Ballun tad-Deheb
Il-Ballun tad-Deheb (bil-Franċiż: Ballon d'Or) hu unur tal-futbol li beda jingħata mill-1956 mir-rivista Franċiża France Football. Il-"Ballon d'Or", li hu mogħti kull sena lil dak il-plejer li matul l-istaġun preċedenti jkun wettaq prestazzjonijiet mill-aqwa, hu mħares bħala l-aktar unur individwali prestiġjuż tal-futbol.[1][2]
Qabel l-2007, il-plejer kellu jkun membru ta' klabb ibbażat fil-ġurisdizzjoni tal-UEFA biex ikun jista' jikkwalifika għas-selezzjoni, u sal-1995, plejer kellu jkun ukoll ta' nazzjonalità Ewropea biex ikun eleġibbli. It-tibdil fir-regolamenti fl-2007 ra plejers mill-Qatar, l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Brażil u l-Arġentina msemmiha fil-lista tan-nominati flimkien ma' dawk minn klabbs Ewropej.[3]
Sa Ottubru tal-2007, 96 ġurnalist tal-futbol minn madwar id-dinja iddeċidew ir-rebbieħ minn lista ta' 50 nominati minn France Football; qabel din 52 ġurnalist Ewropew għażlu rebbieħ li ried jilgħab għal klabb Ewropew. Kull votant jagħżel ħames plejers mil-lista tal-50 nominat, u jagħtuhom minn wieħed sa ħames punti. Ir-rebbieħ ikun determinat bin-numru totali ta' punti. Plejers li jispiċċaw fit-tieni u fit-tielet post fil-votazzjoni jingħataw medalji tal-fidda u tal-bronż.[3]
Fl-2010, il-Ballun tad-Deheb u l-Plejer tas-Sena tal-FIFA ġew imwaħħdin ma' xulxin u l-unur għall-aqwa plejer fid-dinja beda jingħata taħt il-Ballun tad-Deheb tal-FIFA.
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]Tliet plejers biss irnexxielhom jirbħu dan l-unur tliet darbiet, fejn dawn kienu Johan Cruyff, Marco van Basten u Michel Platini, waqt li ħames plejers rebħuh darbtejn. Johan Cruyff u Franz Beckenbauer iżommu r-rekord li rċevew il-voti mill-ġurija għall-akbar numru konsekuttivi ta' snin (12-il sena).
Rebħiet
[immodifika | immodifika s-sors]Skont il-plejer
[immodifika | immodifika s-sors]Plejer | Total | Smom |
---|---|---|
Johan Cruyff | 3 | 1971, 1973, 1974 |
Michel Platini | 3 | 1983, 1984, 1985 |
Marco van Basten | 3 | 1988, 1989, 1992 |
Alfredo di Stéfano | 2 | 1957, 1959 |
Franz Beckenbauer | 2 | 1972, 1976 |
Kevin Keegan | 2 | 1978, 1979 |
Karl-Heinz Rummenigge | 2 | 1980, 1981 |
Ronaldo | 2 | 1997, 2002 |
Lionel Messi | 2 | 2009, 2010 |
Skont il-pajjiż
[immodifika | immodifika s-sors]Pajjiż | Plejers | Total |
---|---|---|
Ġermanja | 5 | 7 |
Netherlands | 3 | 7 |
Franza | 4 | 6 |
Brażil | 4 | 5 |
Ingilterra | 4 | 5 |
Italja | 5 | 5 |
Portugall | 3 | 3 |
Unjoni Sovjetika | 3 | 3 |
Spanja | 2 | 3 |
Arġentina | 2 | 3 |
Bulgarija | 1 | 1 |
Repubblika Ċeka | 1 | 1 |
Ċekoslovakkja | 1 | 1 |
Danimarka | 1 | 1 |
Ungerija | 1 | 1 |
Liberja | 1 | 1 |
Irlanda ta' Fuq | 1 | 1 |
Skozja | 1 | 1 |
Ukrajna | 1 | 1 |
Skont il-klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb | Plejers | Total |
---|---|---|
Juventus | 6 | 8 |
Milan | 6 | 8 |
Barcelona | 6 | 7 |
Real Madrid | 5 | 6 |
Bayern Munich | 3 | 5 |
Manchester United | 4 | 4 |
Dynamo Kyiv | 2 | 2 |
Internazionale | 2 | 2 |
Hamburg | 1 | 2 |
Blackpool | 1 | 1 |
Dukla Prague | 1 | 1 |
Dynamo Moscow | 1 | 1 |
Benfica | 1 | 1 |
Ferencváros | 1 | 1 |
Ajax | 1 | 1 |
Borussia Mönchengladbach | 1 | 1 |
Marseille | 1 | 1 |
Borussia Dortmund | 1 | 1 |
Liverpool | 1 | 1 |
Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Anderson, Christopher J.; Arrondel, Luc; Blais, André; Daoust, Jean-François; Laslier, Jean-François (Marzu 2020). "Messi, Ronaldo, and the Politics of Celebrity Elections: Voting for the Best Soccer Player in the World". Perspectives on Politics (bl-Ingliż). 18 (1): 91–110.Manutenzjoni CS1: data u sena (link)
- ^ "Ballon d'Or scandal as player drops bombshell and claims his votes were changed to Lionel Messi and Cristiano Ronaldo". SPORTbible (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-03.
- ^ a b "Reglement du « Ballon d'Or France Football »" (bil-Franċiż). France Football. Miġbur 2008-11-02.