Wikisors

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wikisors
Logo ta' Wikimedia Commons
Screenshot ta' Wikimedia Commons
URL www.wikisource.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Librerija ta' testi
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli Multingwali
Proprjetarju Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn Komunità Wikimedia
Pożizzjoni fuq Alexa 4191
Stat attwali Attiva

Il-Wikisors huwa proġett operat mill-Fondazzjoni Wikimedia li fih jipprovdi kontenut b'xejn ta' sorsi testwali, flimkien mat-tifsiriet b'lingwi differenti u materjal ieħor.

Storja[editja]

Il-Wikisource beda eżattament bejn l-2003 u l-2005 fejn f'dan iż-żmien il-lokazzjoni ta' dan il-proġett fuq l-internet (URL) kif ukoll ismu tbiddlu diversi drabi.

Dan il-wiki kien l-ewwel imsemmi Project Sourceberg matul il-perjodu tat-tfassil tiegħu (logħob ta' kliem għal Project Gutenberg). Dan beda l-attività tiegħu f'lokazzjoni żbaljata, meta t-testi kienu ntefgħu fuq ps.wikipedia.org. Il-kontributuri ħasbu li "PS" ifissru "primary sources" (sorsi primarji) jew Project Sourceberg, u bi żball ħadu post tas-sotto-dominju tal-lingwa Pashtu tal-Wikipedija.

Project Sourceberg beda uffiċċjalment meta rċieva l-lokazzjoni tiegħu fuq l-internet fl-24 ta' Novembru, 2003 (http://sources.wikipedia.org); kull testi u diskussjonijiet mxew fil-lokazzjoni l-ġdida. Fis-6 ta' Diċembru, 2003, ismu nbidel għal Wikisource. Minkejja t-tibdil fl-isem, il-proġett dam sat-23 ta' Lulju, 2004, qabel ma mexa fuq il-lokazzjoni permanenti (fuq http://wikisource.org).

F'ġimgħatejn mill-bidu tal-proġett (fuq sources.wikipedia.org), 'il fuq minn 1000 paġna ġew ikkrejati, b'madwar 200 minnhom iddisinjati bħala artikli taħt forma tajba. Fl-4 ta' Jannar, 2004, Wikisource laqa' l-100 utent reġistrat. Fil-bidu ta' Lulju 2004, in-numru ta' artikli qabżu l-2400, u aktar minn 500 utent irreġistraw.

Fit-30 ta' April, 2005, kien hemm 2667 utent reġistrati (inklużi 18-il amministratur) u madwar 19,000 artiklu. Il-proġett qabeż is-96,000 editjar f'dik il-ġurnata.

Logo u slogan[editja]

Il-logo oriġinali tal-Wikisource

Sa meta l-Wikisource kienet inizzjalment imsemmija "Project Sourceberg", f'logħob ta' kliem għall-kliem Project Gutenberg, l-ewwel logo kienet stampa ta' iceberg. Żewġ voti li saru biex jintgħażel is-suċċessur ma' ġabu l-ebda konklużjoni, u l-logo oriġinali baqa' sa l-2006. Finalment, minħabba kemm problemi tekniċi u anki legali - minħabba li l-liċenzja ta' l-istampa ma kinitx tajba għal logo tal-Fondazzjoni Wikimedia u anki minħabba li r-ritratt ma jistax jitqassar u jitkabbar sewwa - stil ta' logo ta' l-iceberg, inspirata mill-istampa oriġinali kienet ġiet mandata biex isservi bħala l-logo tal-proġett.

L-ewwel użu prominenti ta' l-islogan tal-Wikisource - The Free Library (Il-Librerija b'Xejn) - kienet fil-portal multilingwali tal-proġett, meta kienet ġiet ridiżinjata bbażata skond il-portal tal-Wikipedija fis-27 ta' Awwissu, 2005 (verżjoni storikali). Bħall-portal tal-Wikipedija, is-slogan tal-Wikisource jidher madwar il-logo ta' l-akbar għaxar lingwi tal-proġett.

Kontenut[editja]

Il-Wikisource jiġbor u jistorja taħt format diġitali testi ppublikati qabel; inklużi n-novelli, xogħol ta' stejjer vera, ittri, taħdidiet, dokumenti kostituzzjonali u storiċi, liġijiet u varjeta ta' dokumenti oħra. Kull test miġbur huwa jew liberu mill-copyright jew maħruġ taħt il-GNU Free Documentation License. Testi f'lingwi oħra huma aċċettati, kif ukoll it-translazzjonijiet.

Ħoloq esterni[editja]