Total ta' 76 tim (minbarra l-Liechtenstein li ma torganzza l-ebda kampjonat domesitku) ħadu sehem fiċ-Champions League 2011–12. Il-pajjiżi huma allokati skont il-postijiet fil-koefiċċjenti tal-UEFA 2010, li jieħu l-prestazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej bejn l-2005–06 u 2009–10.[2]
Peress li d-detenturi tat-titlu (Barcelona) kwalifikaw għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League permezz tal-kampjonat domestiku tagħhom, il-post tal-fażi tal-gruppi li huwa riżervat għad-detenturi tat-titlu tbattal. Biex jikkumpensaw:[3]
Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjoni 13 (Żvizzera) kienu promossi mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi.
Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjoni 16 (Skozja) kienu promossi mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjoni 48 u 49 (Gżejjer Faroe u Irlanda ta' Fuq) kienu promossi mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni.
Rumanija (ROU): Politehnica Timişoara, ir-runners-up tal-Liga I 2010–11, ġew miċħuda liċenzja domestika għall-istaġun 2011–12, Vaslui, it-tim klassifikat fit-tielet post fil-kampjonat, sostnew post fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni taċ-Champions League bħala mhux ċampjins.[5]
Turkey (TUR): Fenerbahçe, iċ-ċampjins tas-Süper Lig 2010–11, ġew ipprojbiti mill-Federazzjoni tal-Futbol Tork fl-24 ta' Awwissu 2011 milli jipparteċipaw fil-UEFA Champions League 2011–12 minħabba l-investigazzjoni fit-tbabis fil-logħob.[6][7] Il-UEFA ddeċidiet li ddaħħal lil Trabzonspor fil-fażi tal-gruppi minflokhom, ir-runners-up tal-kampjonat, li kienu tilfu fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni taċ-Champions League u kienu pparteċipaw fir-rawnd tal-play-off tal-Europa League.[8]
Fir-rawnds kwalifikanti u tal-play-off, it-timijiet kienu maqsuma miżruha u timijiet mhux miżruha kienu bbażati fil-koeffiċjenti tal-klabb tal-UEFA 2011,[10][11] u mbagħad jitfasslu fil-leg home u away. Timijiet mill-istess assoċjazzjoni ma jistgħux jiġu kontra xulxin.
Il-poloz għall-ewwel u t-tieni rawnds ta' kwalifikazzjoni saru fl-20 ta' Ġunju 2011.[12] L-ewwel legs saru fit-28 ta' Ġunju, u t-tieni legs intlagħbu fil-5 u s-6 ta' Lulju 2011.
Il-poloz għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni saru fil-15 ta' Lulju 2011.[13] L-ewwel legs intlagħbu fis-26 u s-27 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-2 u t-3 ta' Awwissu 2011.
It-tielet rawnd ta' kwalifika kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fir-rawnd tal-play-off tal-UEFA Europa League 2011–12.
Il-poloz għar-rawnd tal-play-off saru fil-5 ta' Awwissu 2011.[14] L-ewwel legs intlagħbu fis-16 u s-17 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlagħbu fit-23 u l-24 ta' Awwissu 2011.
Ir-rawnd tal-play-off kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2011–12.
Fil-fażi eliminatorja, it-timijiet se jilagħbu kontra xulxin f2 legs f'bażi home-u-away, ħlief għall-finali. Fil-poloz għall-aħħar sittax, ir-rebbieħa ta' 8 gruppi se jkunu miżruha, u r-runners-up ta' 8 gruppi se jkunu mhux miżruha. It-timijiet miżruha se jilgħabu kontra t-timijiet mhux miżruha, it-timijiet miżruha jospitaw it-tieni leg. Timijiet mill-istess grupp jew l-istess assoċjazzjoni ma jistgħux jiġu kontra xulxin. Mill-kwarti tal-finali l-quddiem, ma jkun hemmx statiska bħal tal-gruppi, u timijiet mill-istess grupp jew l-istess assoċjazzjoni jistgħu jilgħabu kontra xulxin.