Il-UEFA Champions League 2009–10 kienet il-55 edizzjoni tal-ogħla kompetizzjoni għall-klabbs tal-futbol fl-Ewropa u t-tmintax-il edizzjoni taħt il-format il-ġdid tal-UEFA Champions League. Din kienet ukoll l-ewwel edizzjoni taħt il-format il-ġdid ta' kwalifika. Barcelona daħlu f'din il-kompetizzjoni bħala t-tim difensur tat-titlu, wara li ttrijonfa fl-edizzjoni preċedenti. Il-finali ntlagħbet nhar it-22 ta' Mejju 2010, ġewwa l-iStadju Santiago Bernabéu , grawnd uffiċjali ta' Real Madrid, ġewwa Madrid, fi Spanja. Il-finali ġiet kontestata bejn Internazionale u Bayern Munich, b'tal-ewwel jikseb it-tielet titlu fl-istorja tal-klabb.
F'din l-edizzjoni ħadu sehem 76 tim li ġejjin minn 52 minn fost it-53 federazzjoni affiljata mal-UEFA (il-Liechtenstein huwa eskluż minħabba li ma torganizza l-ebda kampjonat nazzjonali). Il-pajjiżi ġew mogħtija numru ta' postijiet skont il-koeffiċjenti tal-UEFA tal-2008, li tikkunsidra l-prestazzjonijiet tat-timijiet ta' dak il-pajjiż fil-perjodu bejn l-2003–04 u l-2007–08.[1]
Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League 2009–10:
Minħabba li r-rebbieħa tal-UEFA Champions League 2008–09, Barcelona, kisbu post fil-fażi tal-gruppi permezz tal-pożizzjoni tagħhom fil-kampjonat domestiku, il-post riservat għad-difensur tat-titlu kien vakat. B'riżultat t'hekk:
Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 13 (il-Belġju) ġie promoss mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi.
Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 16 (l-Iżvizzera) ġie promoss mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-tielet fażi ta' kwalifikazzjoni.
Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjonijiet 48 u 49 (il-Gżejjer Faroe u l-Lussemburgu) ġew promossi mill-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni għat-tieni fażi ta' kwalifikazzjoni.
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni kienet maqsuma f'żewġ sezzjonijiet separati: waħda għaċ-ċampjins u waħda għal dawk li mhumiex ċampjins. L-ewwel legs intlagħbu fit-28 ta' Lulju u fid-29 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fl-4 ta' Awwissu u fil-5 ta' Awwissu 2009.
L-ewwel legs intlagħbu fit-18 u d-19 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlagħbu fil-25 u s-26 ta' Awwissu 2009. It-tim tellief fiż-żewġ sezzjonijiet daħal fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2009–10.
Fil-fażi eliminatorja, it-timijiet jilgħabu żewġ partiti kontra xulxin abbażi ta' partita ġewwa u oħra barra minn darhom, minbarra l-finali li tkun partita waħda,
It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax sar fit-18 ta' Diċembru 2009. It-tmien rebbieħa tal-grupp rispettiv tagħhom, li jilgħabu t-tieni logħba tagħhom ġewwa darhom, ittellgħu kontra t-tmien timijiet li spiċċaw it-tieni fil-grupp tagħhom. Għal dan ir-rawnd japplikaw ċerti restrizzjonijiet fejn timijiet mill-istess grupp jew mill-istess assoċjazzjonijiet ma jistgħux jilgħabu ma' xulxin.
It-tlugħ tal-poloz għall-kwarti tal-final, is-semifinali u l-finali saru fid-19 ta' Marzu 2010. F'dawn l-aħħar fażijiet m'hemm l-ebda restrizzjonijiet fjen tim jista' jerġa' jilgħab ma' tim ieħor li lagħab miegħu fil-fażi tal-gruppi jew minn pajjiżu stess.
B'differenza mill-istaġun preċedenti, il-partiti minn dan il-rawnd intlagħbu f'temp ta' erba' ġimgħat minflok f'ġimgħatejn. L-ewwel legs saru fis-16, 17, 23 u 24 ta' Frar, u t-tieni legs saru fid-9, 10, 16 u 17 ta' Marzu 2010.
Din kienet ir-raba' darba li l-grawnd Santiago Bernabéu ta' Real Madrid żamm finali tal-UEFA Champions League, wara l-1957, l-1969 u l-1980. Il-finali kienet ukoll l-ewwel waħda li ntlagħbet is-Sibt filgħaxija. Iż-żewġ timijiet li kkontenstaw il-finali, it-tnejn kienu qed jiġġieldu għat-Tripletta, wara li rebħu l-kampjonat domestiku u t-tazza nazzjonali. Din kienet ukoll it-tieni Tripletta konsekuttiva, wara li Barcelona laħqu dan it-tragward fl-istaġun ta' qabel.