Fondazzjoni Wikimedia
Il-Fondazzjoni Wikimedia hi organizzazzjoni bla profitt ibbażata f'San Francisco, California, fl-Istati Uniti. Hi topera diversi proġetti kollaborattivi li jinkludu l-Wikipedija, il-Wikizzjunarju, Wikidata, il-Wikikwota, il-Wikitbiet (li jinkludi l-Wikijunior), il-Wikisors, il-Wikimedia Commons, il-Wikispeċi, il-Wikibarijiet, il-Wikiversità, il-Wikimedia Incubator, il-Meta-Wiki, u l-MediaWiki.
Il-ħolqien tagħha ġie imħabbar mill-fundatur tal-Wikipedija, Jimmy Wales, li kien qed iħaddem il-Wikipedija fil-kumpanija tiegħu Bomis fl-20 ta' Ġunju, 2003.
Objettivi
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fondazzjoni Wikimedia tiddikjara li l-għanijiet tagħha huma li tipprovdi enċiklopedija ta' informazzjoni li tkun bl-eżatt u korretta lil kull persuna fuq din il-pjaneta.[1] L-irwol tagħha hu li tiżviluppa u żżomm kontenut miftuħ, proġetti bbażati fuq sistemà ta' wiki u tipprovdi dan il-kontenut b'xejn mingħajr ebda ħlas.[2]
Flimkien mal-enċiklopedija multilingwali tal-Wikipedija, il-Fondazzjoni żżomm ukoll dizzjunarju u teżawru taħt l-isem tal-Wikizzjunarju, enċiklopedija bi kwotazzjonijiet imsemmiha Wikiquote, repożitorju ta' kitbiet minn sorsi ta' lingwi diversi fuq Wikisource, u kollezzjoni ta' kotba ta' testi u manwali għall-istudenti fuq Wikibooks. Wikijunior huwa sotto-proġett ta' Wikibooks li jispeċċalizza fuq kotba għat-tfal.
Operazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kobor kontinwu ta' kull proġett tal-Wikimedia hu dipendenti mid-donazzjonijiet, imma l-Fondazzjoni Wikimedia tkabbar id-dħul tagħha permezz ta' mezzi alternativi ta' fondi bħal sponsorizzazzjoni, servizzi u fonti oħra.
Proġetti
[immodifika | immodifika s-sors]Isem | Deskrizzjoni |
---|---|
Wikipedija | Enċiklopedija b'aktar minn 10 miljun artiklu b'264 lingwa. |
Wikimedia Commons | Arkivju ta' kontenut ta' immaġini, ħsejjes u filmati b'iktar minn 3,000,000 fajl. |
Wikibooks | Kollezzjoni ta' kotba bit-testi u materjal edukattiv. |
Wikizzjunarju | Dizzjunarju li jikkatolaga s-sinjifikati, sinonimi, etimoloġiji u traduzzjonijiet. |
Wikinews | Sors ta' aħbarijiet li jikkonsisti minn rapporti ta' ġurnalisti ċittadini minn pajjiżi differenti. |
Wikisource | Proġett biex jipprovdi u jittraduċi dokumenti minn sorsi, bħal testi pubbliċi. |
Wikiquote | Kollezzjoni ta' ċcitazzjonijiet minn persunaġġi ċelebri, kotba, films u oħrajn. |
Wikispecies | Indiċi ta' dati fuq speċi ta' annimali, pjanti, fungi u formi oħra ta' ħajja. |
Wikiversità | Korsijiet, materjali għall-korsijiet u testi. |
Wikimedia Incubator | Użat biex jittestja proġetti ġodda li possibilment joperaw mill-Wikimedia u lingwi ġodda għall-proġetti. |
Wikimania
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikimania.
Il-Wikimedia kull sena torganizza l-Wikimania (Paġna tal-informazzjoni fuq Meta-Wiki], konferenza għal utenti tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia. Din kienet organizzata għall-ewwel darba fi Frankfurt (Ġermanja), fl-2005.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Bylaws - Wikimedia Foundation Governance Wiki". foundation.wikimedia.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
- ^ "Wikimedia Foundation Mission" (bl-Ingliż). 2018-05-31. Miġbur 2021-03-23.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati ma': Category:Wikimedia |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Fondazzjoni Wikimedia |
- Sit uffiċjali tal-Fondazzjoni Wikimedia
- Blogg tal-Fondazzjoni Wikimedia
- Il-messaġġ ta' Sheldon Rampton fuq WikiEN-l
- Rekord pubbliku għall-Fondazzjoni Wikimedia mis-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-istat ta' Florida