Aqbeż għall-kontentut

Premier League 2013–14

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Premier League 2013–14
Logħbiet 90
Gowls skurjati 219 (2.43 kull logħba)
L-aqwa skorer Daniel Sturridge
(8 gowls)
Bidu tal-istaġun 17 ta' Awwissu 2013
Tmiem tal-istaġun 11 ta' Mejju 2014
Attendenza medja 36,659

Il-Premier League 2013–14 huwa t-22 staġun tal-Premier League Ingliż, l-ogħla livell tal-futbol fl-Ingilterra, mill-istabbiliment tiegħu fl-1992. L-istaġun beda fis-17 ta' Awwissu 2013 u mistenni li jispiċċa fil-11 ta' Mejju 2013. Dan huwa l-ewwel staġun fejn fih se tiġi wżata t-teknoloġija tal-linja tal-gowl (goal-line technology) bl-użu tas-sistema Hawk-Eye.

Total ta' għoxrin tim se jieħdu sehem f'dan il-kampjonat, sbatax ġejjin mill-istaġun 2012–13 u tlieta promossi mill-Football League Championship 2012–13.

Nhar is-16 ta' April 2013, Cardiff City, wara assenza ta' 51 sena,[1] kisbu l-promozzjoni lura għall-ogħla diviżjoni. Dan se jkun l-ewwel staġun ta' Cardiff City taħt il-format tal-Premier League, u bi Swansea City ukoll f'din id-diviżjoni jfisser li d-derby tan-Nofsinhar ta' Wales se jintlagħab għall-ewwel darba fl-ogħla livell.[2] Din se tkun ukoll l-ewwel darba li żewġ klabbs minn barra l-Ingilterra se jikkompetu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż fl-istess staġun.

Fl-4 ta' Mejju 2013, Hull City assiguraw promozzjoni lejn il-Premier League wara assenza żgħira ta' tliet staġuni. Hull kellhom jirbħu lil Cardiff City fl-aħħar ġurnata tal-istaġun sabiex iżommu t-tieni post, però dro kien biżżejjed wara t-telfa drammatika ta' Watford ġewwa darhom kontra Leeds United.

Nhar is-27 ta' Mejju 2013, Crystal Palace ħadu l-aħħar post disponibbli wara li għelbu lil Watford fil-finali tal-play-off, bil-gowl ta' Kevin Phillips minn penalty fil-ħin barrani jwassal lil Crystal Palace għall-ewwel darba fil-Premier League mill-istaġun 2004–05.

Promozzjoni u relegazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Timijiet promossi mill-Football League Championship 2012–13

Timijiet relegati għall-Football League Championship 2013–14

Poż Tim L R D T GF GK DG Pti
1 Arsenal 9 7 1 1 20 9+11 22
2 Chelsea 9 6 2 1 16 6+10 20
3 Liverpool 9 6 2 1 17 8+9 20
4 Tottenham Hotspur 9 6 1 2 9 5+4 19
5 Southampton 9 5 3 1 10 3+7 18
6 Everton 9 5 3 1 14 10+4 18
7 Manchester City 9 5 1 3 21 11+10 16
8 Manchester United 9 4 2 3 14 12+2 14
9 Swansea City 9 3 2 4 12 11+1 11
10 Hull City 9 3 2 4 7 103 11
11 Newcastle United 9 3 2 4 12 164 11
12 West Bromwich Albion 9 2 4 3 8 102 10
13 Aston Villa 9 3 1 5 9 123 10
14 Fulham 9 3 1 5 9 123 10
15 West Ham United 9 2 3 4 8 80 9
16 Cardiff City 9 2 3 4 8 135 9
17 Stoke City 9 2 2 5 6 104 8
18 Norwich City 9 2 2 5 6 137 8
19 Sunderland 9 1 1 7 7 2114 4
20 Crystal Palace 9 1 0 8 6 1913 3

Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fit-28 ta' Ottubru 2013
Sors: Barclays Premier League

Leġġenda
Kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League
Relegazzjoni għall-Football League Championship
Intern \ Estern1 ARS AST CARCHECPAEVEFULHULLIVMNCMANNEWNORSOTSTOSUNSWATOTWBAWHU
Arsenal 13 41 31 10
Aston Villa 02 01 32 12
Cardiff City 00 32 12 01
Chelsea 21 41 20 20 21
Crystal Palace 02 31 02 01
Everton 10 21 32 00
Fulham 12 12 11
Hull City 00 11 10 10
Liverpool 31 10 01 10 41
Manchester City 31 20 41 40
Manchester United 00 20 11 32 12
Newcastle United 10 23 22 00
Norwich City 01 00 13 22 10
Southampton 20 20 11 20 00
Stoke City 21 00 01 00
Sunderland 13 01 13 12 21
Swansea City 12 22 14 40 00
Tottenham Hotspur 11 10 20 10 03
West Bromwich Albion 11 01 30 02
West Ham United 20 23 13 01

Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fit-28 ta' Ottubru 2013.
Sors: Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = dro; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

  1. Clutton, Graham (2013-04-16). "Premier League promotion party starts at Cardiff City after 0-0 draw against Charlton Athletic" (bl-Ingliż). Daily Telegraph. Miġbur 2013-04-17.
  2. Blanche, Phil (2013-05-14). "Manchester United FC star Ryan Giggs relishing South Wales derby spectacle in Premier League" (bl-Ingliż). WalesOnline. Miġbur 2013-05-28.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]