US Sassuolo Calcio

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Sassuolo
US Sassuolo Calcio.png
Isem sħiħ

Unione Sportiva Sassuolo

Calcio
Ismijiet oħra Neroverdi (Il-Ħodor u s-Suwed)
Fundazzjoni 1922
Grawnd Mapei Stadium – Città del Tricolore, Reggio Emilia
(Jesa': 23,717)
Proprjetarju Giorgio Squinzi
President Carlo Rossi
Kowċ Eusebio Di Francesco
Kampjonat Serie A
2014–15 12
Sit elettroniku http://www.sassuolocalcio.it
Darhom
Barra minn darhom
It-tielet flokk

Unione Sportiva Sassuolo Calcio huwa klabb tal-futbol Taljan, ibbażat ġewwa Sassuolo, Emilia-Romagna.

Mill-istaġun 2013–14, il-klabb beda jilgħab fis-Serie A għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, wara li kien rebaħ it-titlu tas-Serie B 2012–13.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb twaqqaf fl-1922.

Sassuolo telgħu fis-Serie C1 fl-2006, wara li rebħu l-play-offs tal-promozzjoni billi għelbu lil Sansovino fil-finali. Fis-snin ta' wara, Sassuolo pruvaw ikunu konkorrenti serji għal promozzjoni fis-Serie B, iżda naqsu li jitilgħu fl-2007, b'Gian Marco Remondina bħala kowċ prinċipali, huma tilfu l-promozzjoni mmedjata kontra Grosseto fil-jiem tal-finali tal-istagun, u kienu megħluba mit-tim klassifikat il-ħames post, Monza fil-play-off tas-semi-finali. Imbagħad, Remondina telaq lil Sassuolo biex jissieħeb ma klabb tas-Serie B Piacenza, u l-eks plejer tas-Serie A Massimiliano Allegri kien magħżul bħala kowċ prinċipali ġdid.

Taħt Allegri, Sassuolo malajr qajmu t-tamiet tagħhom biex jiksbu promozzjoni għas-Serie B; dan wasal fis-27 ta' April 2008, meta huma rebħu t-titlu tas-Serie C1/A, b'hekk żguraw il-promozzjoni storika fis-Serie B, għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb.[1]

Wara l-promozzjoni tan-neroverdi' għat-tieni livell tal-futbol Taljan, Allegri telaq lil Sassuolo biex jimla l-pożizzjoni tal-kowċ prinċipali tal-klabb tas-Serie A Cagliari. F'Lulju 2008, il-klabb ħabbar li mela din il-pożizzjoni billi ħatar l-eks kowċ ta' Atalanta u Siena Andrea Mandorlini għall-istaġun 2008–09.

Sassuolo kellhom bidu sorprendenti fil-kampanja 2008–09 u kisbu post fil-play-offs tal-promozzjoni għal żmien twil ħafna, iżda rnexxielhom jirbħu biss żewġ punti fl-aħħar 5 logħbiet u eventwalment spiċċaw fis-7 post. Minkejja staġun ta' suċċess, Mandorlini telaq lil Sassuolo b'kunsens reċiproku f'Ġunju 2009. Huma ħatru lil eks kowċ ta' Piacenza Stefano Pioli fil-11 ta' Ġunju 2009.

Suċċessivament, Sassuolo kwalifikaw għall-play-offs tal-promozzjoni tas-Serie B fl-istaġun 2009–10 billi ġew ir-raba' post, u fl-istaġun 2011–12 ġew it-tielet post, iżda ġew eliminati fis-semi-finali fiż-żewġ staġuni.

Madankollu, fl-istaġun 2012-13, taħt il-gwida tal-kowċ prinċipali ġdid Eusebio Di Francesco, Sassuolo rebħu t-titlu tas-Serie B, b'hekk kisbu l-promozzjoni diretta fis-Serie A u żguraw l-ewwel kampanja għall-ogħla kampjonat Taljan fl-istaġun 2013–14.

Matul it-taħriġ tal-pre-staġun, Sassuolo komplew is-suċċess tagħhom billi rebħu t-Trofew TIM wara li tilfu ma' Juventus bil-penalties u għelbu lil Milan 2-1. Sassuolo huwa l-ewwel tim li rebaħ dan it-trofew, apparti minn Milan, Inter u Juventus.

Fil-25 ta' Awwissu 2013, Sassuolo lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fis-Serie A, kontra Torino barra minn darhom fejn tilfu 2-0.[2] It-tieni logħba kienet l-ewwel logħba f'darhom, kontra Livorno. Simone Zaza skorja l-ewwel gowl għal Sassuolo fl-ogħla kampjonat fejn huma tilfu bl-iskor ta' 4-1.[3] It-tim kiseb l-ewwel punt tiegħu fil-ħames logħba, fil-25 ta' Settembru barra minn darhom kontra Napoli. Zaza ugwalizza l-logħba fid-dro ta' 1-1, fejn għall-ospiti spiċċa l-bidu perfett tal-istaġun.[4] Ftit wara, Sassuolo kisbu l-ewwel punt f'darhom fid-dro ta' 2-2 kontra Lazio.[5] Fl-20 ta' Ottubru 2013, Sassuolo rebħu l-ewwel logħba tagħhom fis-Serie A, billi għelbu lil Bologna 2-1 f'darhom grazzi għal gowls ta' Domenico Beradi u Antonio Flores Flores, biex b'hekk il-klabb inqala mill-qiegħ.[6]

Kuluri[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kuluri tal-klabb oriġinaw minn kit donat mill-klabb Ingliż Lancaster Rovers. Il-kuluri tat-tim huma aħdar u iswed.

Stadju[immodifika | immodifika s-sors]

Stadio Alberto Braglia kien jintuża għal logħob ta' Sassuolo meta kienu jilgħabu fis-Serie B.

Il-grawnd ta' Sassuolo, Stadio Enzo Ricci, xorta għadu jintuża għat-taħriġ, iżda minħabba l-kapaċità żgħira tiegħu (4,000), il-klabb beda jilagħab l-istaġuni tas-Serie B fl-iStadio Alberto Braglia ġewwa Modena.[7]

Mill-istaġun 2013-14, l-ewwel kampanja fis-Serie A għall-klabb, Sassuolo se jilgħabu ġewwa Reggio Emilia fir-rinovat Stadio Città del Tricolore (qabel kien imsemmi Stadio Giglio) fi ftehim ta' tqassim mal-klabb tal-Lega Pro Prima Divisione Reggiana.[8]

Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel tim[immodifika | immodifika s-sors]

Aġġornat fid-19 ta' Awwissu 2015[9]

N. Poż. Plejer
1 Italja G Alberto Pomini
3 Italja D Alessandro Longhi
4 Italja M Francesco Magnanelli (kaptan)
5 Italja D Luca Antei
6 Italja M Lorenzo Pellegrini
7 Italja M Simone Missiroli
8 Italja M Davide Biondini
9 Italja A Diego Falcinelli
10 Italja M Karim Laribi
11 Kroazja D Šime Vrsaljko
13 Italja D Federico Peluso
15 Italja D Francesco Acerbi
16 Italja A Matteo Politano
N. Poż. Plejer
17 Italja A Nicola Sansone
20 Italja D Lorenzo Ariaudo
21 Italja D Leonardo Fontanesi
23 Italja D Marcello Gazzola
25 Italja A Domenico Berardi
26 Italja D Emanuele Terranova
28 Italja D Paolo Cannavaro
32 Gana M Alfred Duncan
47 Italja G Andrea Consigli
79 Italja G Gianluca Pegolo
83 Italja A Antonio Floro Flores
92 Franza A Grégoire Defrel
99 Italja A Sergio Floccari

Plejers barra f'self[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
39 Italja D Cristian Dell'Orco (ma' Novara)
Italja D Giovanni Sbrissa (ma' Vicenza)[10]
Gana M Raman Chibsah (ma' Frosinone)[11]
Italja A Alessio Vita (ma' Vicenza)

Primavera[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
12 Italja G Simone Perilli
18 Gana M Abass Alhassan
19 Italja D Lorenzo Caselli
N. Poż. Plejer
28 Italja D Daniele Vacondio
29 Italja A Davide Lodesani
95 Italja A Ettore Gliozzi

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Ara wkoll: Kategorija:Plejers ta' US Sassuolo Calcio.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ La Repubblica, ed. (27 ta' April 2008). "Sassuolo e Salernitana in serie B, promozione storica per gli emiliani" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/300466
  3. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/299347/report
  4. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/299246/report
  5. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/303022/report
  6. ^ http://forzaitalianfootball.com/2013/10/sassuolo-2-1-bologna-neroverdi-leapfrog-rossublu-after-home-win/
  7. ^ Sito ufficiale US Sassuolo Calcio – La Società
  8. ^ http://www.gazzetta.it/Calcio/Squadre/Sassuolo/notizie/24-06-2013/sassulo-trofeo-tim-juve-milan-20647501610.shtml
  9. ^ U.S. Sassuolo Calcio, ed. (6 ta' Awwissu 2015). (bit-Taljan) http://www.sassuolocalcio.it/articles/?id=9&aid=702/ecco-i-numeri-dei-neroverdi-sabato-la-web-presentation-della-prima-maglia. Miġbur 7 ta' Awwissu 2015. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |accessdate= u |data= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  10. ^ U.S. Sassuolo Calcio, ed. (7 ta' Lulju 2015). (bit-Taljan) http://www.sassuolocalcio.it/articles/?id=9&aid=1486/calciomercato-acquisito-giovanni-sbrissa-che-rimane-in-prestito-al-vicenza. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  11. ^ U.S. Sassuolo Calcio, ed. (6 ta' Lulju 2015). "Calciomercato: Yussif Chibsah in prestito al Frosinone" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]