UEFA Champions League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
UEFA Champions League
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
UEFA Champions League 2013–14
UEFA Champions League logo 2.png
Sport Futbol
Fundazzjoni 1955 (1992 taħt il-format attwali)
Nru. ta' timijiet 32 (fażi tal-gruppi)
76 jew 77 (total)
Reġjun Ewropa (UEFA)
Ċampjin attwali Ġermanja Bayern Munich (5 titlu)
L-aktar rebħiet Spanja Real Madrid (9 titli)
Sit elettroniku Sit Uffiċjali

Il-UEFA Champions League, li qabel kienet magħrufha bħala t-Tazza taċ-Ċampjins, hija kompetizzjoni tal-futbol li tiġi organizzata kull sena mill-UEFA (konfederazzjoni tal-Ewropa) u li ilha ssir mill-1992 (eżattament mill-1955 taħt il-format il-qadim) għall-aqwa timijiet fl-Ewropa. It-trofew hu kkunsidrat bħala l-aktar trofew prestiġjuż għal klabb f'dan l-isport. Il-UEFA Champions League hi separata mill-kompetizzjoni l-oħra tal-UEFA Europa League.

Il-kampjonat jinqasam f'fażijiet differenti. Il-format preżenti jikkonsisti minn tliet rawnds preliminarji lejn nofs Lulju. Is-sittax-il tim li joħorġu rebbieħa minn dawn il-preliminari jingħaqdu ma' sittax-il tim ieħor li jkun akkwistaw kwalifikazzjoni awtomatika fejn flimkien jieħdu sehem fil-fażi tal-gruppi. It-tmien timijiet rebbieħa tal-grupp flimkien ma' dawk li spiċċaw it-tieni jidħlu fil-fażi eliminatorja, li tispiċċa bil-finali f'Mejju. Fil-passat, kienu ċ-ċampjins tal-kampjonat nazzjonali biss li setgħu jkunu eleġibbli biex jipparteċipaw fil-kompetizjoni; madanakollu, din tbiddlet fl-1997 biex iħallu dawk li jispiċċaw fit-tieni post tal-aqwa kampjonati biex jissieħbu wkoll.

It-titlu ntrebaħ minn 21 tim differenti, 12 minn dawn rebħuh aktar minn darba. It-tim bl-akbar rebħiet hu t-tim Spanjol ta' Real Madrid li kiseb dan it-titlu għal disa' darbiet. Il-kampjonat Spanjol u dak Taljan huma l-aktar rappreżentanti ta' timijiet rebbieħa fejn bejniethom qasmu 12-il rebħa. Il-kampjonat Ingliż ipproduċa 11-il rebbieħ, però wara l-inċidenti ta' Heysel fl-1985 il-klabbs Ingliżi ġew sospiżi għal ħames snin minn kull kompetizzjoni Ewropea.

Iċ-ċampjins attwali ta' din it-tazza huma Bayern Munich tal-Ġermanja li rebħu lil Borussia Dortmund 2-1 fil-finali tal-istaġun 2012–13.

Storja[editja]

Dan it-turnew ingħata l-bidu fl-1955, wara suġġeriment tal-ġurnalista sportiv Franċiż u l-editur tal-gazzetta L'Équipe Gabriel Hanot, bħala reazzjoni għal dak li kien intqal mill-istampa Brittanika fuq il-klabb ta' Wolverhampton Wanderers li kienu ċ-"Ċampjins tad-Dinja", wara sensiela ta' rebħiet f'partiti ta' ħbiberija kontra timijiet Ewropej fis-snin ħamsin. It-turnew kellu l-iskop ta' kompetizzjoni kontinentali bejn iċ-ċampjins tal-kampjonati nazzjonali tal-Ewropa, imsejjaħ it-Tazza taċ-Ċampjins.

Din il-kompetizzjoni bdiet fl-1955–56 taħt format ta' żewġ legs eliminatorji fejn it-timijiet jilgħabu żewġ partiti, waħda ġewwa darhom u waħda barra, u t-tim bl-ikbar riżultat totali jikkwalifika għar-rawnd suċċessiv tal-kompetizzjoni. Sal-1992, kienu biss it-timijiet rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali li kellhom aċċess għal din il-kompetizzjoni, flimkien mad-detentur attwali tat-tazza. Fl-istaġun 1992–93, il-format tbiddel biex jikludi fażi tal-gruppi u l-isem tbiddel għal UEFA Champions League. Sar tibdil kbir ukoll fl-aċċess ta' timijiet għal din il-kompetizzjoni, hekk kif grazzi għal numru ta' rawnds ta' kwalifika u l-istruttura tal-gruppi kabbret l-elleġibilità ta' parteċipazzjoni. Fl-1997–98, il-parteċipazzjoni ġiet estiża biex tinkludi dawk li kklassifikaw fit-tieni post ta' xi kampjonati ta' ċerti pajjiżi skont il-lista tal-koeffiċjenti tal-UEFA. Is-sistema ta' kwalifika ġie ristrutturata sabiex iċ-ċampjins nazzjonali minn pajjiżi li huma l-isfel fil-klassifika tal-koeffiċjenti jieħdu sehem f'żewġ jew aktar rawnds ta' kwalifika, waqt li timijiet klassifikati fit-tieni post fil-kampjonat u li ġejjin minn pajjiżi pożizzjonati aktar fl-ogħli jidħlu fir-rawnds suċċessivi. Huma erba' timijiet mill-aqwa pajjiżi klassifikati, li jingħataw dritt għall-aċċess f'din il-kompetizzjoni.

Bejn l-1960 u l-2004, ir-rebbieħ tat-turnew kien jikkwalifika għat-Tazza Interkontinentali kontra r-rebbieħ tat-Tazza Libertadores tal-Amerika t'Isfel. Wara x-xoljiment ta' din il-kompetizzjoni, ir-rebbieħ jikkwalifika awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs organizzata mill-FIFA flimkien mar-rebbieħa tal-turnej tal-konfederazzjonijiet l-oħra.

Format[editja]

Kwalifikazzjoni[editja]

Mappa tal-pajjiżi tal-UEFA li minnhom ħarġu t-timijiet li laħqu l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League      Pajjiż membru tal-UEFA li ġie rappreżentat fil-fażi tal-gruppi      Pajjiż membru tal-UEFA li ma ġie rappreżentat fil-fażi tal-gruppi      Mhuwiex membru tal-UEFA

Timijiet li jispiċċaw mill-ewwel sar-raba' post fl-aqwa kampjonati jikkwalifikaw għar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League.

In-numru ta' postijiet fil-kompetizzjoni jiddependi fil-pożizzjoni rispettiva tal-assoċjazzjoni fit-tabella tal-koefiċċjenti tal-UEFA:

  • assoċjazzjonijiet klassifikati mill-ewwel sat-tielet post għandhom erba' postijiet,
  • assoċjazzjonijiet klassifikati mir-raba' sas-sitt post għandhom tliet postijiet,
  • assoċjazzjonijiet klassifikati mis-seba' sal-ħmistax-il post għandhom żewġ postijiet,
  • assoċjazzjonijiet klassifikati fis-sittax jew inqas għandhom post wieħed.

Il-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni jiddependi wkoll minn f'liema fażi l-klabb oriġini jidħol fil-kompetizzjoni. Per eżempju, l-aqwa tliet assoċjazzjonijiet klassifikati, għandhom żewġ postijiet fil-fażi tal-gruppi (għaċ-ċampjins u t-tieni klassifikat) u t-tnejn l-oħra fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni (għat-tielet u r-raba' klassifikat), fejn min-naħa l-oħra l-assoċjazzjonijiet klassifikati fl-inqas pożizzjonijiet tal-klassifika għandhom biss post wieħed fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għaċ-ċampjins tal-kampjonat rispettiv. L-assoċjazzjonijiet li jinsabu fl-aqwa disa' postijiet fil-klassifika għandhom tal-anqas post wieħed garantit fil-fażi tal-gruppi.

Is-sitwazzjoni fuq id-detenur tat-Tazza għandha ma ġietx iċċarata. Lura fl-2005 seħħet kontroversja fejn il-klabb Ingliż ta' Liverpool, li kien għadu kemm ittrijonfa fl-edizzjoni preċedenti, spiċċa barra mill-ewwel erba' postijiet tal-Premier League. L-FA Ingliża tat id-dritt lil Everton, li kienu spiċċaw fir-raba' post, li jingħataw il-post finali Ingliż għall-UEFA Champions League 2005–06. Il-UEFA waslet fi qbil li ż-żewġ rivali ta' Merseyside jidħlu fil-kompetizzjoni. Liverpool bdew mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni waqt li Everton bdew mit-tielet. Ir-regoli attwali tal-UEFA hi li jekk ir-rebbieħ tal-UEFA Champions League jonqos li jasal fil-pożizzjonijiet allokati lil dik l-assoċjazzjoni għal post fl-Ewropa, dan jieħu post l-inqas tim klassifikat fil-kampjonat. It-tim li jkun ittieħed postu jikkwalifika għat-Tazza UEFA.

Fl-2005–06, Liverpool u Artmedia Bratislava tal-Islovakkja saru l-ewwel timijiet li waslu sal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League wara li lagħbu f'kull rawnd ta' kwalifikazzjoni. Fl-2008–09 ġara l-istess ħaġa għat-timijiet ta' BATE and Anorthosis Famagusta FC.

Kull klabb li jkun irid jipparteċipa fiċ-Champions League irid ikollu l-liċenzja mill-assoċjazzjoni nazzjonali biex jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Biex tinkiseb din il-liċenzja, il-klabb irid jilħaq ċerti kriterji fuq l-istadju, l-infrastruttura u dawk finanzjarji.

Turnew[editja]

Dan it-turnew jibda b'fażi tal-gruppi ta' 32 tim, diviżi fi 8 gruppi. Timijiet li jiġu mill-istess pajjiż ma jiġux allokati fl-istess grupp. Kull tim jiltaqa' mat-timijiet l-oħra f'format imsejjaħ round-robin, b'logħbiet ġewwa u barra minn darhom. L-aqwa żewġ timijiet ikompli fil-kompetizzjoni, fir-rawnd tal-aħħar sittax li b'hekk tibda r-rawnd eliminatorju (b'eliminazzjoni diretta). Għal din il-fażi, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati fil-gruppi. Mill-kwarti tal-finali 'l quddiem, il-poloz jittellgħu bl-addoċċ, b'ebda riserva għat-timijiet li ġejjin mill-istess pajjiż.

Il-fażi tal-gruppi tintlagħab matul ix-xahar tal-ħarifa, waqt li l-fażi eliminatorja tibda waqt l-waqfa tax-xitwa. Il-partiti jintlagħbu bejn it-timijiet fuq bażi ta' partiti ġewwa u barra minn darhom, b'eċċezzjoni tal-finali. Din tal-aħħar tipikament tiġi ospitata ġimgħatejn f'Mejju.

Trofew[editja]

Il-forma attwali tat-trofew ġiet kummissjonata fl-1966 għal 10,000 Frank Żvizzeru u l-ewwel tim li rebaħ din it-tazza l-ġdida kien it-tim ta' Celtic, rebbieħ tal-finali tal-25 ta' Mejju 1967 f'Liżbona kontra l-Inter. Il-forma tiegħu ġiet approvata mis-segretarju ġenerali tal-UEFA, Hans Bangerter, fuq bażi ta' diversi proposti preżentati minn speċjalista minn Berna, Hans Stadelmann. Il-modifiki finali li saru fuqu, saru mill-inċiżitur Fred Bänninger wara 340 siegħa ta' ħidma mit-tifel ta' Stadelmann, Jürg. It-tazza għandha tul ta' 62 ċm u tiżen 7.5 kg. Jekk il-verżjonijiet tal-1973 u tal-1976 kienu sostanzjalment konformi mal-oriġinal tal-1966, dik tal-1994 kienet tvarja partikularment fil-ktiba Coupe des clubs champions européens li minn ktiba b'ittri żgħar saret waħda miktuba b'ittra kapitali, u fuq wara bdew jinkitbu r-riżultati tal-finali, waqt li t-trofew attwali, tal-2005, għandu inċiż fuq wara tiegħu l-ismijiet tal-timijiet kollha li rebħu din il-kompetizzjoni.

Mill-1997 bdiet id-drawwa li t-trofew oriġinali jgħaddi għas-sidnku tal-belt li tkun se tospita l-finali, biex b'hekk il-pubbliku jkun jista' jżur dan it-trofew xahar jew xahrejn qabel il-konfront deċiżiv.

Kopertura tal-medja[editja]

Din il-kompetizzjoni tattira numru kbir ta' telespettaturi, mhux biss mill-Ewropa, iżda wkoll minn madwar id-dinja kollha. Il-partiti jixxandru kull sena f'aktar minn 70 pajjiż f'aktar minn 40 lingwa, u xi partiti importanti jattiraw udjenza televiżiva ta' aktar minn 200 miljun, fejn hi kkunsidrata fost l-aktar avveniment sportiv segwit fuq it-televiżjoni.[1]

Rekords u statistika[editja]

Skont il-klabb[editja]

Klabb Rebħiet Finalista tellief Snin bħala rebħiet Snin bħala finalista tellief
Spanja Real Madrid 9 3 1956, 1957, 1958, 1959, 1960, 1966, 1998, 2000, 2002 1962, 1964, 1981
Italja Milan 7 4 1963, 1969, 1989, 1990, 1994, 2003, 2007 1958, 1993, 1995, 2005
Ġermanja Bayern Munich 5 4 1974, 1975, 1976, 2001, 2013 1982, 1987, 1999, 2010
Ingilterra Liverpool 5 2 1977, 1978, 1981, 1984, 2005 1985, 2007
Spanja Barcelona 4 3 1992, 2006, 2009, 2011 1961, 1986, 1994
Pajjiżi l-Baxxi Ajax 4 2 1971, 1972, 1973, 1995 1969, 1996
Italja Internazionale 3 2 1964, 1965, 2010 1967, 1972
Ingilterra Manchester United 3 2 1968, 1999, 2008 2009, 2011
Italja Juventus 2 5 1985, 1996 1973, 1983, 1997, 1998, 2003
Portugall Benfica 2 5 1961, 1962 1963, 1965, 1968, 1988, 1990
Portugall Porto 2 0 1987, 2004 -
Ingilterra Nottingham Forest 2 0 1979, 1980 -
Ġermanja Borussia Dortmund 1 1 1997 2013
Franza Marseille 1 1 1993 1991
Rumanija Steaua Bucureşti 1 1 1986 1989
Ġermanja Hamburg 1 1 1983 1980
Skozja Celtic FC 1 1 1967 1970
Serbja Red Star Belgrade 1 0 1991 -
Pajjiżi l-Baxxi PSV Eindhoven 1 0 1988 -
Ingilterra Aston Villa 1 0 1982 -
Pajjiżi l-Baxxi Feyenoord 1 0 1970 -
Ingilterra Chelsea 1 1 2012 2008
Spanja Valencia 0 2 - 2000, 2001
Franza Stade Reims 0 2 - 1956, 1959
Ingilterra Arsenal 0 1 - 2006
Franza Monaco 0 1 - 2004
Ġermanja Bayer Leverkusen 0 1 - 2002
Italja Sampdoria 0 1 - 1992
Italja Roma 0 1 - 1984
Żvezja Malmö 0 1 - 1979
Belġju Club Brugge 0 1 - 1978
Ġermanja Borussia Mönchengladbach 0 1 - 1977
Franza Saint-Étienne 0 1 - 1976
Ingilterra Leeds United 0 1 - 1975
Spanja Atlético Madrid 0 1 - 1974
Greċja Panathinaikos 0 1 - 1971
Serbja Partizan 0 1 - 1966
Ġermanja Eintracht Frankfurt 0 1 - 1960
Italja Fiorentina 0 1 - 1957

Skont il-pajjiż[editja]

Pajjiż Rebħiet Finali mitlufa Klabbs rebbieħa Finalisti telliefa
Flag of Spain.svg Spanja 13 9 Real Madrid (9), Barcelona (4) Real Madrid (3), Barcelona (3), Valencia (2), Atlético Madrid (1)
Flag of Italy.svg Italja 12 14 Milan (7), Internazionale (3), Juventus (2), Juventus (5), Milan (4), Internazionale (2), Fiorentina (1), Roma (1), Sampdoria (1)
Flag of England.svg Ingilterra 11 7 Liverpool (5), Manchester United (3), Nottingham Forest (2), Aston Villa (1), Chelsea (1) Liverpool (2), Manchester United (2), Arsenal (1), Chelsea (1), Leeds United (1)
Flag of Germany.svg Ġermanja 6 9 Bayern Munich (4), Borussia Dortmund (1), Hamburg (1) Bayern Munich (4), Bayer Leverkusen (1), Borussia Mönchengladbach (1), Eintracht Frankfurt (1), Hamburg (1), Borussia Dortmund (1)
Flag of the Netherlands.svg Olanda 6 2 Ajax (4), PSV (1), Feyenoord (1) Ajax (2)
Flag of Portugal.svg Portugall 4 5 Benfica (2), Porto (2) Benfica (5)
Flag of France.svg Franza 1 5 Marseille (1) Stade Reims (2), Saint-Étienne (1), Marseille (1), Monaco (1),
Flag of Romania.svg Rumanija 1 1 Steaua (1) Steaua (1)
Flag of SFR Yugoslavia.svg Jugożlavja 1 1 Red Star Belgrade (1) FK Partizan (1)
Flag of Scotland.svg Skozja 1 1 Celtic (1) Celtic (1)
Flag of Sweden.svg Żvezja 0 1 Malmö FF (1)
Flag of Greece.svg Greċja 0 1 Panathinaikos (1)
Flag of Belgium (civil).svg Belġju 0 1 Club Brugge (1)

L-aqwa skorers ta' kull żmien[editja]

Jinkludu logħob ta' kwalifika

Poż. Pajjiż Plejer Gowls Logħob Proporzjon tal-gowls Debutt fl-Ewropa Klabbs
1 Spanja Raúl 66 132 0.5 1995 Real Madrid
2 Pajjiżi l-Baxxi Ruud van Nistelrooy 60 86 0.70 1998 PSV, Manchester United, Real Madrid
3 Ukraina Andriy Shevchenko 56 110 0.51 1994 Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea, Milan, Dynamo Kyiv
4 Franza Thierry Henry 51 113 0.45 1996 Monaco, Arsenal, Barcelona
5 ArġentinaSpanja Alfredo di Stéfano 49 58 0.85 1955 Real Madrid
6 Italja Filippo Inzaghi 48 82 0.59 1995 Parma, Juventus, Milan
7 Portugall Eusébio 46 64 0.72 1961 Benfica
8 Italja Alessandro Del Piero 44 93 0.47 1995 Juventus
9 Spanja Fernando Morientes 39 104 0.38 1997 Real Madrid, Liverpool, Valencia, Monaco, Marseille
10 Ġermanja Gerd Müller 34 35 0.97 1967 Bayern Munich
Tipa ħoxna = Għadhom attivi

L-aktar dehriet ta' kull żmien[editja]

Jinkludu logħob ta' kwalifika

Poż. Plejer Pajjiż Logħob Gowls Proporzjon tal-gowls Debutt fl-Ewropa Klabbs
1 Raúl Spanja 142 71 0.49 1995 Real Madrid, Schalke 04
Ryan Giggs Wales 29 0.20 1993 Manchester United
3 Paolo Maldini Italja 140 3 0.02 1985 Milan
4 Xavi Spanja 136 11 0.08 1998 Barcelona
5 Clarence Seedorf Pajjiżi l-Baxxi 131 12 0.09 1992 Ajax, Real Madrid, Internazionale, Milan
6 Paul Scholes Ingilterra 130 25 0.19 1994 Manchester United
7 Iker Casillas Spanja 129 0 0.00 1999 Real Madrid
8 Roberto Carlos Brażil 128 17 0.13 1996 Internazionale, Real Madrid, Fenerbahçe
9 Carles Puyol Spanja 118 2 0.02 1999 Barcelona
10 Andriy Shevchenko Ukraina 116 59 0.51 1994 Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea
Tipa ħoxna = Għadhom attivi

Referenzi[editja]

Ħoloq esterni[editja]