UEFA Champions League 2007–08Dettalji tal-kompetizzjoni |
---|
Dati |
18 ta' Settembru 2007 – 21 ta' Mejju 2008 |
---|
Parteċipanti |
32 (minn konfederazzjoni waħda) |
---|
Pożizzjonijiet finali |
---|
Rebbieħ  |
Manchester United |
---|
It-Tieni post  |
Chelsea |
---|
Statistika tal-kompetizzjoni |
---|
Partiti |
125 |
---|
Gowls skorjati |
330 (2.64 kull logħba) |
---|
Attendenza |
5,380,947 (43,048 kull logħba) |
---|
L-aqwa skorer(s) |
Cristiano Ronaldo (8 gowls) |
---|
L-aqwa plejer |
Cristiano Ronaldo |
---|
|
Il-UEFA Champions League 2007–08 kienet it-53 edizzjoni tal-kampjonat massimu tal-futbol Ewropew.
Il-finali ntlagħbet fil-21 ta' Mejju fi Stadju Luzhniki f'Moska, fejn Manchester United lagħbu kontra Chelsea, fejn b'hekk din il-finali kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat-Tazza Ewropea bejn żewġ timijiet Ingliżi. Manchester United rebħu 6–5 bil-penalties, wara pari ta' 1–1 wara l-ħin supplementari.
76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-koeffiċjenti tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' Liechtenstein, li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-Montenegro, wara s-seperazzjoni tas-Serbja u Montenegro. Iċ-ċampjins minn San Marino u Andorra jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:[1]
- Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 16-53: 1 tim
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)
- 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53 (mhux inkluża Liechtenstein)
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)
- 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Bulgarija, Iżrael, Norveġja, Awstrija, Serbja, Polonja, Danimarka, u Ungerija)
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)
- 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 7 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 10-16
- 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
- 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3 (AC Milan, it-tim li spiċċa fir-raba' post mill-Italja, bħala ċampjins kurrenti, ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi tal-gruppi.
Fażi tal-gruppi: (32 tim)
- rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
- 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-9
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fis-17 ta' Lulju u fit-18 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-24 ta' Lulju u fil-25 ta' Lulju 2007.
Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fil-31 ta' Lulju u fl-1 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-7 ta' Awwissu u fit-8 ta' Awwissu 2007.
Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Awwissu 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-14 ta' Awwissu u fil-15 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-28 ta' Awwissu u fid-29 ta' Awwissu 2007. Rebbieħa f'dawn ir-rawnd ikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi, waqt li l-klabbs telliefa daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA. Minħabba l-mewt ta' Antonio Puerta, l-ewwel leg ta' Sevilla kontra AEK Athens kienet posposta għat-3 ta' Settembru.
Il-poloz itellgħu nhar il-Ħamis, 30 ta' Awwissu 2007 f'Monako. Il-poloz kienu ospitati minn Pedro Pinto u kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. Il-partiti ntlagħbu bejn it-18 ta' Settembru u it-12 ta' Diċembru 2007.
Skont il-paragrafu 6.05 tar-Regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:
- l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
- numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
- numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
|
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
|
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
|
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun
|
Mill-aħħar sittax li kkwalifikaw għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ logħbiet waħda ġewwa darhom u l-oħra barra minn darhom bl-istess regoli bħal fil-fażi ta' kwalifikazzjoni jiġu applikati. Fl-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra klabbs li spiċċaw fit-tieni u mhux ma' timijiet li huma mill-istess gruppi jew nazzjon.
Il-poloz tal-ewwel fażi (dik tal-aħħar sittax) kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Diċembru 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Giorgio Marchetti, id-direttur tal-UEFA tal-futbol professjonali.
Il-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Marzu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Rinat Dasayev, l-ambaxxatur tal-finali ta' Moska. Il-kontra tal-fażi tal-aħħar sittax, minn din il-fażi 'l quddiem, it-timijiet jistgħu jiltaqgħu ma' timijiet tal-istess grupp jew tal-istess pajjiż.
L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fid-19 ta' Frar u fl-20 ta' Frar, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-4 ta' Marzu u fil-5 ta' Marzu 2008. Minħabba li Milan u Inter Milan jaqsmu l-istess grawnd, it-tieni leg tal-logħba bejn Inter Milan u Liverpool tmexxiet għall-11 ta' Marzu.
L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-1 ta' April u fit-2 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-8 ta' April u fid-9 ta' April 2008.
L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fit-22 ta' April u fit-23 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-29 ta' April u fit-30 ta' April 2008.
Il-finali tal-UEFA Champions League 2008 intlagħbet fil-21 ta' Mejju 2008 fil-Luzhniki Stadium f'Moska, ir-Russja. Il-finali kienet bejn Manchester United u Chelsea, fejn din kienet l-ewwel finali fejn iż-żewġ kontestanti kienu mill-Ingilterra.
United rebħu l-logħba 6-5 bil-penalties wara li l-partita spiċċat pari ta' 1-1. Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor fis-26 minuta, qabel ma' Frank Lampard kiseb il-pari ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima. Ryan Giggs daħal bħala sostitut lejn l-aħħar tat-tieni taqsima fejn għamel is-759 apparenza fil-flokk ta' Manchester United, fejn stabilixxa rekord ġdid. Kmieni fil-ħin supplementari, Giggs kellu xutt salvat fuq il-linja minn John Terry. Lejn nofs it-tieni taqsima tal-ħin supplementari, kien hemm konfużjoni sħiħa li kienet tinvolvi lill-biċċa l-kbira tat-22 plejer fuq il-grawnd, u Didier Drogba ġie mkeċċi wara li ta daqqa ta' ħarta lil Nemanja Vidić quddiem ir-referì.
L-iskor baqa' l-istess, u l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Chelsea marru fil-vantaġġ fit-tieni rawnd meta Cristiano Ronaldo ra l-penalty salvat minn Petr Čech, fejn ta ċ-ċans lil John Terry li jrebbaħ it-tazza lil Chelsea fil-ħames penalty. Madanakollu, il-kaptan ta' Chelsea x'ħin kien se jagħti żelaq u l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ryan Giggs skorja s-sebgħa penalty, qabel ma' Edwin van der Sar salva l-penalty minn Nicolas Anelka biex inkuruna lil Manchester United bħala ċampjins tal-Ewropa għat-tielet darba.
Manchester United irrapreżentaw lill-Ewropa fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2008.
L-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2007–08 (il-fażi tal-gruppi u l-fażi eliminatorja biss) huma:[3]