Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
| Sport | Futbol |
|---|---|
| Fundazzjoni | 2000 |
| Nru. ta' timijiet | 32 |
| Reġjun | Internazzjonali (FIFA) |
| Ċampjin attwali |
|
| L-aktar rebħiet |
(5 titli) |
| Sit elettroniku | fifa.com |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs hija kompetizzjoni tal-futbol li fiha jipparteċipaw ir-rebbieħa tas-sitt kontinenti, allavolja mill-2007 ir-rebbieħa tal-konfederazzjoni Oċeanika jridu jilgħabu play-off kontra ċ-ċampjin tal-pajjiż li jkun qiegħed jospita l-logħob.
L-ewwel edizzjoni seħħet ġewwa l-Brażil f'Jannar tal-2000. Il-FIFA għażlitha bħala s-sostitut għat-Tazza Interkontinentali li kienet issir kull sena f'Tokjo, fil-Ġappun bejn ir-rebbieħa tal-Ewropa u dawk tal-Amerika t'Isfel. Wara waqfa, il-kompetizzjoni reġgħet ġiet introdotta fl-2005 u minn dakinhar baqgħet bħala l-unika kompetizzjoni internazzjonali għall-klabbs tal-futbol.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel edizzjoni tas-sena 2000, li saret ġewwa l-Brażil, kienet tikkonsisti minn tmien timijiet: is-sitt rebbieħa kontinentali, ir-rebbieħ attwali tal-Tazza Interkontinentali u ċ-ċampjins tal-pajjiż ospitu. Din il-kompetizzjoni kienet kemmxejn kontroversjali, speċjalment meta l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu jirtira mit-tazza nazzjonali tal-FA Cup sabiex jieħu sehem f'dan it-turnew. Il-ftuħ tal-kompetizzjoni kienet mifhumha minn ftit bħala parti minn "ġlieda" bejn il-FIFA u l-UEFA, li kienu qed jikkompetu għall-kontroll tal-futbol internazzjonali għall-klabbs: it-Tazza Interkontinentali kienet 'il barra mill-ġurisdizzjoni tal-FIFA.[1] Il-finali tas-sena 2000 kienet missielta bejn żewġ timijiet Brażiljani u kienet ikkunsidrata bħala logħba li naqset li toffri livell tajjeb ta' futbol.[2]
It-tieni edizzjoni kienet mistennija li ssir ġewwa Spanja fl-2001, u li fiha jieħdu sehem tnax-il tim. Dan l-avveniment però ġie imħassar, prinċiparjament minħabba l-kollass tas-sieħeb fil-kummerċ tal-FIFA, l-ISL. Wara li l-edizzjoni tal-2003 ġiet ukoll imħassra, eventwalment, il-FIFA qablet li t-Tazza Interkontinentali u din il-kompetizzjoni jiġu magħqudin ma' xulxin. L-aħħar edizzjoni tat-Tazza Interkontinentali kienet fl-2004, bl-ewwel turnew tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs isir fil-Ġappun bejn il-11 u t-18 ta' Diċembru, 2005.
Il-verżjoni l-ġdida tal-2005 kienet fuq skala iżgħar ta' żmien, fejn naqqas il-problema tal-iskedar tat-turnew matul l-istaġuni differenti tal-klabbs madwar kull kontenut. Dan kien jinkludi ċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjonijiet kontinentali, bir-rebbieħa mill-CONMEBOL u l-UEFA jingħataw post awtomatiku fis-semifinali tal-kompetizzjoni.
Il-kompetizzjoni baqgħet issir kull sena mill-2006 sal-2008 ġewwa l-Ġappun, bl-edizzjonijiet tal-2009 u l-2010 jiġu miżmuma fl-Emirati Għarab Magħquda. Għall-edizzjoni tal-2007, intlagħbet partita ta' spareġġ bejn iċ-ċampjin taż-żona Oċeanika u ċ-ċampjin tal-pajjiż ospitu għal post fil-kwarti tal-finali sabiex iqajjem interess fit-turnew. L-introduzzjoni mill-ġdid tal-logħba għall-ħames post fil-kompetizzjoni tal-2008 wasslet għal tkabbir fit-total ta' flus mogħtija minn $500,000 għal $16.5 miljun. B'din l-introduzzjoni l-ġdida, ir-rebbieħ ħadu $5 miljun, tat-tieni post ħadu $4 miljun, it-tim li spiċċa fit-tielet post kiseb is-somma ta' $2.5 miljun, ir-raba' tim ikklassifikat ħa $2 miljuni, it-tim fil-ħames post ħadu $1.5 miljun, it-tim li spiċċa fis-sitt post kiseb $1 miljun, waqt li tas-seba' post $500,000.[3]
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]| Sena | Ballun tad-Deheb | Ballun tal-Fidda | Ballun tal-Bronż | L-Aqwa Skorer | Logħob Rett |
|---|---|---|---|---|---|
| 2000 | |||||
| 2005 | |||||
| 2006 | |||||
| 2007 | |||||
| 2008 | |||||
| 2009 | |||||
| 2010 | |||||
| 2011 | |||||
| 2012 |
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]Skont il-pajjiż
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Rebbieħa | Finalisti telliefa | It-Tielet | Ir-Raba' |
|---|---|---|---|---|
| 8 (2009, 2011, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2022) | 1 (2006) | 1 (2025) | 1 (2000) | |
| 5 (2008, 2019, 2021, 2023, 2025) | 2 (2005, 2012) | |||
| 4 (2000, 2005, 2006, 2012) | 6 (2000, 2011, 2017, 2019, 2021, 2023) | 4 (2010, 2013, 2022, 2025) | 1 (2020) | |
| 2 (2013, 2020) | ||||
| 2 (2007, 2010) | ||||
| 4 (2007, 2009, 2014, 2015) | 1 (2018) | |||
| 1 (2020) | 4 (2000, 2012, 2017, 2019) | 5 (2006, 2008, 2009, 2014, 2016) | ||
| 1 (2016) | 3 (2007, 2008, 2015) | 3 (2011, 2018, 2023) | ||
| 1 (2022) | 3 (2005, 2019, 2021) | |||
| 1 (2018) | 1 (2017) | |||
| 1 (2008) | ||||
| 1 (2013) | ||||
| 1 (2010) | ||||
| 1 (2025) | ||||
| 4 (2006, 2020, 2021, 2023) | 2 (2012, 2022) | |||
| 1 (2009) | 1 (2010) | |||
| 1 (2005) | ||||
| 1 (2011) | ||||
| 1 (2014) | ||||
| 1 (2016) | ||||
| 2 (2013, 2015) | ||||
| 1 (2007) |
Skont il-klabb
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | Rebbieħa | Finalisti telliefa | It-Tielet | Ir-Raba' |
|---|---|---|---|---|
| 5 (2014, 2016, 2017, 2018, 2022) | 1 (2025) | 1 (2000) | ||
| 3 (2009, 2011, 2015) | 1 (2006) | |||
| 2 (2021, 2025) | 1 (2012) | |||
| 2 (2000, 2012) | ||||
| 2 (2013, 2020) | ||||
| 1 (2019) | 1 (2005) | |||
| 1 (2006) | (2010) | |||
| 1 (2010) | ||||
| 1 (2008) | ||||
| 1 (2023) | ||||
| 1 (2007) | ||||
| 1 (2005) | ||||
| 1 (2011) | ||||
| 1 (2010) | ||||
| 1 (2009) | ||||
| 1 (2008) | ||||
| 1 (2007) | ||||
| 1 (2000) | ||||
| 1 (2012) | ||||
| 1 (2011) | ||||
| 1 (2009) | ||||
| 1 (2008) | ||||
| 1 (2007) | ||||
| 1 (2006) | 1 (2012) | |||
| 1 (2005) | ||||
| 1 (2000) | ||||
| 1 (2011) | ||||
| 1 (2010) | ||||
| 1 (2009) | ||||
| 1 (2008) | ||||
| 1 (2007) | ||||
| 1 (2006) | ||||
| 1 (2005) |
Skont il-konfederazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]| Konfederazzjoni | Rebbieħ | Finalista tellief | It-Tielet | Ir-Raba' |
|---|---|---|---|---|
| UEFA | 17 (2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021, 2022, 2023, 2025) | 4 (2005, 2006, 2012, 2025) | 1 (2025) | 1 (2000) |
| CONMEBOL | 4 (2000, 2005, 2006, 2012) | 11 (2000, 2007, 2008, 2009, 2011, 2014, 2015, 2017, 2019, 2021, 2023) | 6 (2010, 2013, 2016, 2018, 2022, 2025) | 1 (2020) |
| AFC | 3 (2016, 2018, 2022) | 5 (2007, 2008, 2009, 2011, 2015) | 10 (2005, 2010, 2011, 2013, 2015, 2017, 2018, 2019, 2021, 2023) | |
| CAF | 2 (2010, 2013) | 4 (2006, 2020, 2021, 2023) | 3 (2007, 2012, 2022) | |
| CONCACAF | 1 (2020) | 5 (2000, 2005, 2012, 2017, 2019) | 5 (2006, 2008, 2009, 2014, 2016) | |
| OFC | 1 (2014) |
Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Football's global power struggle" (bl-Ingliż). BBC. 1999-12-20.
- ^ "Corinthians crowned world champions" (bl-Ingliż). BBC. 2000-01-15.
- ^ "Organising committee approves tournament format with reintroduction of match for fifth place" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-03-12. Miġbur 2008-03-13.