Aqbeż għall-kontentut

Javier Hernández Balcázar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Javier Hernández

Hernández fl-2019
Informazzjoni personali
Isem sħiħJavier Hernández Balcázar
Twelid1 ta' Lulju 1988 (1988-07-01) (38 sena)
Guadalajara, Messiku
Tul1.75 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliLA Galaxy
Numru14
Mixtliet
1997–2006Guadalajara
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2010Guadalajara
2010–2015Manchester United
2014–2015→ Real Madrid (self)
2015–2017Bayer Leverkusen
2017–2019West Ham United
2019–2020Sevilla
2020–LA Galaxy
Tim nazzjonali
2009–Messiku

Javier "Chicharito" Hernández Balcázar (twieled fl-1 ta' Ġunju 1988) huwa plejer tal-futbol Messikan li jilgħab ma' LA Galaxy u mat-tim nazzjonali Messikan bħala attakkant.

Hu hu t-tifel ta' Javier Hernández Gutiérrez u n-neputi ta' Tomás Balcázar, li kienu lkoll eks-plejers internazzjonali Messikani.

Hernández iddebutta mal-klabb ta' Guadalajara fir-rebħa ta' 4–0 fuq Necaxa fl-Apertura 2006 fejn kien daħal bħala sostitut għal Omar Bravo fit-82 minuta u kien skorja l-aħħar gowl tal-konfront. Matul dak l-istaġun, fejn fiha lagħab erba' logħbiet, dan kien l-uniku gowl tiegħu. Fl-Apertura 2009, Hernández irnexxielu jispiċċa t-tielet l-aqwa skorer bi ħdax-il gowl minn sbatax-il partita. Għal dan l-istaġun 2009–10 skorja għaxar gowls fi ħdax-il logħba.

Fit-8 ta' April 2010, ġie uffiċjalizzat it-trasferiment ta' Hernández mal-klabb Ingliż ta' Manchester United suġġett għall-permess tax-xogħol.[1] Fis-27 ta' Mejju 2010, hu ngħata l-permess tax-xogħol u t-trasferiment sar uffiċjali fl-1 ta' Lulju.[2] Bħala parti mill-qbil it-tim tal-United lagħab logħba ta' ħbiberija ma' Chivas fil-grawnd il-ġdid nhar it-30 ta' Lulju 2010. Fl-ewwel logħba kompetittiva tiegħu kontra Chelsea mill-Community Shield, hu skorja t-tieni gowl tal-logħba fir-rebħa ta' 3–1. Id-debutt fil-Premier League wasal fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fis-16 ta' Awwissu, meta ħa post Wayne Rooney. Fid-29 ta' Settembru, sab għall-ewwel ix-xibka għall-ewwel darba meta skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' 1–0 kontra Valencia fil-UEFA Champions League. Hu skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat fil-pari ta' 2–2 kontra West Bromwich Albion fis-16 ta' Ottubru. Tmint ijiem wara skorja l-ewwel doppjetta tiegħu hekk kif United ħarġu rebbieħa 2–1 barra minn darhom kontra Stoke City. Matul l-istaġun il-vena tal-gowls kompliet fejn skorja f'kull kompetizzjoni li fiha ħadu sehem, fosthom l-ewwel gowl wara biss 36 sekonda fir-rebħa ta' 2–1 tat-8 ta' Mejju kontra Chelsea, li poġġiet lil United punt wieħed biss 'il bogħod mir-rebħ tat-titlu. Dan il-gowl għamlu l-ewwel plejer li skorja għoxrin gowl għall-klabb fl-ewwel staġun tiegħu mill-istaġun 2001–02 meta Ruud van Nistelrooy kien laħaq l-istess tragward.[3] Hernández temm l-istaġun b'20 gowl u bir-rebħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena Sir Matt Busby ivvutat mill-partitarji.[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel logħba tiegħu mat-tim nazzjonali Messikan waslet fit-30 ta' Settembru 2009 kontra l-Kolombja. L-ewwel gowls tiegħu waslu fl-24 ta' Frar 2010 meta skorja doppjetta fir-rebħa ta' 5–0 fuq il-Bolivja.

Għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010, Hernández ġie inkluż fost il-lista tat-23 plejer. F'din il-kompetizzjoni lagħab l-ewwel logħba tiegħu meta daħal bħala sostitut fit-73 minuta kontra l-Afrika t'Isfel. Fit-tieni partita tal-grupp kontra Franza, skorja l-ewwel gowl għall-Messiku fir-rebħa ta' 2–0. Għal din il-partita ġie magħżul bħala l-plejer tal-partita. Fis-27 ta' Ġunju 2010, hu ngħata għall-ewwel darba post mal-ewwel ħdax fil-partita mill-aħħar sittax kontra l-Arġentina fejn skorja l-gowl tal-bandiera, fit-telfa ta' 3–1 li fissret l-eliminazzjoni.

Nhar il-5 ta' Ġunju 2011, skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta' 5–0 fuq El Salvador, l-ewwel logħba mill-CONCACAF Gold Cup 2011. Erbat ijiem wara skorja darbtejn oħra kontra l-Kuba, u nhar it-18 ta' Ġunju 2011, Hernández skorja l-gowl tar-rebħa kontra l-Gwatemala biex tefa' lill-Messiku sas-semifinali. Fil-logħba kontra l-Ħonduras tat-22 ta' Ġunju, hu għen lill-Messiku jaċċessaw il-finali meta skorja t-tieni gowl fil-ħin barrani fir-rebħa ta' 2–0. Hernández temm il-Gold Cup bħala l-aqwa skorer b'seba' gowls u ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tat-tornew, flimkien mar-rebħa fil-finali kontra l-Istati Uniti.

Statistika korretta sal-10 ta' Marzu 2013[5]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn Total
PreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowls
Guadalajara 2006–07 8100–100091
2007–08 6000–4010110
2008–09 22430–7300327
2009–10 282100–00002821
Total 642630–123108029
Manchester United 2010–11 2713513194114520
2011–12 2810100072003612
2012–13 158542163–2816
Total 7031115522291110948
Total tal-karriera 134571455234122118977
Guadalajara
Manchester United
Real Madrid

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ↑ Communications Dept. (2010-04-08). "Reds agree Hernandez deal" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2010-04-08.
  2. ↑ Tuck, James (2010-05-27). "Chicharito granted work permit" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2010-05-27.
  3. ↑ Taylor, Daniel (2011-05-09). "Manchester United on brink of record 19th title after win over Chelsea" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2011-08-07.
  4. ↑ Tuck, James (2011-05-18). "Fans honour Hernandez" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2011-08-07.
  5. ↑ Endlar, Andrew. "Javier Hernandez". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2010-02-23.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]