Gareth Bale

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Gareth Bale
Gareth Bale July 2010.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Gareth Frank Bale
Twelid 16 ta' Lulju 1989 (1989-07-16) (28 sena)
Cardiff
Pajjiż Bandiera ta' Wales Wales
Tul 1.83 m
Rwol Midfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Real Madrid
Numru 11
Klabbs ġovanili
Cardiff Civil Service
2005–2006 Southampton
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2006–2007 Southampton 40 (5)
2007–2013 Tottenham Hotspur 146 (42)
2013– Real Madrid 27 (15)
Tim nazzjonali
2006–2008 Wales U21 4 (2)
2006– Wales 44 (12)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 10:07, 2 Settembru 2013

Gareth Frank Bale (Cardiff, 16 ta' Lulju 1989) huwa futboler Galliku li jilgħab mal-klabb Spanjol ta' Real Madrid u t-tim nazzjonali ta' Wales.

Bale beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Southampton, fejn beda jilgħab bħala difensur xellugi. Fl-2007 issieħeb ma' Tottenham Hotspur għal £7 miljun. Iż-żmien tiegħu ma' Tottenham, rah jittrasforma għal plejer iktar offensiv. Mill-istaġun 2009–10, Bale sar parti integrali tat-tim, fejn beda jattira interess fuqu wara l-kampanja tal-UEFA Champions League 2010–11.[1][2][3] Hu ġie msemmi l-Plejer tas-Sena tal-PFA fl-2011 u l-2013, u ġie msemmi fit-Tim tas-Sena tal-UEFA fl-2011.

Magħruf għall-veloċià li jħaddan u l-kwalitajiet fiżiċi tiegħu, f'Settembru tal-2013 hu ngħaqad mal-klabb tal-La Liga Spanjola Real Madrid għas-somma rekord ta' €100 miljun.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Bale twieled ġewwa Cardiff, il-Wales, minn Frank, purtinar fi skola, u Debbie, maniġer tal-operazzjonijiet;[4] hu attenda fl-iSkola Primarja Eglwys Newydd li tinsab ġewwa Whitchurch.[5] Huwa n-neputi tal-eks futboler ta' Cardiff City Chris Pike.[6] Hu kien għamel żmien qasir fl-iskola hekk kif waslet l-ewwel attenzjoni ta' Southampton fl-età ta' disa snin, meta kien jilgħab f'kampjonat ta' six-a-side mal-ewwel klabb tiegħu, Cardiff Civil Service Football Club.[7] Meta kiber, l-eroj tal-futbol tiegħu kien il-plejer Galliku ta' Manchester United Ryan Giggs.[8]

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Southampton[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-17 ta' April 2006, fl-età ta 16-il sena u 275 ġurnata, Bale sar it-tieni l-iżgħar plejer li lagħab għal Southampton (wara Theo Walcott, li kien 132 ġranet iżgħar) meta għamel id-debutt tiegħu f'rebħa ta' 2–0 kontra Millwall. Fis-6 ta' Awwissu, Bale skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat minn free kick, fid-dro ta' 2–2 kontra Derby County ġewwa Pride Park.[9]

Huwa skorja darb'oħra minn free-kick, f'St Mary's Stadium, kontra Coventry City[10] fit-tieni logħba tat-tim tal-istaġun 2006–07. Bale żviluppa aktar ir-reputazzjoni tiegħu bħala speċjalist tal-free kicks meta huwa laqat il-lasta minn wieħed kontra West Bromwich Albion.[11] Fis-16 ta' Diċembru 2006, il-gowls totali ta' Bale telgħu għal ħamsa, kontra Sunderland[12] free-kick kontra Hull[13] u kontra Norwich City.

Il-logħba finali tiegħu għal Southampton kienet fl-ewwel leg tas-semifinali taċ-Championship play-off kontra Derby County fit-12 ta' Mejju 2007. Bale kien weġgħa matul it-tieni taqsima, b'hekk ma setgħax jilgħab fit-tieni leg.[14][15] B'kollox, huwa għamel 45 apparenza għal Southampton, u skorja ħames gowls.

Tottenham Hotspur[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-25 ta' Mejju 2007, Bale iffirma ftehim ta' erba' snin ma' Tottenham Hotspur bi ħlas inizjali ta' £5 miljuni, potenzjalment telgħu għal £10 miljuni ibbażati fuq apparenzi u suċċess.[16] Madankollu, Tottenham ħalsu lil Southampton ħlas b'konklużjoni bikrija ta' £2 miljuni fl-2008 biex inaqqsu t-tariffa finali għal £7 miljuni u jippermettu lis-Saints flus immedjati li hemm bżonn b'mod iddisprat.

Bale lagħab l-ewwel logħba tiegħu għal Tottenham f'logħba ta' ħbiberija kontra St. Patrick's Athletic fit-12 ta' Lulju 2007, iżda ġie sostitwit fit-80 minuta minħabba siequ. Huwa għamel id-debutt kompetittiv tiegħu għal Tottenham Hotspur fis-26 ta' Awwissu kontra Manchester United ġewwa Old Trafford. Fit-tieni dehra tiegħu, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Tottenham fid-dro ta' 3–3 kontra Fulham fl-1 ta' Settembru.[17] Bale mar biex jerġa jiskurja minn free kick kontra Arsenal fid-Derby tat-Tramuntana ta' Londra.[18] Huwa mbagħad skorja fil-League Cup kontra Middlesbrough.[19]

Fid-29 ta' Settembru 2010, Bale skorja l-ewwel gowl tiegħu fiċ-Champions League f'rebħa ta' 4–1 kontra ċ-ċampjins Olandiżi FC Twente fit-tieni logħba mill-fażi tal-gruppi. Bħala rikonoxximent, hu kien imsemmi l-Plejer tas-Sena ta' Wales mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Wales.[20] Fl- 20 ta' Ottubru 2010, Bale skorja l-ewwel tripletta tiegħu kontra ċ-Ċampjins Ewropej Internazionale f'San Siro. Tottenham kienu tilfu l-logħba 4–3, huma kienu 4–0 minn taħt mal-ewwel 35 minuta u lagħbu 80 minuta b'għaxar plejers wara li l-gowler Heurelho Gomes tkeċċa minħabba li wettaq fawl fuq il-plejer ta' Inter Jonathan Biabiany.[21] Fil-logħba tar-ritorn ġewwa White Hart Lane fit-2 ta' Novembru, Bale provda l-prestazzjoni tar-raġel tal-partita, billi għamel żewġ assisti lil Peter Crouch u Roman Pavlyuchenko f'rebħa memorabbli ta' 3–1.[22]

Real Madrid[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1 ta' Settembru 2013, il-klabb Spanjol Real Madrid ħabbar li kien laħaq ftehim għat-trasferiment ta' Bale,[23][24] billi ffirma kuntratt ta' sitt snin għal ħlas ta' $132 miljun (£85.3 miljun) (€100 miljun).[25][26][27] Dan it-trasferiment kiser ir-rekord dinji preċedenti ta' Cristiano Ronaldo talli kien l-aktar plejer għoli fl-istorja. Bale ġie assenjat in-numru 11 tal-flokk.[28]

Bale skorja fid-debutt tiegħu għal Real Madrid, gowl li wasal fit-38 minuta kontra Villarreal CF, qabel ma ġie sostitwit minn Ángel di María.[29]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Bale ġie magħżul mill-Wales fl-aħħar tal-istaġun 2005-06 u għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fis-27 ta' Mejju 2006.[30] Huwa deher l-ewwel darba bħala sostitut f'rebħa ta' 2–1 kontra t-Trinidad and Tobago, dan id-debutt għamel lil Bale l-iżgħar plejer ta' kull żmien li lagħab għal Wales.[31] Bale, li kellu biss 16-il sena u 315 ġurnata, assistita l-gowl tar-rebħa skorjat minn Robert Earnshaw.

Brian Flynn ikkummenta li Bale kien potenzjalment stilla tal-futur tal-logħba, kif ukoll qabbel il-kapaċità teknika tiegħu ma' ta' Ryan Giggs.[32] Fis-7 ta' Ottubru 2006, Bale sar l-iżgħar plejer ta' kull żmien li skorja għat-tim nazzjonali ta' Wales f'logħba tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra l-Islovenja minn free kick.[33] Hu skorja t-tieni gowl tiegħu għal Wales f'rebħa ta' 3–0 kontra San Marino fit-28 ta' Marzu 2007.

Bale kien eliġibbli biex jilgħab għall-Ingilterra minħabba nanntu, iżda fl-2007 huwa qal:

"Huwa unur li nilagħab għal Wales...Ħadd qatt ma' kien viċin tiegħi personalment mill-Ingilterra, minbarra l-aġent tiegħi."[34]

Statistika[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Aġġornata sal-24 ta' Mejju 2014[35]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Ewropa Oħrajn1 Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Southampton 2005–06 2 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 0
2006–07 38 5 1 0 3 0 0 0 1 0 43 5
Total 40 5 1 0 3 0 0 0 1 0 45 5
Tottenham Hotspur 2007–08 8 2 0 0 1 1 3 0 0 0 12 3
2008–09 16 0 2 0 5 0 7 0 0 0 30 0
2009–10 23 3 8 0 3 0 0 0 0 0 34 3
2010–11 30 7 0 0 0 0 11 4 0 0 41 11
2011–12 36 9 4 2 0 0 2 1 0 0 42 12
2012–13 33 21 2 1 1 1 8 3 0 0 44 26
Total 146 42 16 3 10 2 31 8 0 0 203 55
Real Madrid 2013–14 27 15 5 1 12 6 0 0 44 22
Total 27 15 5 1 12 6 0 0 44 22
Total tal-karriera 213 62 22 4 13 2 43 14 1 0 292 82

1 Inklużi l-play-offs tal-Football League Championship

Tim nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Tim nazzjonali ta' Wales
Sena Preż Gowls
2006 4 1
2007 7 1
2008 5 0
2009 7 0
2010 4 1
2011 6 3
2012 5 3
2013 5 2
2014 1 1
Total 44 12

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Punteġġi u r-riżultati tal-Wales qegħdin fil-lista x-xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 7 ta' Ottubru 2006 Millennium Stadium, Cardiff, Wales Flag of Slovakia.svg Slovakkja 1–2 1–5 Kwal. Ewropej 2012
2. 28 ta' Marzu 2007 Millennium Stadium, Cardiff, Wales Flag of San Marino.svg San Marino 2–0 3–0 Kwal. Ewropej 2012
3. 12 ta' Ottubru 2010 St. Jakob-Park, Bażel, Żvizzera Flag of Switzerland.svg Żvizzera 1–1 1–4 Kwal. Ewropej 2012
4. 7 ta' Ottubru 2011 Liberty Stadium, Swansea, Wales Flag of Switzerland.svg Żvizzera 2–0 2–0 Kwal. Ewropej 2012
5. 11 ta' Ottubru 2011 Vasil Levski National Stadium, Sofija, Bulgarija Flag of Bulgaria.svg Bulgarija 1–0 1–0 Kwal. Ewropej 2012
6. 12 ta' Novembru 2011 Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales Flag of Norway.svg Norveġja 1–0 4–1 Logħba ta' ħbiberija
7. 11 ta' Settembru 2012 Stadion Karađorđe, Novi Sad, Serbja Flag of Serbia.svg Serbja 1–2 1–6 Kwal. Tazza tad-Dinja 2014
8. 12 ta' Ottubru 2012 Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales Flag of Scotland.svg Skozja 1–1 2–1 Kwal. Tazza tad-Dinja 2014
9. 12 ta' Ottubru 2012 Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales Flag of Scotland.svg Skozja 2–1 2–1 Kwal. Tazza tad-Dinja 2014
10. 6 ta' Frar 2013 Liberty Stadium, Swansea, Wales Flag of Austria.svg Awstrija 1–0 2–1 Logħba ta' ħbiberija
11. 26 ta' Marzu 2013 Liberty Stadium, Swansea, Wales Flag of Croatia.svg Kroazja 1–0 1–2 Kwal. Tazza tad-Dinja 2014
12. 5 ta' Marzu 2014 Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales Flag of Iceland.svg Iżlanda 3–1 3–1 Logħba ta' ħbiberija

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Southampton (Akkademja)
  • Premier League (Akkademja): 2005–06
Real Madrid

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ (Ingliż) Riise: Bale is world's best left winger. ESPN Soccernet, 10 ta' Novembru 2011
  2. ^ (Ingliż) Fabio – Bale is world's best, Sky Sports, 9 ta' Marzu 2011.
  3. ^ (Ingliż) Gareth Bale has everything says Tottenham manager Harry Redknapp, BBC Sport, 28 ta' Diċembru 2011.
  4. ^ (Ingliż) Grant , Bale Model, News Group Newspapers.
  5. ^ (Ingliż) Hall Of Fame. Eglwys Newydd Primary School
  6. ^ (Ingliż) Bluebirds of a feather are flocking together, Media Wales, 8 ta' Diċembru 2008.
  7. ^ (Ingliż) Mentor’s advice to Gareth could come to fruition as foreign legion close in. Wales Online, 22 ta' Ottubru 2010
  8. ^ (Ingliż) Chris , Gareth Bale interview: born to run, Telegraph Media Group, 31 ta' Jannar 2011.
  9. ^ (Ingliż) Derby 2 Southampton 2. Southampton FC
  10. ^ (Ingliż) Saints 2 Coventry 0. Southampton FC
  11. ^ (Ingliż) Saints 0 West Brom 0. Southampton FC
  12. ^ (Ingliż) Sunderland 1 Saints 1. Southampton FC
  13. ^ (Ingliż) Hull v Saints. Southampton FC
  14. ^ (Ingliż) Southampton 1–2 Derby, BBC Sport, 12 ta' Mejju 2007.
  15. ^ (Ingliż) Bale KO'd for two weeks, Newsquest, 13 ta' April 2007.
  16. ^ (Ingliż) Tottenham complete Bale transfer, BBC Sport, 25 ta' Mejju 2007.
  17. ^ (Ingliż) Nathan , Fulham 3–3 Tottenham, BBC Sport, 1 ta' Settembru 2007.
  18. ^ (Ingliż) Tottenham 1–3 Arsenal, BBC Sport, 15 ta' Settembru 2007.
  19. ^ (Ingliż) Tottenham 2–0 Middlesbrough, BBC Sport, 26 ta' Settembru 2007.
  20. ^ (Ingliż) Brains FAW Awards Evening 2010. Football Association of Wales, 4 ta' Ottubru 2010
  21. ^ (Ingliż) Inter Milan 4–3 Tottenham, BBC Sport, 20 ta' Ottubru 2010.
  22. ^ (Ingliż) Tottenham 3–1 Inter Milan, BBC Sport, 2 ta' Novembru 2010.
  23. ^ (Ingliż) Bale, nuevo jugador del Real Madrid, Real Madrid CF, 1 ta' Settembru 2013.
  24. ^ (Ingliż) Club announcement, Tottenham Hotspur, 1 ta' Settembru 2013.
  25. ^ (Ingliż) Real Madrid Sign Midfielder Gareth Bale For World-Record $132 Million. CBS News New York
  26. ^ (Ingliż) Bale seals transfer move to Real Madrid. FOX Soccer
  27. ^ (Ingliż) Gareth Bale joins Real Madrid from Spurs in £85m world record deal, BBC Sport, 1 ta' Settembru 2013.
  28. ^ (Ingliż) Gareth Bale: Real Madrid star will keep his feet firmly on the ground, BBC Sports, 1 ta' Settembru 2013.
  29. ^ (Ingliż) Villarreal v Real Madrid – live!, The Guardian, 14 ta' Settembru 2013.
  30. ^ (Ingliż) Bale savours record Wales debut, BBC Sport, 28 ta' Mejju 2006.
  31. ^ (Ingliż) Injured Bale out for three months, 10 ta' Diċembru 2007.
  32. ^ (Ingliż) The £10 million man
  33. ^ (Ingliż) Sean , Wales 1–5 Slovakia, BBC Sport, 7 ta' Ottubru 2006.
  34. ^ (Ingliż) Bale: I could have played for England but playing for Wales is an honour, Associated Newspapers, 3 ta' Awwissu 2007.
  35. ^ (Ingliż) Gareth Bale All time playing career. Soccerbase. Aċċess tal-URL: 4 ta' Awissu 2013.
  36. ^ (Ingliż) 17th Football Presentation Awards Evening. Football Association of Wales, 13 ta' Novembru 2007
  37. ^ (Ingliż) Bale claims public vote. Football Association, 1 ta' Marzu 2010
  38. ^ (Ingliż) Gareth, Daws scoop awards, Tottenham Hotspur FC, 3 ta' Mejju 2010.
  39. ^ (Ingliż) Gareth Bale named Wales' player of the year, BBC Sport, 4 ta' Ottubru 2010.
  40. ^ (Ingliż) Gareth Bale retains FA of Wales player of the year award, BBC Sport, 4 ta' Ottubru 2011.
  41. ^ (Ingliż) Gareth Bale wins BBC Wales Sports Personality award, BBC Sport, 6 ta' Diċembru 2010.
  42. ^ (Ingliż) UEFA.com users' Team of the Year 2011 revealed. UEFA, 18 ta' Jannar 2012
  43. ^ (Ingliż) Bale scoops Player of the Month award. Premier League, 30 ta' April 2010
  44. ^ (Ingliż) Gareth Bale & Andre Villas-Boas earn player and manager awards. BBC Sport, 1 ta' Marzu 2013

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]