Aqbeż għall-kontentut

Karim Benzema

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Karim Benzema
Informazzjoni personali
Isem sħiħKarim Benzema
Twelid19 ta' Diċembru 1987 (1987-12-19) (37 sena)
Lyon, Franza
Tul1.85 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliReal Madrid
Numru9
Mixtliet
1995–1997Bron
1996–2005Lyon
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2006Lyon B
2004–2009Lyon
2009–Real Madrid
Tim nazzjonali
2007–Franza

Karim Benzema (twieled fid-19 ta' Diċembru 1987) huwa plejer tal-futbol Franċiż ta' dixxendenza Alġerina li jilgħab fl-irwol ta' attakkant ma' Real Madrid.

L-istaġun 2007–08, kien l-istaġun li tatu post regulari ma' Olympique Lyonnais, u sar wieħed mill-aqwa attakkanti tal-kampjonat Franċiż, fejn rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-Ligue 1. Dawn il-prestazzjonijiet, partikularment fil-UEFA Champions League, attiraw l-attenzjoni tal-ikbar klabbs Ewropej. Fl-2007 intgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Franċiż tal-kbar, u fis-sena ta' wara kien parti mill-iskwadra magħżula għall-Kampjonati Ewropej.

L-ewwel passi

[immodifika | immodifika s-sors]

Imwieled minn ġenituri Alġerini fis-subborgi ta' Lyon, Karim Benzema beda l-ewwel passi tal-futbol ma' klabb fi Bron, SC Bron Terraillon. F'età ta' disa' snin, wara partita bejn it-tim tiegħu u l-ġovanili ta' Olympique Lyonnais, ingħata kuntratt mat-tim ta' Lyon u beda jitħarreġ mat-tim ġovanili, fil-Kulleġġ Saint-Louis St. Bruno. Benzema, li jieħu bħala mudell lill-attakant Brażiljan Ronaldo,[1] wera l-potenzjal tiegħu meta skorja 98 gowl għat-tim ta' taħt is-sittax-il sena ta' OL.

Passaġġ għall-OL

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul l-istaġun 2004–05, Karim Benzema stabilixxa ruħu mat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Olympique Lyon, fejn skorja tnax-il gowl f'erbatax-il partita. Billi kien jidher li kien se jkun talent promettenti, ġie integrat fil-grupp professjonistiku u lagħab sitt partiti fil-Ligue 1. Il-kowċ Paul Le Guen lagħbu għall-ewwel darba f'Jannar tal-2005 kontra FC Metz. Fid-debutt mal-ewwel ħalla impressjoni hekk kif kien hu li ta l-passaġġ għall-gowl deċisiv tal-konfront, skurjat minn Bryan Bergougnoux. Suċċessivament, hu iffirma l-ewwel kuntratt professjonistiku li kien se jżommu għal perjodu ta' tliet snin.[2].

Fl-istaġun 2005–06, Benzema kompla jikber permezz tal-kompetizzjoni taċ-Champions League. Fis-sitt u l-aħħar ġurnata mill-fażi tal-gruppi, il-kowċ Gérard Houllier ikkonferma bħala titulari ż-żgħażagħ Jeremy Clement, Hatem Ben Arfa u Karim Benzema. Dan tal-aħħar skorja l-ewwel gowl f'partita uffiċjali. Fil-kampjonat hu lagħab tlettax-il partita, fejn erbgħa minnhom lagħab mal-ewwel ħdax; l-ewwel gowl tiegħu wasal kontra AC Ajaccio fid-29 ġurnata tal-kampjonat. Fl-aħħar tal-istaġun Benzema stqarr li jrid jistabilixxi ruħu ma' dan il-klabb Franċiż, "wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa". Hu estenda l-kuntratt sal-2010.[3].

Lyon bdew l-istaġun 2006–07 b'rebħa fit-Trophée des Champions. Minn taħt kontra Paris Saint-Germain u b'diversi plejers nieqsa li kienu għadhom kif irritornaw mill-impenn tat-Tazza tad-Dinja 2006, Lyon kisbu l-pari permezz ta' penalty ta' Benzema, qabel ma rebħu l-konfront permezz tal-għoti tal-penalties. Benzema bil-mod il-mod sab postu fost skwadra sinjura fl-attakk, bi plejers bħal Sylvain Wiltord u Sidney Govou fuq il-ġwienaħ, u l-attakkanti Fred u John Carew, flimkien mal-akkwist suċċessiv ta' Milan Baroš. F'Ottubru, matul l-għaxar ġurnata tal-kampjonat, Benzema issostitwixxa lil Fred minħabba li dan tal-aħħar sofra minn uġigħ, u kien hu li ta l-vantaġġ lil OL fi Stade Velodrome. Minħabba li kien weġġa' koxxtu, hu ma setax jonora l-ewwel apparenza mat-tim nazzjoni Franċiż, u kellu jkun barra mil-logħob għal xi ġimgħat f'Jannar 2007. Matul l-istaġun hu lagħab 21 partita u skorja 5 gowls. Fiċ-Champions League hu lagħab kontra Steaua Bucharest u Dynamo Kiev. Il-gowl kontra dan tal-aħħar ta r-rebħa u l-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv.

Fil-bidu tal-istaġun 2007–08, Lyon ħabbru li Benzema estenda l-kuntratt sal-2012. Il-forma tajba tiegħu waslitu biex isir plejer titulari u skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tiegħu kontra FC Metz. It-talent tiegħu, li deher l-aktar fil-kompetizzjoni Ewropea, wassal għall-interess minn klabbs kbar madwar l-Ewropa. Fost dawn, l-istampa ħabbret l-interess ta' Alex Ferguson, kowċ tar-"Red Devils", u anki ta' Adriano Galliani, viċi-president ta' AC Milan.[4] Fl-aħħar tal-istaġun, Benzema spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat meta skorja 20 gowl, u rreġistra 6 gowls fit-Tazza ta' Franza, gowl fit-Tazza tal-Lega Franċiża u erba' gowls fiċ-Champions League. Benzema, skont votazzjoni organizzata minn France Football biex jonoraw il-Plejer Franċiż tas-Sena, spiċċa fit-tielet post wara Franck Ribéry u Thierry Henry. Il-prestazzjonijiet tiegħu xorta waħda ġew rikonoxxuti mill-UNFP li tatu t-trofew tal-aqwa plejer tal-Ligue 1. Minkejja rikjesti minn klabbs barranin, l-attakkant iffirma f'Marzu 2008 estinzjoni tal-kuntratt ma' Olympique Lyonnais. Dan il-kuntratt se jżommu mal-klabb sal-2013 b'għażla li jestendi b'sena oħra l-kuntratt.[5] Wara li ffirma l-kuntratt, Benzema sar fost l-iktar plejers imħallsa fi Franza b'salarju ta' madwar 300,000 fix-xahar.[6]

Hu beda l-istaġun 2008–09 fuq prestazzjoni pożittiva hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat kontra Toulouse hu skorja doppjetta. F'dan l-istaġun hu skorja 12-il f'25 partita imma jinsab biss fit-tielet post tal-klassifika tal-aqwa skorers tal-kampjonat fl-ewwel nofs tal-istaġun. Ftit qabel it-tmiem tal-istaġun, Karim Benzema ħabbar li kien se jibqa' ma' Lyon għal staġun ieħor minkejja l-eliminazzjoni ta' OL fl-ewwel rawnd eliminatorju kontra Barcelona, fejn il-plejer Franċiż irnexxielu jsib ix-xibka għal ħames darbiet f'din il-kompetizzjoni.

Nhar l-1 ta' Lulju 2009, ġie mħabbar li Lyon qablu mal-klabb Spanjol ta' Real Madrid għat-trasferiment ta' Benzema. It-trasferiment sewa €35 miljun bis-somma titla' għal €41 miljun skont l-inċentivi.[7] Wara t-testijiet mediċi, hu iffirma kuntratt ta' sitt snin. Id-debutt uffiċjali mal-klabb Madrilen wasal fid-29 ta' Awwissu 2009 kontra Deportivo de La Coruña, waqt li l-ewwel gowl wasal kontra t-tim promoss ta' Xerez fl-20 ta' Settembru 2009.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Benzema, wara esperjenza miksuba fit-timijiet ta' taħt is-sbatax u l-għoxrin sena ta' Franza, ingħata d-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar kontra l-Awstrija fit-28 ta' Marzu 2007, fejn skorja l-unika gowl tal-konfront. Iż-żewġ gowls segwenti waslu f'partita waħda kontra l-Gżejjer Faroe, fejn Franza sussegwentament rebħu 6–0. Hu kien fost it-23 plejer magħżulin mat-tim biex jipparteċipaw fil-Kampjonati Ewropej 2008. Il-kampanja tal-Euro 2008 ta' Franza bdiet b'bidu ħażin hekk kif spiċċaw pari ta' 0–0 kontra r-Rumanija u wara prestazzjoni deludenti, hu kien sostitwit fit-tieni taqsima u ma ħax sehem fil-partita segwenti, telfa ta' 4–1 kontra l-Olanda. Fl-aħħar logħba mill-fażi tal-gruppi Franza lagħbu kontra l-Italja u Benzema beda mill-bidu u lagħab id-disgħin minuta.

Statistika tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti
Lyon 2004–05 601000000601
2005–06 13112211101642
2006–07 21523103202792
2007–08 36207971742523110
2008–09 3617231085147233
Total 112431317112191231486718
Real Madrid 2009–10 27831005113394
2010–11 3315675286148269
2011–12 342175311175523215
2012–13 2076743633351412
Total 1145122201283017101688140
Karriera totali 226943537231049291331614858


Korretti sas-2 ta' Marzu 2013.[8]

Franza Olympique Lyonnais

  • L-Aqwa Skorer tal-Ligue 1: 2007–08
  • Plejer tas-Sena tal-Ligue 1: 2007–08
  • Tim tas-Sena tal-Ligue 1: 2007–08
  1. "Benzema, le phénomène qui réveille le foot" (bil-Franċiż). Le Point. 2008-02-07. Miġbur 2008-09-18.
  2. "Benzema va signer pro" (bil-Franċiż). L'Équipe. 2005-01-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-27. Miġbur 2008-09-19.
  3. "Benzema prolonge à l'OL" (bil-Franċiż). L'Équipe. 2006-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-12-05. Miġbur 2008-09-22.
  4. "Lyons face battle to keep Karim Benzema" (bl-Ingliż). The Sunday Times. 2006-05-30. Miġbur 2008-02-24.
  5. "BENZEMA EXTENDS LYON CONTRACT". Sportinglife.com (bl-Ingliż). 2008-07-25. Miġbur 2008-09-22.
  6. "Benzema becomes one of the highest paid footballers in France". Afrik.com (bl-Ingliż). 2008-03-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-24. Miġbur 2008-09-22.
  7. "Transfert de Karim Benzema au Real Madrid" (bl-Ingliż). Olympique Lyonnais. 2009-07-01.
  8. "Statistika ta' Benzema". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-20. Miġbur 2008-09-19.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • (FR) Il-mudell {{Sit uffiċjali}} għandu nieqes l-identifikatur u l-entità ma teżistix fuq Wikidata.
  • Karim Benzema – statistika tal-kampjonat Franċiż fuq LFP Immodifika fuq Wikidata
  • Karim Benzema fuq National-Football-Teams.com Immodifika fuq Wikidata