Total ta' 76 tim minn 52 assoċjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganzza l-ebda kampjonat domesitku) ħadu sehem fiċ-Champions League 2010–11. Il-pajjiżi huma allokati postijiet skont il-koefiċċjenti tal-UEFA 2009, li tieħu l-prestazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej bejn l-2004–05 u 2008–09.
Minħabba li r-rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, Inter, kisbu post fil-fażi tal-gruppi grazzi għall-post fil-kampjonat domestiku, il-post għaċ-ċampjin renjanti fil-fażi tal-gruppi baqa' vojt. Sabiex jikkumpensa dan:
Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 13 (l-Iskozja) ġie promoss mit-tielet fażi ta' kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi.
Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 16 (id-Danimarka) ġie promoss mit-tieni fażi ta' kwalifikazzjoni għat-tielet waħda.
Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjonijiet 48 u 49 (il-Gżejjer Faroe u l-Lussemburgu) ġew promossi mill-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni għat-tieni waħda.
L-ewwel legs intlagħbu fid-29 u fit-30 ta' Ġunju, u t-tieni legs intlagħbu fis-6 u fis-7 ta' Lulju 2010. Madanakollu, l-ewwel logħba tal-kompetizzjoni (FC Santa Coloma vs. Birkirkara – 29 ta' Ġunju) ġiet imħassra minħabba li l-kundizzjonijiet tal-grawnd ma kienux adattati.[1]
Nota 1: Posposta minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-grawnd ikkawżati mill-ħafna xita li għamlet. FC Santa Coloma issuġġerew grawnd alternattiv, però l-UEFA tat lil Birkirkara rebħa ta' 3–0 fl-1 ta' Lulju.[2]
It-tielet rawnd ta' kwalifika kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fir-rawnd tal-play-off tal-UEFA Europa League 2010–11. L-ewwel legs intlagħbu fis-27 u t-28 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-3 u l-4 ta' Awwissu 2010.
L-ewwel legs saru fis-17 u t-18 ta' Awwissu, u t-tieni legs saru fl-24 u fil-25 ta' Awwissu 2010. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet taċ-ċampjins u dawk li mhumiex ċampjins jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2010–11.
Fil-fażi eliminatorja, timijet jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta' żewġ logħbiet ġewwa u barra minn darhom, minbarra l-partita finali li se tintlagħab f'Wembley Stadium f'Londra. It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd tal-aħħar sittax saret fis-17 ta' Diċembru, 2010, ġewwa l-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera.