Leeds United FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Leeds United FC
Isem sħiħ Leeds United Football Club
Ismijiet oħra The Whites
Fundazzjoni 17 ta' Ottubru, 1919
Grawnd Elland Road, Leeds
Proprjetarju 49ers Enterprises
President Paraag Marathe
Kowċ Daniel Farke
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Leeds United Football Club huwa klabb tal-futbol professjonali Ingliż ibbażat f'Leeds, fir-reġjun ta' Yorkshire fir-Renju Unit, u li jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni tal-Football League Ingliż.

Il-klabb ġie ifformat fis-sena 1919 wara x-xoljiment sforzat ta' Leeds City FC mill-awtoritajiet kalcistiki Inglizi fuq allegat irregolaritajiet. Sa minn meta ġew ifformati, Leeds United dejjem lagħhbu f'Elland Road, grawnd li jesa' 37,608 ruħ.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Leeds United huwa wieħed mill-iktar timijiet li rebħu unuri ġewwa l-Ingilterra.[1] Huma rebħu l-kampjonat Ingliż tlett darbiet, bl-ahhar darba tkun fis-sena' 1991-92, l-ahhar sena qabel gie ifformat il-Premier League. Apparti l-ogħla diviżjoni, Leeds United rebħu wkoll erbgħa darbiet it-Tieni Diviżjoni, darba l-FA Cup u l-Football League Cup, u darbtejn il-FA Community Shield u it-Tazza tal-Fieri. Il-maġġor parti tal-unuri ġew taht il-gwida tal-mibki Don Revie fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet.

Il-klabb oriġinarjament kienu jilghabu bil-ble u l-isfar, il-kuluri uffiċjali ta Leeds, pero fis-sittinijiet l-imsemmi Don Revie kien bidel il-kuluri kollha ghall-abjad biex jimita lir-Real Madrid. Il-karatteristiċi tal-emblema preżenti ta' Leeds United jinkludu il-Warda l-Bajda ta' York, is-simbolu ta' Yorkshire.

Ir-rivali eterni ta Leeds United huma Manchester United. Rivali ohra ta Leeds United jinkludu Chelsea u Millwall FC, kif ukoll it-Torok ta' Galatasaray.

Fl-istaġun 1979-80, Leeds United kienu lagħbu kontra Valletta fl-ewwel round tal-UEFA Cup. L-ewwel logħba kienet intlagħbet ġewwa l-Empire Stadium fil-Gżira, fejn Leeds kienu harġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-0. Fil-logħba tar-ritorn ġewwa Elland Road, Leeds issiġillaw posthom għar-rawnd li jmiss b'rebħa ta' 3-0. Sa' issa, ir-rawnd kontra Valletta kien l-unika darba fejn Leeds lagħbu konta opposiżżjoni Maltija f'logħba kompetittiva.


Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Sit uffiċjali ta' Leeds United FC (ed.). "Club - Leeds United" (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]