Premier League 2008–09

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Premier League 2008–09
Rebbieħa Manchester United
Relegati Newcastle United
Middlesbrough
West Bromwich Albion
Logħbiet 380
Gowls skurjati 942 (2.48 kull logħba)
Bidu tal-istaġun 16 ta' Awwissu 2008
Tmiem tal-istaġun 24 ta' Mejju 2009

Il-Premier League 2008–09 kien is-sbatax-il edizzjoni tal-Premier League minn meta ġie stabbilit fl-1992. Manchester United ġew inkurunati ċampjins għall-ħdax-il darba u għat-tielet darba konsekuttiva fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun. Il-kampjonat beda fis-16 ta' Awwissu 2008,[1] u spiċċa fl-24 ta' Mejju 2009. Total ta' għoxrin tim ikkontestaw dan il-kampjonat, li jikkonsistu minn sbatax li ħadu sehem fl-istaġun ta' qabel u tlieta li ġew promossi mill-Football League Championship.

Minn dan l-istaġun, il-klabbs huma permessi li jagħżlu seba' plejers fuq il-bank tas-sostituti minflok ħamsa.[2] Dan l-istaġun hu differenti wkoll minħabba li ma kienx hemm il-partita tradizzjonali tal-Ewwel tas-Sena. Din hi minħabba li t-Tielet Rawnd tal-FA Cup li tradizzjonalment tintlagħab fl-ewwel Sibt ta' Jannar, ħabtet fl-istess ġurnata tal-logħob tal-Ewwel tas-Sena mill-kampjonat.[3]

L-ewwel gowl tal-istaġun ġie skurjat fl-ewwel logħba tal-istaġun mill-plejer tal-Arsenal Samir Nasri kontra t-tim promoss ta' West Bromwich Albion fir-raba' minuta tal-ewwel taqsima.[4] Gabriel Agbonlahor tal-Aston Villa skorja l-ewwel tripletta tal-istaġun kontra Manchester City, fejn irnexxielu jagħmel dan f'temp ta' seba' minuti.[5]

Manchester United ħadu t-titlu tal-Premier League wara dro kontra Arsenal nhar is-16 ta' Mejju 2009, li tahom il-ħdax-il titlu tal-kampjonat, u t-tmintax-il wieħed totali, fejn b'hekk ugwaljaw ir-rekord miżmum minn Liverpool. Din kienet it-tieni darba li t-titlu rebħuh għal tliet snin infila, wara s-serje ta' rebħiet fl-2001. West Bromwich Albion saru l-ewwel tim relegat għaċ-Championship wara telfa ta' 2–0 ġewwa darhom kontra Liverpool nhar is-17 ta' Mejju 2009. Magħhom ingħaqdu Middlesbrough u Newcastle United li fl-aħħar ġurnata tal-istaġun tilfu kontra West Ham United u Aston Villa rispettivament. Dan ifisser li Hull City u Sunderland salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni minkejja li tilfu kontra Manchester United u Chelsea. Din kienet l-ewwel darba mill-istaġun 2005–06 li aktar minn tim promoss wieħed żamm postu fil-Premier League.

Promozzjoni u relegazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Timijiet promossi mill-Football League Championship 2007–08

Timijiet relegati għall-Football League Championship 2008–09

Klassifika[immodifika | immodifika s-sors]

Poż Tim L R D T GF GK DG Pti
1 Manchester United  (Ċ) 38 28 6 4 68 24 +44 90
2 Liverpool 38 25 11 2 77 27 +50 86
3 Chelsea 38 25 8 5 68 24 +44 83
4 Arsenal 38 20 12 6 68 37 +31 72
5 Everton 38 17 12 9 55 37 +18 63
6 Aston Villa 38 17 11 10 54 48 +6 62
7 Fulham 38 14 11 13 39 34 +5 53
8 Tottenham Hotspur 38 14 9 15 45 45 0 51
9 West Ham United 38 14 9 15 42 45 −3 51
10 Manchester City 38 15 5 18 58 50 +8 50
11 Wigan Athletic 38 12 9 17 34 45 −11 45
12 Stoke City 38 12 9 17 38 55 −17 45
13 Bolton Wanderers 38 11 8 19 41 53 −12 41
14 Portsmouth 38 10 11 17 38 57 −19 41
15 Blackburn Rovers 38 10 11 17 40 60 −20 41
16 Sunderland 38 9 9 20 34 54 −20 36
17 Hull City 38 8 11 19 39 64 −25 35
18 Newcastle United  (R) 38 7 13 18 40 59 −19 34
19 Middlesbrough  (R) 38 7 11 20 28 57 −29 32
20 West Bromwich Albion  (R) 38 8 8 22 36 67 −31 32

Sors: Barclays Premier League
Minħabba li l-finalisti tal-FA Cup (Chelsea u Everton) ikkwalifikaw għall-Ewropa grazzi għall-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika, it-tim fis-sitt post irċieva post fl-Europa League. Ir-rebħa tal-League Cup minn Manchester United tat, il-post fl-Ewropa ngħata lit-tim li spiċċa fis-seba' post.

Leġġenda
Kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League
Relegazzjoni għall-Football League Championship

Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]

Intern \ Estern1 ARS AST BLA BOL CHE EVE FUL HUL LIV MNC MNU MID NEW POR STK SUN TOT WBA WHU WIG
Arsenal 0–2 4–0 1–0 1–4 3–1 0–0 1–2 1–1 2–0 2–1 2–0 3–0 1–0 4–1 0–0 4–4 1–0 0–0 1–0
Aston Villa 2–2 3–2 4–2 0–1 3–3 0–0 1–0 0–0 4–2 0–0 1–2 1–0 0–0 2–2 2–1 1–2 2–1 1–1 0–0
Blackburn 0–4 0–2 2–2 0–2 0–0 1–0 1–1 1–3 2–2 0–2 1–1 3–0 2–0 3–0 1–2 2–1 0–0 1–1 2–0
Bolton 1–3 1–1 0–0 0–2 0–1 1–3 1–1 0–2 2–0 0–1 4–1 1–0 2–1 3–1 0–0 3–2 0–0 2–1 0–1
Chelsea 1–2 2–0 2–0 4–3 0–0 3–1 0–0 0–1 1–0 1–1 2–0 0–0 4–0 2–1 5–0 1–1 2–0 1–1 2–1
Everton 1–1 2–3 2–3 3–0 0–0 1–0 2–0 0–2 1–2 1–1 1–1 2–2 0–3 3–1 3–0 0–0 2–0 3–1 4–0
Fulham 1–0 3–1 1–2 2–1 2–2 0–2 0–1 0–1 1–1 2–0 3–0 2–1 3–1 1–0 0–0 2–1 2–0 1–2 2–0
Hull City 1–3 0–1 1–2 0–1 0–3 2–2 2–1 1–3 2–2 0–1 2–1 1–1 0–0 1–2 1–4 1–2 2–2 1–0 0–5
Liverpool 4–4 5–0 4–0 3–0 2–0 1–1 0–0 2–2 1–1 2–1 2–1 3–0 1–0 0–0 2–0 3–1 3–0 0–0 3–2
Manchester City 3–0 2–0 3–1 1–0 1–3 0–1 1–3 5–1 2–3 0–1 1–0 2–1 6–0 3–0 1–0 1–2 4–2 3–0 1–0
Manchester United 0–0 3–2 2–1 2–0 3–0 1–0 3–0 4–3 1–4 2–0 1–0 1–1 2–0 5–0 1–0 5–2 4–0 2–0 1–0
Middlesbrough 1–1 1–1 0–0 1–3 0–5 0–1 0–0 3–1 2–0 2–0 0–2 0–0 1–1 2–1 1–1 2–1 0–1 1–1 0–0
Newcastle 1–3 2–0 1–2 1–0 0–2 0–0 0–1 1–2 1–5 2–2 1–2 3–1 0–0 2–2 1–1 2–1 2–1 2–2 2–2
Portsmouth 0–3 0–1 3–2 1–0 0–1 2–1 1–1 2–2 2–3 2–0 0–1 2–1 0–3 2–1 3–1 2–0 2–2 1–4 1–2
Stoke City 2–1 3–2 1–0 2–0 0–2 2–3 0–0 1–1 0–0 1–0 0–1 1–0 1–1 2–2 1–0 2–1 1–0 0–1 2–0
Sunderland 1–1 1–2 0–0 1–4 2–3 0–2 1–0 1–0 0–1 0–3 1–2 2–0 2–1 1–2 2–0 1–1 4–0 0–1 1–2
Tottenham 0–0 1–2 1–0 2–0 1–0 0–1 0–0 0–1 2–1 2–1 0–0 4–0 1–0 1–1 3–1 1–2 1–0 1–0 0–0
West Bromwich Albion 1–3 1–2 2–2 1–1 0–3 1–2 1–0 0–3 0–2 2–1 0–5 3–0 2–3 1–1 0–2 3–0 2–0 3–2 3–1
West Ham 0–2 0–1 4–1 1–3 0–1 1–3 3–1 2–0 0–3 1–0 0–1 2–1 3–1 0–0 2–1 2–0 0–2 0–0 2–1
Wigan Athletic 1–4 0–4 3–0 0–0 0–1 1–0 0–0 1–0 1–1 2–1 1–2 0–1 2–1 1–0 0–0 1–1 1–0 2–1 0–1

Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fl-24 ta' Mejju 2009.
Sors: Barclays Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = dro; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

L-aqwa skorers[immodifika | immodifika s-sors]

Poż. Plejer Klabb Gowls[6]
1 Franza Nicolas Anelka Chelsea 19
2 Portugall Cristiano Ronaldo Manchester United 18
3 Ingilterra Steven Gerrard Liverpool 16
4 Brażil Robinho Manchester City 14
Spanja Fernando Torres Liverpool 14
6 Ingilterra Darren Bent Tottenham Hotspur 12
Ingilterra Carlton Cole West Ham United 12
Ingilterra Kevin Davies Bolton Wanderers 12
Netherlands Dirk Kuyt Liverpool 12
Ingilterra Frank Lampard Chelsea 12
Ingilterra Wayne Rooney Manchester United 12

Unuri tax-xahar[immodifika | immodifika s-sors]

Xahar Kowċ Plejer
Awwissu 2008 Ingilterra Gareth Southgate (Middlesbrough) Portugall Deco (Chelsea)
Settembru 2008 Ingilterra Phil Brown (Hull City) Ingilterra Ashley Young (Aston Villa)
Ottubru 2008 Spanja Rafael Benítez (Liverpool) Ingilterra Frank Lampard (Chelsea)
Novembru 2008 Ingilterra Gary Megson (Bolton) Franza Nicolas Anelka (Chelsea)
Diċembru 2008 Irlanda ta' Fuq Martin O'Neill (Aston Villa) Ingilterra Ashley Young (Aston Villa)
Jannar 2009 Skozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Serbja Nemanja Vidić (Manchester United)
Frar 2009 Skozja David Moyes (Everton) Ingilterra Phil Jagielka (Everton)
Marzu 2009 Spanja Rafael Benítez (Liverpool) Ingilterra Steven Gerrard (Liverpool)
April 2009 Skozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Russja Andrei Arshavin (Arsenal)

Unuri annwali[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer tas-Sena tal-PFA[immodifika | immodifika s-sors]

L-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA għall-2009 ġie mirbuħ minn Ryan Giggs ta' Manchester United.

Il-lista tan-nominati għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA, b'ordni alfabetiku, kienu dawn is-segwenti:

Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA[immodifika | immodifika s-sors]

L-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA ġie mirbuħ minn Ashley Young ta' Aston Villa.

Il-lista tan-nominati għal dan l-unur kienu dawn is-segwenti:

Tim tas-Sena tal-PFA[immodifika | immodifika s-sors]

Gowler: Edwin van der Sar (Manchester United)
Difiża: Glen Johnson (Portsmouth), Patrice Evra, Rio Ferdinand, Nemanja Vidić (kollha ta' Manchester United)
Nofs il-grawnd Steven Gerrard (Liverpool), Cristiano Ronaldo, Ryan Giggs (it-tnejn ta' Manchester United), Ashley Young (Aston Villa)
Attakk: Nicolas Anelka (Chelsea), Fernando Torres (Liverpool)

Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-gowler ta' Aston Villa, Brad Friedel, ingħata l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li laħaq kwota ta' 167 dehra konsekuttiva fil-Premier League.[7]
  • Il-gowler ta' Manchester United, Edwin van der Sar, kiseb l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li kiser ir-rekord ta' minuti ta' logħob mingħajr ma jlaqat gowl, b'total ta' ħdax-il partita konsekuttiva ta' inbattibilità li bdiet mill-partita kontra Stoke City fil-15 ta' Novembru 2008 u baqgħet għaddejja sal-partita kontra West Bromwich Albion fis-27 ta' Jannar 2009.[8]
  • Il-gowler ta' Portsmouth, David James, ġie onorat bl-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li kiser ir-rekord ta' preżenzi fil-Premier League nhar l-14 ta' Frar 2009 wara li għamel il-536 apparenza fir-rebħa ta' Portsmouth ta' 2–0 fuq Manchester City.[9]

Grawnds[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb Grawnd Kapaċità
Manchester United Old Trafford 76,212
Arsenal Emirates Stadium 60,355
Newcastle United St James' Park 52,387
Sunderland Stadium of Light 48,707
Manchester City City of Manchester Stadium 47,726
Liverpool Anfield 45,522
Aston Villa Villa Park 42,640
Chelsea Stamford Bridge 42,055
Everton Goodison Park 40,569
Tottenham Hotspur White Hart Lane 36,240
West Ham United Upton Park 35,303
Middlesbrough Riverside Stadium 35,049
Blackburn Rovers Ewood Park 31,367
Fulham Craven Cottage 30,500
Bolton Wanderers Reebok Stadium 28,723
Stoke City Britannia Stadium 28,383
West Bromwich Albion The Hawthorns 28,003
Hull City KC Stadium 25,404
Wigan Athletic JJB Stadium 25,138
Portsmouth Fratton Park 20,688

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "2008/09 fixtures announced" (bl-Ingliż). Premier League. 2008-06-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-17. Miġbur 2008-08-17.
  2. ^ "Premier League ratifies more subs" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-02-07. Miġbur 2008-08-17.
  3. ^ "How the fixture list is compiled" (bl-Ingliż). The Football League. 2008-06-16. Miġbur 2008-12-17.
  4. ^ Fletcher, Paul (2008-08-16). "Arsenal 1-0 West Brom" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-08-17.
  5. ^ Bevan, Chris (2008-08-17). "Aston Villa 4-2 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-08-17.
  6. ^ "Barclays Premier League Top Scorers" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-08-16. Miġbur 2008-08-18.
  7. ^ "Friedel honoured with Barclays Merit award" (bl-Ingliż). Premier League. 2008-12-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-19. Miġbur 2009-05-18.
  8. ^ "Edwin's award" (bl-Ingliż). Manchester United. 2009-01-30. Miġbur 2009-02-19.
  9. ^ "James earns Barclays merit award" (bl-Ingliż). Premier League. 2009-02-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-23. Miġbur 2009-02-27.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]