Robinson, liema ajruport ta' Belfast City jinsab fil-konstitwenza tiegħu, stqarr li l-preferenza tiegħu kienet li grawnd sportiv jissemma f'isem Best.[17] Il-ġest li sar iġġenera kummenti negattivi fi ħdan l-Irlanda ta' Fuq.[18]
F'Marzu tal-2006, il-kumpanija tal-ajru Flybe, semmiet lil ajruplan Dash 8 (Q400) bħala The George Best. Dan l-ajurplan wara kellu jservi biex iwassal lill-familja ta' Best għall-partita ta' testimonjanza li saret f'Manchester f'ġieħ Best.[19]
F'Ġunju tal-2006, Sarah Fabergé, il-proneputija tal-ġojjellier Russu Carl Fabergé ġiet kummissjonata biex toħloq il-Bajda ta' George Best, bħala tifkira. Edizzjoni limitata ta' 68 bajda ġew prodotti, bil-profitti tal-bejgħ tagħhom immorru għall-Fondazzjoni George Best. L-ewwel bajda mill-kollezzjoni hi preżenti fuq bażi permanenti għall-viżwal tal-pubbliku fl-Ajruport George Best.
Għall-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħy, l-Ulster Bank ħareġ miljun karta tal-ħames liri.[20] Dawn il-karti spiċċaw jinbiegħu f'ħamest ijiem. Il-karti li nbiegħu fuq is-sit elettroniku tal-irkant online eBay, spiċċaw jinbiegħu għal £30.[21]
Pjanijiet kurrenti għal stadju nazzjonali ġdid għall-Irlanda ta' Fuq qrib Lisburn jinkludi proposta ta' statwa ta' Best bħala wieħed minn fost l-eroj sportivi tal-pajjiż. Dawn l-istatwi se jdawru l-arena sportiva prinċipali u Best se jingħaqad flimkien mal-istatwa tal-plejer tar-rugbi Willie John McBride, il-plejer tal-Assoċjazzjoni Atletika Gallika Cormac McAnallen, ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi Mary Peters, ir-rebbieħ tal-Grand National Richard Dunwoody, is-sewwieq tal-Grand Prix Eddie Irvine, iċ-ċampjin mondjali tal-motoċikliżmu Joey Dunlop, u ċ-ċampjin mondjali tal-isnuker Alex Higgins.
F'Diċembru tal-2006, il-George Best Memorial Trust ħabbret maratona ta' ġbir ta' fondi ta' £200,000 biex iħallsu għal skultura tal-bronż daqs ta' bniedem ta' George Best. Sal-2008 kien għad ma nġabarax il-flus sakemm żviluppatur lokali, Doug Elliott, ħabbar fid-29 ta' Jannar 2008, li hu kien se jħallas il-kumplament tal-flus u r-realizzazzjoni tal-proġett.[22]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ independent.co.uk, ed. (26-11-2005). "George Best was reliable only when there was a football at his feet" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ RSSSF (ed.). "IFFHS' Century Elections" (bl-Ingliż).
- ^ BBC News Northern Ireland, ed. (03-12-2005). "A city mourns for the Belfast boy" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Talk Football (ed.). "George Best" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ Tiscali News, ed. (25-11-2005). "Best too small and light for local club as teen" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Daily Telegraph, ed. (28-11-2005). "Too many knew only the tabloid Best" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ PLAYERS MATCH BY MATCH - GEORGE BEST
- ^ Yanks Abroad, ed. (26-11-2005). "Best's American Years" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ George Best in Hong Kong (vidjo)
- ^ "Belfast boy in a life less ordinary" (bl-Ingliż). 20-11-2005. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ BBC News, ed. (25-11-2005). "George Best very close to death" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ "Football legend George Best dies" (bl-Ingliż). 25-11-2005. Parametru mhux magħruf
|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Ajruport ta' Belfast City Airport, ed. (21-03-2006). "Belfast City Airport to be renamed in honour of George Best" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ BBC News, ed. (22-05-2006). "Best family proud of airport name" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ The Scotsman, ed. (22-03-2006). "'George Best Airport' splits city" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|l-aħħar=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-ewwel=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ belfast-airport.info, ed. (22-03-2006). "Best family hits out at Belfast Airport renaming opposition" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ uk-airport-news.info, ed. (27-11-2005). "Ex-Mayor in Belfast City Airport Best tribute call" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ The Guardian, ed. (14-07-2006). "To become George Best airport is a humiliation worthy of North Korea" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|l-aħħar=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-ewwel=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Flybe.com, ed. (15-03-2006). "Flybe pays tribute to George Best!" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ "Bank note honour for George Best" (bl-Ingliż). 26-10-2006. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Best note prompts auction fever" (bl-Ingliż). 01-12-2006. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Best memorial plan rescued by fan". The Belfast Telegraph. 29-01-2008. p. 3. Parametru mhux magħruf
|l-aħħar=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|l-ewwel=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': George Best |
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': George Best |
- Il-Fondazzjoni George Best
- Statistika fuq George Best
- Profil ta' George Best – ġenju ta' veru
- Profil fuq CultureNorthernIreland.org
- Kien George Best l-Aqwa?
- United fi swied ta' qalb għal eroj traġiku
- Il-leġġenda tal-futbol George Best imut
Unuri u rikonoxximenti | ||
---|---|---|
Predeċessur Florian Albert |
Plejer Ewropew tas-Sena 1968 |
Suċċessur |
Predeċessur Jack Charlton |
Plejer tas-Sena tal-FWA 1968 |
Suċċessur |
Predeċessur Ron Davies |
L-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni 1967–68 (maqsum ma' Ron Davies) |
Suċċessur |