Lionel Messi
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Messi bil-flokk tal-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Lionel Andrés Messi | ||
Twelid | 24 ta' Ġunju 1987 Rosario, Arġentina | ||
Tul | 1.69 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Inter Miami | ||
Numru | 10 | ||
Mixtliet | |||
1992–1995 | Grandoli | ||
1995–2000 | Newell's Old Boys | ||
2000–2003 | Barcelona | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2004 | Barcelona C | ||
2004–2005 | Barcelona B | ||
2004–2021 | Barcelona | ||
2021–2023 | Paris Saint-Germain | ||
2023- | Inter Miami | ||
Tim nazzjonali | |||
2004–2005 | Arġentina U20 | ||
2008 | Arġentina U23 | ||
2005– | Arġentina |
Lionel Andrés Messi (twieled fl-24 ta' Ġunju 1987), magħruf ukoll bħala Leo Messi, huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant mal-klabb Franċiż ta' Paris Saint-Germain u mat-tim nazzjonali tal-Arġentina. Hu hu rikonoxxut fost l-aqwa plejers ta' kull żmien,[1][2][3][4][5] fejn rebaħ seba' unuri tal-Ballun tad-Deheb u rekord ta' sitt unuri taż-Żarbuna tad-Deheb. Sal-2021 kien qatta' l-karriera professjonali tiegħu ma' Barcelona fejn magħhom rebaħ rekord ta' 35 trofew, fosthom għaxar La Liga, seba' Tazzi tar-Re u erba' titli tal-UEFA Champions League. Ma' pajjiżu rebaħ l-edizzjoni tal-2021 tal-Copa América u fl-2022 it-Tazza tad-Dinja.
Attakkant prolifiku, Messi iżomm ir-rekord tal-aktar gowls skorjati fil-kampjonat Spanjol (474), l-aktar gowls fi staġun wieħed tal-kampjonat Spanjol u Ewropew (50), l-aktar numru ta' tripletti fil-La Liga (36) u l-UEFA Champions League (8), l-aktar assists fl-istorja tal-La Liga (192), fi staġun wieħed tal-La Liga (21) u fil-Copa América (17). Hu wkoll iżomm ir-rekord tal-aktar gowls internazzjonali minn Sud-Amerikan maskili. Messi skorja iktar minn 750 gowl mal-klabbs u f'isem pajjiżu, u skorja l-iktar numru ta' gowls għal klabb wieħed (672).
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Messi twieled f'Rosario, fil-Provinċja ta' Santa Fe. Il-ġenituri tiegħu kienu Jorge Horácio Messi, ħaddiem ġewwa fabbrika tal-azzar, u Celia María Cuccittini.[6][7][8][9] Il-familja paterna tiegħu oriġinat mill-belt Taljana ta' Ancona, minn fejn hu l-antenat tiegħu, Angelo Messi, li emigra lejn l-Arġentina fl-1883.[10][11] Huwa għandu żewġ aħwa akbar minnu, Rodrigo u Matías, u oħtu, María Sol.[12] Fl-età ta' ħames snin, Messi beda jilgħab il-futbol ma' Grandoli, klabb lokali ggwidat minn missieru Jorge. Fl-1995, Messi qaleb ma' Newell's Old Boys li kienu bbażati fil-belt tiegħu Rosario.[13] Hu sar parti mit-tim taż-żgħażagħ lokali tar-River Plate li tilfu logħba waħda biss f'erba' snin u sar lokalment magħruf bħala "l-Magna tal-1987, is-sena tat-twelid tiegħu.[14]
Fl-età ta' 11-il sena, Messi kien ġie dijanjostikat bit-tkabbir ta' defiċjenza ormonali.[15] Ir-River Plate wrew l-interess fil-progress ta' Messi, iżda ma kinux lesti li jħallsu għall-kura tal-kundizzjoni tiegħu, li kienet tiswa $900 fix-xahar. Carles Rexach, id-direttur sportiv ta' Barcelona FC, kien sar konxju tat-talent li Messi mill-qraba li kellu ġewwa Lleida, u b'hekk Messi u missieru rnexxielhom jirranġaw prova mat-tim tal-kbar. Rexach, b'ebda karta oħra f'idejh, offra lil Messi kuntratt bil-miktub.[16] Barcelona FC offrew li jħallsu għall-kambjali medika ta' Messi jekk hu kien lest li jgħix ġewwa Spanja. Messi u missieru marru lejn Barċellona fejn Messi rreġistra fin-nursery tal-klabb.[17]
Barcelona FC
[immodifika | immodifika s-sors]Messi lagħab ma diversi timijiet ta' Barcelona FC fosthom Infantil B u Cadete B & A mill-2000 sal-2003 (37 gowl fi 30 logħba ma Cadete A). L-istaġun 2003–04 ra lil Messi fuq rekord[18] ma ħames timijiet differenti: Huwa beda logħba waħda ma Juvenil B (gowl wieħed) u ġie promossi ma Juvenil A (14-il logħba, 21 gowl). Aktar tard huwa għamel l-ewwel debut tiegħu mat-tim Barcelona FC C (Tercera División) fid-29 ta' Novembru 2003 u ma Barcelona FC B (Segunda División B) fis-6 ta' Marzu 2004. Hu lagħab maż-żewġ timijiet matul l-istaġun (għaxar logħbiet, ħames gowls u ħames logħiet, żero gowls, rispettivament).[19][20][21] Qabel dawn iż-żewġ debutts, Messi għamel id-debutt uffiċjali tiegħu għall-ewwel tim fis-16 ta' Novembr, 2003 fl-età ta' 16-il sena u 145 ġurnata, f'logħba ta' ħbiberija kontra Porto.[22]
Inqas minn sena wara l-bidu tiegħu, Frank Rijkaard tah id-debutt tal-kampjonat tiegħu kontra RCD Espanyol fis-16 ta' Ottubru 2004 (17-il sena u 114 ġurnata), li sar it-tielet l-iżgħar plejer li lagħab għal Barcelona FC u l-iżgħar plejer tal-klabb li lagħab f'Premier, li kien miksur minn Bojan Krkić f'Settembru 2007. Meta hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar kontra Albacete Balompié fl-1 ta' Mejju 2005, Messi kellu biss 17-il sena, 10 xhur u sebat ijiem, li sar l-iżgħar plejer li skorja f'logħba ta' Premier ma' Barcelona FC[23] sakemm kien mill-ġdid miksur minn Bojan Krkić fl-2007, li skorja mill-assistenza ta' Messi.[24] Messi qal dwar l-eks kowċ Rijkaard: "Jien qatt mhu ser ninsa l-fatt li huwa nieda l-karriera tiegħi, li kellu l-fiduċja fija filwaqt li jien kelli biss 16 jew 17."[25] Matul l-istaġun, Messi lagħab ukoll ma Barcelona FC B (Segunda División B) li magħhom skorja 6 gowls fi 17-il logħba.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Timijiet Riserva
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb | Kampjonat | Staġun | Kampjonat | |
---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | |||
Barcelona FC C | Tercera | 2003–04 | 10 | 5 |
Barcelona FC B | Segunda B | 2003–04 | 5 | 0 |
2004–05 | 17 | 6 | ||
Total | 32 | 11 |
L-Ewwel Tim
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | UCL | Supercup | USC | FCWC | Total | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Barcelona FC | 2004–05 | 7 | 1 | 0 | 1 | 0 | — | — | — | 9 | 1 | ||||
2005–06 | 17 | 6 | 2 | 1 | 6 | 1 | — | — | — | 25 | 8 | ||||
2006–07 | 26 | 14 | 2 | 2 | 5 | 1 | 2 | 0 | 1 | 0 | — | 36 | 17 | ||
2007–08 | 28 | 10 | 3 | 0 | 9 | 6 | — | — | — | 40 | 16 | ||||
2008–09 | 31 | 23 | 8 | 6 | 12 | 9 | — | — | — | 51 | 38 | ||||
2009–10 | 35 | 34 | 3 | 1 | 11 | 8 | 1 | 2 | 1 | 0 | 2 | 2 | 53 | 47 | |
2010–11 | 33 | 31 | 7 | 7 | 13 | 12 | 2 | 3 | — | — | 55 | 53 | |||
2011–12 | 37 | 50 | 7 | 3 | 11 | 14 | 2 | 3 | 1 | 1 | 2 | 2 | 60 | 73 | |
2012–13 | 27 | 40 | 5 | 8 | 7 | 5 | 2 | 2 | — | — | 42 | 53 | |||
Total | 241 | 209 | 38 | 24 | 76 | 58 | 9 | 10 | 3 | 1 | 4 | 4 | 371 | 3036 |
Assisti
[immodifika | immodifika s-sors]Din tinkludi l-assisti fil-kompetizzjonijiet kollha uffiċjali:[29]
Staġun | Assisti |
---|---|
2004–05 | 0 |
2005–06 | 1 |
2006–07 | 3 |
2007–08 | 14 |
2008–09 | 18 |
2009–10 | 11 |
2010–11 | 22 |
2011–12 | 27 |
2012–13 | 13* |
* Staġun kurrenti.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Mis-6 ta' Frar 2013[30][31][32]
Dehriet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | Sena | Preż | Gowls |
---|---|---|---|
Arġentina | 2005 | 5 | 0 |
2006 | 7 | 2 | |
2007 | 14 | 6 | |
2008 | 8 | 2 | |
2009 | 10 | 3 | |
2010 | 10 | 2 | |
2011 | 13 | 4 | |
2012 | 9 | 12 | |
2013 | 1 | 0 | |
Total | 77 | 31 |
Gowls Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- Punteġġi u r-riżultati ta' Malta qedgħin fil-lista xellugija.
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 1 ta' Marzu 2006 | St. Jakob-Park, Basel, Żvizzera | Kroazja | Logħba ta' Ħbiberija | ||
2. | 16 ta' Ġunju 2006 | WM-Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen, Ġermanja | Serbja u Montenegro | Tazza tad-Dinja 2006 | ||
3. | 5 ta' Ġunju 2007 | Camp Nou, Barċellona, Spanja | Alġerija | Logħba ta' Ħbiberija | ||
4. | Alġerija | |||||
5. | 8 ta' Lulju 2007 | Metropolitano de Fútbol de Lara, Barquisimeto, Veneżwela | Perù | Copa América 2007 | ||
6. | 11 ta' Lulju 2007 | Polideportivo Cachamay, Puerto Ordaz, Veneżwela | Messiku | |||
7. | 16 ta' Ottubru 2007 | José Pachencho Romero, Maracaibo, Veneżwela | Veneżwela | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 (CONCACAF) | ||
8. | 20 ta' Novembru 2007 | Estadio El Campín, Bogotá, Kolombja | Kolombja | |||
9. | 4 ta' Ġunju 2008 | Stadju Qualcomm, San Diego, Stati Uniti | Messiku | Logħba ta' Ħbiberija | ||
10. | 11 ta' Ottubru 2008 | Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina | Urugwaj | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja | ||
11. | 11 ta' Frar 2009 | Stade Vélodrome, Marsilja, Franza | Franza | Logħba ta' Ħbiberija | ||
12. | 28 ta' Marzu 2009 | Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina | Veneżwela | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja | ||
13. | 14 ta' Novembru 2009 | Stadju Vicente Calderón, Madrid, Spanja | Spanja | Logħba ta' Ħbiberija | ||
14. | 7 ta' Settembru 2010 | Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina | Spanja | |||
15. | 17 ta' Novembru 2010 | Stadju Internazzjonali Khalifa, Doha, Qatar | Brażil | |||
16. | 9 ta' Frar 2011 | Stade de Genève, Ġinevra, Żvizzera | Portugall | |||
17. | 20 ta' Ġunju 2011 | Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina | Albanija | |||
18. | 7 ta' Ottubru 2011 | Ċili | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 (CONCACAF) | |||
19. | 15 ta' Novembru 2011 | Estadio Metropolitano Roberto Meléndez, Barranquilla, Kolombja | Kolombja | |||
20. | 29 ta' Frar 2012 | Stade de Suisse Wankdorf, Bern, Żvizzera | Żvizzera | Logħba ta' Ħbiberija | ||
21. | Żvizzera | |||||
22. | Żvizzera | |||||
23. | 2 ta' Ġunju 2012 | Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina | Ekwador | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 | ||
24. | 9 a' Ġunju 2012 | Stadju MetLife, East Rutherford, Stati Uniti | Brażil | Logħba ta' Ħbiberija | ||
25. | Brażil | |||||
26. | Brażil | |||||
27. | 15 ta' Awwissu 2012 | Commerzbank-Arena, Frankfurt, Ġermanja | Ġermanja | |||
28. | 7 ta' Settembru 2012 | Estadio Mario Alberto Kempes, Córdoba, Arġentina | Paragwaj | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 | ||
29. | 12 ta' Ottubru 2012 | Estadio Malvinas Argentinas, Mendoza, Arġentina | Urugwaj | |||
30. | Urugwaj | |||||
31. | 16 ta' Ottubru 2012 | Estadio Nacional, Santiago, Ċili | Ċili |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Barcelona
- La Liga: 2004–05, 2005–06, 2008–09, 2009–10, 2010–11, 2012–13, 2014–15, 2015–16, 2017–18, 2018–19
- Tazza tar-Re: 2008–09, 2011–12, 2014–15, 2015–16, 2016–17, 2017–18, 2020–21
- Supercopa de España: 2006, 2009, 2010, 2011, 2013, 2016, 2018
- UEFA Champions League: 2005–06, 2008–09, 2010–11, 2014–15
- UEFA Super Cup: 2009, 2011, 2015
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2009, 2011, 2015
- Paris Saint-Germain
- Ligue 1: 2021–22
- Trophée des Champions: 2022
- Arġentina U23
- Olimpjadi tas-sajf: 2008
- Arġentina
- Tazza tad-Dinja: 2022; finalista tellief: 2014
- Copa América: 2021; finalista tellief: 2016
- Tazza taċ-Ċampjins CONMEBOL–UEFA: 2022
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Simunic: Messi's the best of all time" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2012-12-12.
- ^ Smith, Ben. "Lionel Messi: Goals record caps golden year for Barcelona star" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2012-12-12.
- ^ Daniels, David. "Lionel Messi: Superstar Striker Is Best Footballer in World" (bl-Ingliż). Bleacher Report. Miġbur 2012-12-12.
- ^ "Lionel Messi hailed as 'incredible' and 'gigantic' by Gerd Muller after Barcelona star breaks record for most goals" (bl-Ingliż). Telegraph Sport. Miġbur 2012-12-12.
- ^ "Arsène Wenger hails Barcelona's Lionel Messi after four-goal display" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2012-12-12.
- ^ "El crack que desea victorias de regalo" (bl-Ispanjol). Canchallena.
- ^ Carlin, John (2010-03-27). "Lionel Messi: Magic in his feet" (bl-Ingliż). The Independent. Miġbur 2010-04-07.
- ^ Veiga, Gustavo. "Los intereses de Messi" (bl-Ispanjol). Página/12. Miġbur 2009-05-31.
- ^ Hawkey, Ian (2008-04-20). "Lionel Messi on a mission" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-30. Miġbur 2009-05-30.
- ^ Aguilar, Alexander (2006-02-24). "El origen de los Messi está en Italia" (bl-Ispanjol). Al Día. Miġbur 2009-07-07.
- ^ Cubero, Cristina (2005-10-07). "Las raíces italianas de Leo Messi" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. Miġbur 2009-07-07.
- ^ "Lionel Messi bio" (bl-Ingliż). NBC. Miġbur 2009-05-30.
- ^ Williams, Richard (2006-02-26). "Messi has all the qualities to take world by storm" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2008-05-03.
- ^ Thompson, Wright (2012-10-07). "Here & Gone". Outside the Lines (bl-Ingliż). ESPN FC. Miġbur 2012-10-07.
- ^ White, Duncan (2009-04-04). "Franck Ribery the man to challenge Lionel Messi and Barcelona" (bl-Ingliż). The Daily Telegraph. Miġbur 2009-07-07.
- ^ FT Weekend Magazine, 28–29 May 2011, 'Lionel Messi' minn Ronald Reng
- ^ "The new messiah" (bl-Ingliż). FIFA. 2006-03-05. Miġbur 2006-07-25.
- ^ Sarmiento, Sandra; Marcet, Jaume (2009-09-18). "From 'Infantil B' to World number one" (bl-Ingliż). FC Barcelona. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-07. Miġbur 2012-01-09.
- ^ "Leonel Messi, el prototipo del jugador total" (bl-Ispanjol). Miġbur 2011-09-25.
- ^ "Messi debuta en elBarça C en el derbifrente al Europa" (bl-Ispanjol). Miġbur 2011-09-25.
- ^ "Messi estará en el stage de Peralada" (bl-Ispanjol). Miġbur 2011-09-25.
- ^ Tutton, Mark; Duke, Greg (2009-05-22). "Profile: Lionel Messi" (bl-Ingliż). CNN. Miġbur 2009-05-30.
- ^ "Meteoric rise in three years" (bl-Ingliż). FC Barcelona. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-06. Miġbur 2008-05-03.
- ^ Nogueras, Sergi (2007-10-21). "Krkic enters the record books" (bl-Ingliż). FC Barcelona. Miġbur 2009-07-16.
- ^ "Messi: "Rijkaard gave us more freedom"" (bl-Ingliż). Soccerway. 2009-12-10.
- ^ "'Pichichi' y centenario" (bl-Ispanjol). Mundo Deportivo. Miġbur 2010-01-17.
- ^ "Lionel Messi Bio, Stats, News – Football / Soccer – – ESPN Soccernet" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-05. Miġbur 2010-11-26.
- ^ "LFP: La Liga 2011/12 – Estadisticas Jugadores" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-06-03.
- ^ http://espnfc.com/player/_/id/45843/lionel-messi?cc=5739
- ^ "Lionel Andrés Messi – Goals in International Matches" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2011-02-02.
- ^ "Lionel Messi: A Career in Numbers" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-03. Miġbur 2012-05-24.
- ^ "Lionel Messi: Career Statistics" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-05. Miġbur 2012-05-24.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Sit uffiċjali
- Lionel Messi fuq National-Football-Teams.com
- Lionel Messi – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Lionel Messi fuq Soccerbase