ACF Fiorentina
Isem sħiħ | Associazione Calcio Firenze Fiorentina SpA[1][2] | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | Viola (vjola), Gigliati (ġilji) | |||
Fundazzjoni |
1926, bħala AC Fiorentina 2002, bħala ACF Fiorentina | |||
Grawnd | Stadio Artemio Franchi | |||
Proprjetarju | Diego u Andrea Della Valle | |||
President | Mario Cognigni | |||
Kowċ | Vincenzo Montella | |||
Kampjonat | Serie A | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
ACF Fiorentina, magħruf aħjar bħala sempliċement Fiorentina, huwa klabb tal-futbol Taljan mill-belt ta' Firenze, fit-Toskana. Iffundat wara fużjoni fl-1926 (u fundat mill-ġdid fl-2002 wara l-falliment), Fiorentina lagħbu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla livell tal-futbol Taljan; erba' klabbs oħra lagħbu iktar staġuni fis-Serie A.
Fiorentina rebħu l-kampjonat darbtejn, fl-istaġun 1955–56 u għal darb'oħra fl-1968–69, kif ukoll sitt trofej tal-Coppa Italia u Supercoppa Italiana waħda. Fix-xena Ewropea, Fiorentina rebħu t-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1960–61 u tilfu l-finali tas-sena ta' wara. Huma spiċċaw finalisti telliefa tat-Tazza taċ-Ċampjins 1956–57, wara li tilfu kontra Real Madrid, u waslu viċin biex jirbħu t-Tazza UEFA meta tilfu l-finali tal-istaġun 1989–90.
Mill-1931, il-klabb ilu jilgħab fi Stadio Artemio Franchi li attwalment jesa' mas-47,282 ruħ. Il-grawnd uża numru ta' ismijiet matul is-snin u ġie rinnovat numru ta' drabi. Fiorentina huma l-aktar magħrufin bil-laqam Viola, bħala referenza għall-kulur vjola tagħhom.
Plejers[immodifika | immodifika s-sors]
Skwadra attwali[immodifika | immodifika s-sors]
Aġġornata sal-11 ta' Lulju 2013[3]
|
|
Plejers barra f'self[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Kompetizzjonijiet domestiċi[immodifika | immodifika s-sors]
- Serie A: 2
- 1955–56, 1968–69
- Serie B: 3
- 1930–31, 1938–39, 1993–94
- Serie C2: 1
- 2002–03 (bħala Florentia Viola)
- Coppa Italia: 6
- 1939–40, 1960–61, 1965–66, 1974–75, 1995–96, 2000–01
- 1996
Kompetizzjonijiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
- 1960–61
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ ACF Fiorentina (ed.). "Organigramma" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ legaseriea.it (ed.). "Organigramma Fiorentina" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ACF Fiorentina, ed. (11 ta' Lulju 2013). "Prima squadra 2012-2013" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': ACF Fiorentina |
- (IT, EN) Sit uffiċjali