Aqbeż għall-kontentut

Jonny Evans

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jonny Evans

Jonny Evans fl-2019
Informazzjoni personali
Isem sħiħJonathan Grant Evans
Twelid2 ta' Jannar 1988 (1988-01-02) (38 sena)
Belfast, Irlanda ta' Fuq
Tul1.89 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliLeicester City
Numru6
Mixtliet
2004–2006Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2015Manchester United
2006Royal Antwerp (self)
2006–2007Sunderland (self)
2008Sunderland (self)
2015–2018West Bromwich Albion
2018–Leicester City
Tim nazzjonali
2006–Irlanda ta' Fuq

Jonathan Grant Evans (twieled fit-2 ta' Jannar 1988) huwa plejer tal-futbol Nord-Irlandiż li jilgħab ma' Leicester City.

Evans beda l-karriera tiegħu ma' Greenisland FC, qabel ma fis-sajf tal-2006 ingħaqad ma' Manchester United. Suċċessivament mar taħt self ma' Royal Antwerp u ma' Sunderland, qabel ma reġa' ngħaqad ma' Manchester United fis-sajf tal-2007. Evans iddebutta mal-ewwel tim ta' Manchester United fil-League Cup 2007–08 u lagħab ukoll fil-UEFA Champions League. Madanakollu, f'Jannar tal-2008, intbagħat għal darb'oħra taħt self lit-tim ta' Sunderland biex jakkwista aktar esperjenza. Lura lejn Manchester, Evans għamel id-debutt fil-kampjonat Ingliż fil-21 ta' Settembru 2008 fil-partita kontra Chelsea, meta ħa post is-Serb Nemanja Vidić li kien sospiż. Il-partita spiċċat 1–1.[1] F'Diċembru 2008, Evans għamel żewġ preżenzi bħala sostitut bil-flokk ta' United fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fosthom fil-finali fejn daħal ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima wara t-tkeċċija ta' Nemanja Vidić. Evans kompla jżid fil-preżenzi fil-kampjonat u fil-finali tal-League Cup.

Fuq il-lat internazzjonali, minkejja li kien għadu ma deherx f'ebda partita mat-tim ta' Manchester United, Evans ġie msejjaħ fl-iskwadra tal-Irlanda ta' Fuq għall-ewwel darba f'Settembru tal-2006, fejn iddebutta fir-rebħa memorabbli ta' 3–2 fuq Spanja.[2] Minn dakinhar, Evans żamm post regulari fl-iskwadra.

Statistika tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn[3] Total
AppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowls
Royal Antwerp (self) 2006–07 11230142
Total 11230142
Sunderland (self) 2006–07 1811000191
2007–08 1501000160
Total 3312000351
Manchester United 2006–07 000000000000
2007–08 000010200030
2008–09 17030507020340
2009–10 18010503010280
2010–11 13020203010210
2011–12 27110108010381
2012–13 233200041304
Total 100490140271501565
Total tal-karriera 1377130140271501968

Korretti sad-19 ta' Mejju 2013[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Tim nazzjonali tal-Irlanda ta' Fuq
SenaAppGowls
200630
200750
200870
200951
201040
201140
201230
Total311

Statistika preċiża mis-6 ta' Ottubru 2012.[5]

Sunderland
Manchester United
  1. McNulty, Phil (2008-09-21). "Chelsea 1-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-12-02.
  2. "Northern Ireland 3-2 Spain" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-09-06. Miġbur 2007-12-19.
  3. Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħra, fosthom l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs
  4. Andrew, Endlar. "Jonny Evans". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2011-03-08.
  5. "Jonny Evans International". National-Football-Teams.com (bl-Ingliż). Miġbur 2011-03-08.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Jonny Evans fuq Soccerbase Immodifika fuq Wikidata
  • Profil fuq is-sit uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Nord-Irlandiża