Wikikwota

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wikimedia Commons
Logo ta' Wikimedia Commons
Screenshot ta' Wikimedia Commons
URL www.wikiquote.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Repożitorju ta' kwotazzjonijiet
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli Multingwali
Proprjetarju Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn Jimmy Wales u l-komunità Wikimedia
Pożizzjoni fuq Alexa 2750
Stat attwali Attiva

Il-Wikikwota huwa proġett ibbażat fuq wiki li hu mmexxi mill-Fondazzjoni Wikimedia, li jaħdem fuq is-softwer MediaWiki. Ibbażat fuq l-idea ta' Daniel Alston u mplimentat minn Brion Vibber, l-għan ta' dan il-proġett hu li jipproduċi kollaboritivament referenza vasta ta' kwotazzjonijiet minn nies popolari, kotba u proverbji, u jagħti dettalji fuqhom. Minkejja li hawn diversi kollezzjonijiet ta' kwotazzjonijiet fuq l-internet, Wikikwota huwa differenti mill-oħrajn minħabba li jagħti l-opportunità biex il-viżitaturi jikkontribbwixxu.[1] Inizzjalment il-proġett beda bl-Ingliż, imma fl-Lulju tal-2004, lingwa ġodda ġew introdotti.

Kronoloġija tal-istorja[editja]

It-tkabbir esperjenzat mit-tmien l-ikbar Wikikwoti.
Data Avveniment
27 ta' Ġunju, 2003 Temporanjament tpoġġiet fuq il-verżjoni Wolof tal-Wikipedija (wo.wikipedia.com).
10 ta' Ġunju, 2003 Ġiet attivat sottodominju ġdid (quote.wikipedia.org).
25 ta' Awwissu, 2003 Attivat dominju ġdid (wikiquote.org).
17 ta' Lulju, 2004 Lingwi ġodda ġew miżjuda.
13 ta' Novembru, 2004 L-edizzjoni Ingliża tilħaq l-2,000 artiklu.
Novembru 2004 Tilħaq 24 lingwa.
Marzu 2005 Tilħaq total ta' 10,000 paġna. L-edizzjoni Ingliża toqrob lejn it-3,000 paġna.
Ġunju 2005 Tilħaq 34 lingwa, li tinkludi waħda klassika (il-Latin) u waħda artifiċjali (l-Esperanto).
4 ta' Novembru, 2005 Il-Wikikwota Ingliża tilħaq il-5,000 paġna.
April 2006 Il-Wikikwota Franċiża tingħalaq minħabba raġunijiet legali.
4 ta' Diċembru, 2006 Il-Wikikwota Franċiża terġa' tingħata bidu.
7 ta' Mejju, 2007 Il-Wikikwota Ingliża tilħaq l-10,000 paġna.
Lulju 2007 Tilħaq 40 lingwa.


Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Gemma DeVinney, Wikiquote: Another source for quotes on the Web, 18-01-2007.

Ħoloq esterni[editja]